Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/341810
34 illum | Il-Ħadd 06 ta' Lulju 2014 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika? Kollox beda f 'Diċembru tal- 2001, meta fl-età ta' għaxar snin kont intgħażilt mill-għalliem tal- edukazzjoni fiżika tal-iskola primarja biex nibda nipprattika l-atletika. Minn età żgħira kien jogħġobni l-isport però qatt ma għaddieli minn moħħi li kont se nikseb suċċess nazzjonali u internazzjonali fl-atletika. Immedjatament ingħaqadt mal- klabb tal-ġiri, A.S. Libertas, u kull nhar ta' Ħadd kont ninżel il-korsa tal-Marsa għat-taħriġ. Wara li għaddew l-eżamijiet biex nidħol l-iskola sekondarja żidt it-taħriġ għal tliet darbiet fil-ġimgħa. Bdejt ukoll nipparteċipa f 'kompetizzjonijiet li jsiru fit-toroq u fit-trekk. Maż-żmien bdejt niffoka iktar fuq ġiri fit-tul u wara sena u nofs ta' taħriġ intgħażilt għal kompetizzjoni fi Crystal Palace, l-Ingilterra. Dakinhar kienet l-ewwel esperjenza tiegħi li niġri 800 metru barra mill-pajjiż. Fix-xitwa tal-2004 komplejt it-taħriġ tiegħi taħt id-direzzjoni tal-kowċ Xandru Grech. Flimkien ma' Xandru bdejna niffukaw fuq it-800 metru u l-1,500 metru biex nikseb riżultati tajbin fil-logħob tal-FISEC. Fl-2007 u 2008 kelli l-opportunità li nikkompeti għal Malta f 'dan il-logħob. Il-logħob tal-FISEC tal-2007 ġewwa l-Ungerija kienu suċċess kbir fejn irbaħt tliet medalji tal-fidda: fit-800 metru, fl- 1,500 metru u fit-3,000 metru. Dan kien suċċess mhux mistenni għalija minħabba li f 'perjodu ta' xahar u nofs kelli nistablixxi riżultati tajbin wara xahar wieqfa biex niffoka fuq l-eżamjijet tal-livell ordinarju. Is- sena ta' wara pruvajt nerġa' nżomm l-appuntament tiegħi għal-logħob tal- FISEC tal-2008 li saru f 'Malta. Wara s-suċċess tas-sena ta' qabel pruvajt inħalli marka tajba però għalkemm għamilt l-almu tiegħi erbaħt medalja waħda tal-fidda fit-3,000 metru. Iżda din il-medalja ħalliet timbre fir-rekords nazzjonali fil-kategorija tal-Juniors bejn is-16 u d-19-il sena b'ħin ta' 10:51,44. Kif komplejt tevolvi fl-atletika? Minn dik is-sena, bdejt iktar niffoka biex nerġa' ntejjeb il-ħin tiegħi fit- 3,000 metru biex b'hekk nistablixxi rekord nazzjonali ġdid. Sena wara sena ta' taħriġ ma stajtx intejjeb il-ħin tiegħi kif xtaqt u dejjem naqsam il- linja b'sekonda 'l bogħod mir-rekord. Sakemm fl-2010, meta kelli dsatax-il sena, tejjibt il-ħin b'ħames sekondi. Sfortunatament f 'dik il-ġurnata kont tellaqt f 'kategorija mħallta rġiel u nisa. B'hekk il-ħin ta' 10:46,89 uffiċjalment ma ġiex meqjus bħala rekord. Dan il-ħin rebbaħni post fit-tim ta' Malta biex nipparteċipa fit-tieni edizzjoni tal-European Team Championships 3rd League li saru Malta. Bis-saħħa tal-ħin li kont irreġistrajt xahar qabel, mentalment u fiżikament kont b'saħħti biex nuża din l-opportunità sabiex intejjeb ir-rekord nazzjonali tal- Juniors fit-3,000 metru. Però x-xitan m'għandux ħalib, u kelli nikkuntenta b'ħin ta' 10:52,42, kważi sekonda eżatt 'il bogħod mir-rekord uffiċjali. L-opportunità li nirreġistra rekord nazzjonali tal-Juniors fit-3,000 metru ma kinitx waqfet hemm għalkemm it-taħriġ kien naqas fix-xhur tas- sajf. L-assoċjazzjoni tal-atletika għażlitni biex nirrappreżenta lil Malta fil-Mediterranean Junior Athletic Meeting f 'Tunis. Għalkemm dakinhar m'għamiltx prestazzjoni kif kien mistenni, kienet esperjenza sabiħa fejn kelli l-opportunità li nipparteċipa kontra atleti minn pajjiżi ta' madwar il-Mediterran. Għalkemm il-kapitlu li ntejjeb ir-rekord kien ingħalaq, ma qtajtx qalbi imma bdejt niffoka f 'distanzi differenti. B'hekk l-1,500 metru u l-5,000 metru kienu saru l-prijorità fil-karriera tiegħi. L-1,500 metru hija iktar għal qalbi minħabba li għandek bżonn kemm l-istamina, kif ukoll is-saħħa fiżika u mentali biex twassal għal tliet dawriet u tliet kwarti tat- trekk. Minn xiex għaddejt fl-2011? Is-sena 2011, kienet għadma iebsa għalija biex nikseb post fit-tim ta' Malta meta ma rnexxilix nilħaq il-ħinijiet biex nikkwalifika għal- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ġewwa Lichtenstein. Dan illimitani wkoll milli nżomm l-appuntament tiegħi għall-European Team Championships ġewwa Reykjavik, l-Iżlanda. Iżda l-Mulej jagħlaq bieb u jiftaħ ieħor. Għadni niftkar dak il-mument meta ċempilli l-President tal-Klabb Maurice Spiteri biex jgħidli li ġejt magħżula biex nieħu sehem fit-3,000 metru Steeplechase fil-European Team Championships. Dan kien qabel ma dħalt għal-lezzjoni tal-inġinerija mekkanika ġewwa l-Fakultà tal- Inġinerija fl-Università ta' Malta fit- tieni sena tiegħi. Inkun onesta, lanqas naf x'kien qed jiġri fil-lezzjoni hekk kif moħħi beda jaħseb kif se ndur seba' dawriet u nofs b'ħames ostakli kbar tal-injam f 'kull dawra. Kont naf li kapaċi niġri 3,000 metru però l-esperjenza li naqbeż dawn l-ostakli ma kellix. Onestament, il-biża' bdiet tirkibni u ma tantx ħadt gost b'din l-aħbar. Meta tajt din l-aħbar lil Xandru, għamilli l-kuraġġ li naċċetta din l-opportunità li sal-lum ma jiddispjaċinix li ħadtha. F'perjodu ta' xahar ġibt il-kunfidenza biex naqbeż dawn l-ostakli u l-opportunità li nipprattika f 'waħda mil-laqgħat ta' kompetizzjonijiet li torganizza l-assoċjazzjoni tal-atletika. F'dik il-laqgħa, ġimgħa qabel il- kompetizzjoni, stablixxejt rekord nazzjonali ġdid fit-3,000 metru Steeplechase b'ħin ta' 12:07,10. Din kienet motivazzjoni biex nagħmel wirja tajba ġewwa l-Iżlanda. Fil-ġirja dħalt l-għaxar post minn ħmistax- il pajjiż iżda m'għamiltx l-aħjar ħin tiegħi. Però xorta kont sodisfatta bir-riżultat li ksibt, meta niftakar li f 'xahar pruvajt inġib il-kunfidenza għal din it-tip ta'ġirja. It-3,000 metru Steeplechase hija ġirja pjuttost differenti. Il-fatt li għandek sfida kontinwa biex taqbeż kull ostaklu, il-ġisem irid jibqa' fiżikament b'saħħtu. Din l-isfida kontinwa ġegħlitni nintrabat biex niffoka fuq din il-ġirja. Id-dedikazzjoni meħtieġa biex tistabilixxi prestazzjoni tajba għall-isteeplechase, naqqset il-ħajra kemm tiegħi u kemm tal-kowċ biex niffukaw fuqha. Is-sena 2012 kienet waħda diżappuntanti għalik. Għaliex? X'kien ġara eżatt? Is-sena 2012, is-sena tal-Olimpjadi ġewwa Londra, ma kinitx sena ta' suċċess għalija kemm fiżikament kif ukoll mentalment. Kien iż-żmien fejn bdejt it-tielet sena tal-Università u sibt part-time,u dawn iż-żewġ fatturi ma kinux ta' għajnuna għall- karriera fl-atletika. Is-suċċess li tikseb fl-istudju biex ikollok karriera professjonali u s-suċċess li tikseb fl-atletika huma żewġ affarjijiet sbieħ li wieħed jista' jkollu f 'ħajtu. Dejjem sibt bilanċ bejn karriera u oħra, iżda din id-darba ma stajtx insib bilanċ sew bejn dawn it-tliet oqsma. Il- fatt li f 'dik is-sena ma kienx hemm European Team Championships minħabba l-Olimpjadi, il-ħeġġa li nitħarreġ b'mod kontinwu naqset. Għalhekk, beda jiġini l-ħsieb li nieqaf mill-atletika għal sentejn minħabba li s-sena ta' wara kienet is-sena li ridt naħdem fuq it-teżi. Bl-appoġġ li sibt mill-familja, mill-kowċ, minn SPORTSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Mona Lisa Camilleri – tispeċjalizza d-dixxiplina tal-atletika, steeplechase, u li -aħħar snin speċjalment -aħħar ġimgħat kisbet diversi suċċessi -istess dixxiplina Saħħa, klassi u teknika fl-atletika "Il-biża' bdiet tirkibni u ma tantx ħadt gost b'din l-aħbar" "Ix-xitan m'għandux ħalib, u kelli nikkuntenta b'ħin ta' kważi sekonda 'l bogħod mir-rekord uffiċjali"

