Illum previous editions

ILLUM 6 JULY 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/341810

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 06 ta' Lulju 2014 | illum 15 Kemm hu importanti li l-PL fil- gvern ikollu oppożizzjoni soda li tiskrutinizza l-ħidma tiegħu fil-gvern bħal ma ġara fil-każ tal-bejgħ taċ- ċittadinanza? Ovvjament li hu importanti li f 'demokrazjija jkollok oppożizzjoni kostruttiva. Kulħadd jagħmel żbalji u kulħadd għandu l-prinċipji tiegħu però hu importanti li kulħadd ikun kostruttiv fl-aħjar interess tal-pajjiż. Il-poplu wassal messaġġ ċar lill- Oppożizzjoni Nazzjonalista u naħseb li hu importanti li l-oppożizzjoni tifhem li, li tikkritika hu fid-dmirha imma wkoll hu fi dmirha li tkun pożittiva. X'inhuma l-ħsibijiet tiegħek fuq l-immigrazzjoni irregolari? Jien bħala soċjalist nemmen li dawn il-persuni għandna ngħinuhom u ma nħalluhomx mitluqin għal riħhom. Aħna nemmnu wkoll li l-piż għandu jinqasam bejn kulħadd. Dawn l-immigranti mhux qed jissugraw ħajjithom fuq il-baħar b'kapriċċ iżda għax verament qed ifittxu ħajja aħjar. Waħedna ma nistgħux naslu imma jekk kulħadd iġorr parti mill-piż żgur li nkunu f 'qagħda ferm aħjar. Temmen f 'soċjetà multikulturali jew dan hu sempliċiment kliem biex nidhru sbieħ u li m'aħniex razzisti? Ir-razziżmu mhu permessibbli qatt. Kulħadd għandu dritt li jesprimi opinjoni imma li tesprimi opinjoni biex tilleċita mibgħeda lejn ħaddieħor m'għandu jkun permissibli qatt. Li jkollok soċjetà inklussiva u multikulturali hija xi ħaġa b'saħħitha u teżisti kullimkien. Malta mhix pajjiż magħluq ġo bozza u l-multikulturaliżmu ilu jinxtered u allura aħna rridu nagħtu l-importanza billi niffukaw u nedukaw ruħna, speċjalment lit-tfal tagħna, fuq dan is- suġġett ħalli b'hekk inkunu aċċettabbli lejn kulħadd. Irridu naħdmu flimkien biex ma nħallux lill-pajjiżna jinħakem minn mibgħeda razzjali. Il-PL fil-gvern s'issa wettaq terz tal-manifest elettorali, fosthom ir-roħs tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma u anke daħħal il-liġi tal-unjoni ċivili . . . Meta ngħidu li wettaqna 33% jfisser li fadlilna l-balla l-kbira! Bdejna b'ħafna ħeġġa u l-isfidi li hemm quddiemna huma kbar. Konna nafu għal xiex deħlin meta ppjanajna r-roadmap ta' pajjiżna. Dan ħadd ma poġġieh fuqna iżda konna aħna stess li niżżilna l-prijoritajiet ta' pajjiżna fil-manifest elettorali. Joseph Muscat daħħal mentalità fina li, tagħmel kemm tagħmel, qatt mhu biżżejjed u għalhekk se nkomplu għaddejin bil-ħidma tagħna bla waqfien bil-għan li nilħqu l-mira tagħna u possibbilment inkunu lħaqna l-100%. Matul il-kampanja elettorali l-PL ħareġ bl-għajta tal-meritokrazija iżda llum nafu li mhux kulħadd ħa li ħaqqu . . . Biex tissodisfa lil kulħadd fl-ewwel sena hu ftit diffiċli imma bħala meritokrazija bdejna naħdmu u nsolvu inġustizzji però ma rridux ninsew l-għajta li tela' biha dan il-gvern, jiġifieri li se jkollna stil ġdid ta' tmexxija. Nifhem li meta konna qed nużaw il-kelma 'moviment', ħloqna xi ħaġa ġdida u li forsi l-Laburisti tradizzjonali ma setgħux jifhmuha faċilment. Dik li tara nies li sa ftit qabel kienu mal-kamp oppost u li matul il-kampanja elettorali fehmu l-messaġġ tal-partit Laburista u ġew u ngħaqdu magħna. Forsi għal bidu titqarras ftit speċjalment meta tara nies li fil-passat kienu għamlulna l-ħsara imma dan hu l-istil ġdid ta' tmexxija u rridu naċċettaw li naħdmu flimkien ma' xulxin. Wara ħafna pressjoni fuq il-gvern biex jippubblika kemm qed jitħallas Lou Bondi bħala konsulent fuq il-festi nazzjonali, issa nafu li dan hu mħallas aktar minn Ministru tal-Gvern u mill- Kummissarju tal-Pulizija, taħseb li dan hu salarju ġustifikat? Jiena ma nistax nidħol fid- diskrezzjoni ta' kemm għandu jitħallas imma fir-rigward ta' jekk għandux jaħdem ma' dan il-gvern, aħna bħala gvern qegħdin nippruvaw nisfruttaw ir-riżorsi u l-kapaċitajiet kollha li jeżistu f 'pajjiżna. Rigward paga mhux se nkun jiena li niġġustifika però personalment, u bħal ħafna oħrajn, naħseb li hija goffa u fl-opinjoni tiegħi hi daqsxejn esaġerata però ma jfissirx li Lou Bondi ma jistax jaħdem magħna. Ix-xogħol li qed jagħmel hu, flimkien mal-kumitat, qed iħalli l-frott. Il-qgħad f 'Malta, għalkemm taħt il-medja Ewropea, qed ikompli jiżdied xahar wara xahar. Jinkwetak dan il- fatt speċjalment meta jkollok żgħażagħ bla xogħol? Il-problema tal-qgħad fost iż- żgħażagħ mhijiex problema li twieldet ilbieraħ. Fadlilna ħafna xogħol x'nagħmlu sabiex insolvu dawn il- problemi u bdejna niddiversifikaw fil-qasam edukattiv sabiex meta naraw min qed jaqa' lura nagħtuh l-għajnuna li hemm bżonn. Għalkemm m'aħniex qegħdin f 'sitwazzjoni ħażina, aħna ninkwetaw u sakemm jibqa' anke persuna waħda bla xogħol, se nkomplu naħdmu biex jinħoloq ix-xogħol f 'pajjiżna. Taqbel mal-idea li l-edukazzjoni obbligatorja għandha titla' għal 18-il sena? Iva naqbel għax nemmen li hemm ħafna żgħażagħ li għax matul is-sajf isibu ftit flus fil-but jabbandunaw l-istudji b'detriment għall-futur tagħhom. Hemm bżonn niggwidaw liż-żgħażagħ jinvestu fihom infushom. Li tieqaf ta' sittax-il sena, ħafna drabi tfisser li tispiċċa mingħajr ċerta ħiliet bażiċi u għalhekk jekk l-età ta' edukazzjoni inklussiva titla' għal 18-il sena, żgur li tkun ta' benefiċċju għalihom stess. Fuq nota pożittiva qed naraw żidiet inkuraġġanti fis-settur tat- turiżmu… Naħseb wieħed irid ikun onest fuq dan is-suġġett u nsemmu li fl-amministrazzjoni preċedenti kellek gvern Nazzjonalista li għamel ħidma tajba ħafna biex jiddiversifika s-settur tat-turiżmu. It-turiżmu kien settur li l-Partit Nazzjonalista mexxieh tajjeb 'il quddiem. Aħna bħala gvern, dak li kien hemm tajjeb qed inkomplu nsaħħuh u dik kienet primarjament il-ħidma inizjali ta' Karmenu Vella u issa ta' Edward Zammit Lewis. Se nkomplu niddiversifikaw sabiex dan is-settur ikompli jikber. Ftit ilu kont Għawdex u ħadt gost nisma' bejjiegħa jirrakkuntaw li kien ilhom snin ma jkollhom staġun tajjeb kif qed jidher li se jkun dan l-istaġun. X'tikkummenta fuq it-traffiku fit- toroq li kull ma jmur qed jiżdied? Qatt tista' tissolva din il-problema? Li tissolva kompletament naħseb li diffiċli imma bix-xogħlijiet li qed isiru fi Triq il-Kosta u postijiet oħra, naħseb li se ttejjeb l-immaniġġjar tat-traffiku. Qed tgħin ukoll ir-riforma fit-trasport pubbliku. Jekk ikollna servizz pubbliku aħjar, kif qed nippjanaw u tant qed jaħdem fuqu l-Ministru Joe Mizzi, jien l-ewwel wieħed li ma jkollix problema nuża t-trasport pubbliku biex nidħol il-Belt għax-xogħol. Il-futur tiegħek fil-politika, x'inhu l-pass li jmiss? Jiena ġejt elett f 'dan ir-rwol għal perjodu ta' ħames snin u għalhekk il- fokus prinċipali tiegħi huwa l-FŻL u li nkompli nkabbar dan il-forum. Imma int il-politika tħobbha… se narawk kandidat fl-elezzjoni ġenerali li jmiss? Li nista' ngħidlek bħalissa hu, li wara li ġejt avviċinat minn diversi għaqdiet taż-żgħażagħ soċjalisti se nkun qed nixħet in-nomina tiegħi għall- kariga ta' Viċi-President tal-Għaqda taż-Żgħażagħ Soċjalisti Ewropej (YES - Young European Socialists). L-elezzjonijiet mistennija jsiru f 'pajjiżna waqt il-IUSY World Festival f 'Awwissu li ġej. Pass ieħor storiku għall-Forum Żgħażagħ Laburisti. Rigward politika lokali, jekk il-Prim Ministru jkollu l-fiduċja fija u jekk jien nista' nkun ta' għajnuna għall- partit bħala kandidat, jien ma nagħlaq l-ebda bieb. Nammetti li s'issa dejjem ħassejtni komdu naħdem internament fl-istrutturi interni tal-partit però kif għidt, jekk ikun hemm bżonn, mhux se nagħlaq l-ebda bieb. "Joseph Muscat daħħal mentalità fina li nagħmlu kemm nagħmlu qatt mhu biżżejjed" - Alex Saliba "Il-paga ta' Bondi hi goffa u esaġerata" Ritratt: Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 JULY 2014