Illum previous editions

ILLUM 6 JULY 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/341810

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 06 ta' Lulju 2014 Alex, il-FŻL kien ġie mwaqqaf fl-1951, illum kif tiddeskrivi r-rwol tal- forum fi ħdan il-Partit Laburista? Bħala partit l-għan prinċipali tagħna huwa li nkunu pont bejn il-partit u ż-żgħażagħ. Bħalissa ninsabu xi 500 membri fi ħdan il-FŻL u aħna qegħdin hawn sabiex nixprunaw lill-partit fuq temi u suġġetti li jirrigwardjaw liż- żgħażagħ u għalhekk għandna rwol ċentrali. Aħna mhux qegħdin hawn biex niddevertu jew noqogħdu nċapċpu wara l-mexxej tagħna. Qegħdin hawn biex nagħtu kontribut sħiħ u kontinwu lejn il-partit u mhux biss waqt xi kampanja elettorali. Il-Forum hu wkoll nursery għaż-żgħażagħ li jridu jidħlu fil-politika u llum tajjeb ngħidu li hemm diversi sindki u kunsilliera li propju bdew it-triq politika tagħhom minn hawn. Qegħdin taħdmu fuq xi ħaġa partikolari bħalissa? Bħalissa qed naħdmu fuq proġett kbir li se jseħħ f 'pajjiżna dan is-sajf. Dan hu l-Festival Internazzjonali taż-Żgħażagħ Soċjalisti fejn ġejjin Malta madwar 1,300 żagħżugħ minn madwar id-dinja. Dan il-festival se jdum sitt ijiem u se jkun qed isir fil-Mediterran għall- ewwel darba. Se nibnu villaġġ fil-camp site tal-iscouts f 'Għajn Tuffieħa sabiex nakkomodaw lil kulħadd għal dan il-festival fejn matulu se jattendu anke kapijiet ta' stat li d-dettalji tagħhom inħabbruhom aktar tard. Hemm xi politiku li tħares lejh bħala rwol eżemplari? Dejjem ħarist lejn Tony Blair bħala riformista kbir. Tony Blair ħa r-riedni tal-Partit Laburista Ingliż meta l-partit kien ilu snin fl-oppożizzjoni u ttrasformah tant tajjeb li wasal biex rebaħ l-elezzjoni bl-għajta ta' New Labour. Xi ħaġa li riċentament esperjenzajnieha anke f 'pajjiżna permezz tal-mexxej Joseph Muscat. Fl-aħħar elezzjoni ġenerali kif ukoll fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, il-PL ġab maġġoranza assoluta, x'kien l-involviment tal-FŻL fil-kisba ta' dawn ir-riżultati? Fiż-żewġ kampanji kellna rwol ċentrali ħafna. Fl-elezzjoni ġenerali kellna l-kampanja I'm in. Kampanja li ħloqna aħna stess bħala żgħażagħ Laburisti u mhux il-partit ħoloqha għalina. Kienet kampanja li involviet mijiet ta' żgħażagħ jaħdmu f 'dawn l-uffiċini fejn organizzajna diversi attivitajiet. Il-partit dejjem tana spazju biex immexxu l-kampanji tagħna, imfassla miż-żgħażagħ għaż-żgħażagħ. Frederick Attard fattard@mediatoday.com.mt Alex Saliba Età: 26 sena Edukazzjoni: Iggradwa bħala avukat sentejn ilu Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala persuna li jħobb jimla l-ġurnata bix-xogħol. Iqis lilu nnifsu bħala perfezzjonist iżżejjed u xi ftit eżiġenti anke mal- eżekuttiv taż-żgħażagħ Iħobb ħafna l-qari u l-futbol u jżomm mal-Inter Alex Saliba beda jinvolvi ruħu l- politika sa minn meta kellu 15-il sena meta daħal -għaqda PULSE. Minn hemm beda l-attiviżmu politiku mal-istudenti. Meta daħal l-Università daħal jiorma parti mill-Forum Żgħażagħ Laburisti fejn wara erba' xhur kien elett segretarju u minn hemm baqa' miexi 'l quddiem. Jgħid li dak iż-żmien qatt m'għaddietlu minn moħħu li kien se jidħol għall- impenn politku sħiħ kif l-fatt jinsab illum. "Il-paga ta' Bondi hi goffa u esaġerata" Ritratt: Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 JULY 2014