Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/341810
16 illum | Il-Ħadd 06 ta' Lulju 2014 LUIS Suarez kannibalu jew għandu bżonn it-terapija psikjatrika? Ħa li ħaqqu meta gidem lil difensur tal-Azzurri jew kien ikkastigat b'mod eċċessiv? Il-kontroversja baqgħet għaddejja fil-mezzi tax-xandir internazzjonali kollha. Ir-riċerka psikoloġika turi li Luis Suarez, apparti li jidher li mhux f 'postu fil-grawnd tal-futbol professjonali, jista' jkollu bżonn ta' analiżi serja tal-istat mentali u emottiv tiegħu. Id-drawwa tal-gdim normalment hi relatata mal-imġiba aggressiva jew diżordinata ta' tfal taħt il-ħames snin. Dan juri li Luis Suarez għadu ma ħariġx minn stat ta' infantiliżmu u l-karattru tiegħu juri taqbid psikoloġiku vjolenti li fl-isport inissel ripulsjoni. Il-gidma tesprimi stat ta' rabja u frustrazzjoni li probabbilment għandu bżonn ta' assistenza professjonali. Il-Kinsey Report, wieħed mir-rapporti xjentifiċi analitiċi l-aktar famużi tas-seklu 20, maqlub fi tlettax-il lingwa f 'nofs is-snin sittin, kien biddel ħafna perċezzjonijiet sesswali, fosthom il-fetiċiżmu taħt id-diversi forom tiegħu. Fost l-oħrajn ir-rapport jitkellem dwar kif il-gdim jista' jkun sintomu ta' tqanqil sesswali, jiġifieri l-każ ta' Suarez joffri cocktail ta' sintomi, minn infantiliżmu sa vjolenza u aggressjoni ta' natura sesswali. Fil-każ ta' Luis Suarez, donnha li tgħodd sewwa r-riflessjoni għarfa li kien għamel Leve Tolstoj fir-rumanz famuż tiegħu, Anna Karenina: Il-punt tad-diskussjoni in voga hu dan li ġej, "hemm linja li tifred il-psikoloġiku u l-fiżjoloġiku fil-bniedem?" L-avukati ta' Suarez (li tela' mill-faqar tat-triq) qed isostnu li qed issir kampanja biex ikun defamat l-istriker ta' Liverpool u l-Urugwaj. Dan jista' jispjega kif il-plejer skont The Telegraph juri passjoni lejn il-logħba, qatt ma jgerger dwar it-taħriġ u juri solidarjetà ma' sħabu. Min-naħa l-oħra, sorsi sportivi josservaw li l-gidma ta' Suarez fuq Chiellini ratha d-dinja kollha, inklużi l-miljuni ta' minorenni li kienu skandalizzati dwar x'jista' jfisser il-logħob tal-ballun. Tant kienet "bil-qalb" il-gidma ta' Suarez, li wara l-att vjolenti / patoloġiku, deher qed "jirranġa snienu." Kolp ta' parodija attiva. Suarez kellu żewġ każi oħra li fihom gidem lill-avversarji. Forsi din id-darba l-avukati tiegħu se jsejħu xi dentisti biex jixhdu dwar kemm qed isofri biex jagħti dawn l-ispettakli mondjali? IĊ-ĊIMITERJU FIL-MARE NOSTRUM Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi tkellem f 'indirizz lill-Parlamentari Ewropej rigward iċ-ċimiterju fil-Baħar Mediterran. Ċimiterju għall- Afrikani li jfittxu l-kenn fl-Ewropa li darba ħakmithom u umiljathom. F'dan l-indirizz tkellem bid-dinjità u l-passjoni ta' oratur klassiku Ruman: "Dik l-Ewropa li trid tgħallem it-teknika tal-qbid tat-tonn taż-żejt lil sajjied Kalabriż u mbagħad tagħti daharha lil tant nies mejtin fil-baħar, ma tistax tissejjaħ ċivilizzata." L-Italja, Spanja, il-Greċja u Malta tħallew prattikament waħedhom biex jaffrontaw is- salvataġġi ta' tant u tant erwieħ minn destin atroċi taħt l-ilma. Renzi rrefera għas-'Saċerdoti' Għoljin tal-Unjoni Ewropea: "Jekk l-Ewropa trid tkompli bid-diskorsi staġnanti dwar l-awsterità, l-Italja minkejja li qed tonfoq €9 miljun fix-xahar biex issalva lill-maħrubin, se tkompli tippreferi l-valuri umani." IT-TIELET DINJA: L-ESPORTAZZJONI TAL- FARMAĊEWTIĊI Programm tal-BBC wissa kontra l-prattika li l-pajjiżi tal-Punent qed jippreskrivu bl-addoċċ metodi ta' terapija kontra kundizzjonijiet mentali / newroloġiċi bħad-dipressjoni u l-epilessija. "Esperti" tal-Punent, bħalma jiġri f 'tant setturi soċjali oħra, qegħdin jippretendu li l-metodi tagħhom jgħoddu għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, dawk tat-Tielet Dinja, mingħajr ma jkunu studjaw it-tessut soċjali u kulturali ta' dawk l-inħawi. L-interess ewlieni jista' jkollu x'jaqsam mal- kummerċjalizzazzjoni ta' farmaċewtiċi partikolari. STIGMA U DISKRIMINAZZJONI F'dan il-kuntest ta' min jgħid li skont rapport f 'The Guardian, u minn stimi tal-WHO, problemi mentali u newroloġiċi huma l-kawża ewlenija tal-mard mentali u diżabilità globalment. Aktar minn hekk il-pubbliku, ġeneralment, isibha ħafna aktar diffiċli biex jempatizza ma' dan it-tip ta' mard (li jinkludi l-bipolar disorder u l-iskizofrenija, fost l-oħrajn). U għalhekk, l-organizzazzjonijiet li jieħdu ħsieb dan it-tip ta' mard jikkumbattu kontinwament biex jakkwistaw il-fondi. Għad hemm stigma qawwija dwar dawn il-kundizzjonijiet u skont The Guardian 70% ta' dawk affettwati b'mard mentali jsofru minn xi forma ta' diskriminazzjoni. Anki f 'Malta, il-profil tal-mard mentali għadu mkebbeb b'ħafna preġudizzji, bl-istigma tagħfas fuqu. IL-PARTIĠĠJANIŻMU U VASSALLI Fl-ewwel indirizz tagħha fil-pubbliku, il-President Marie Louise Coleiro Preca tkellmet dwar l-intolleranza partiġġjana. Wara 40 sena mill-Indipendenza Malta għadha tbati mill-ġrieħi tal- partiġġjaniżmu, li l-pajjiż jidher li ma jafx kif jinnewtralizzah. Bażikament, it-tort għandu jaqa' fuq il-klassi politika li tiddomina għal kollox l-isfera politika. Iżda hemm ukoll ir-responsabbiltà tal-mezzi tax-xandir, bl-istazzjonijiet taż- żewġ partiti politiċi jinstigaw kontinwament il-firda Aħna- Huma. Id-diskors li "rnexxielna negħlbu l-kriżijiet kollha li tfaċċaw" f 'dawn l-aħħar 40 sena hu giddieb, għax l-akbar kriżi, internalizzata fil-fond, għadha hemm, tnawwar il-psike kollettiv tal-Maltin. Hu superfiċjali li titkellem dwar l-identità lingwistika ta' Malta bħala prova ferma li aħna nazzjon. Dan l-argument hu biss "akkademiku" jew xjentifiku u effettivament, ma jinnewtralizzax l-aggressività politika li għadha tipprevali f 'Malta 50 sena mill- Indipendenza u fl-anniversarju ta' Mikiel Anton Vassalli. Hemm ir-retorika u hemm il-fatti. Pereżempju Malta tant hi intolleranti li ebda partit ma jissogra jaqla' l-fdalijiet ta' Vassalli minn ċimiterju protestant biex jerġa' jidfnu f 'xi territorju ieħor, ngħidu aħna, f 'territorju universitarju. Minkejja d-diskors kollu, ir- riskji partitarji jkunu kbar wisq. SUAREZ U L-PSIKOLOĠIJA TAL-GIDMA MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Ittri Kannibalu jew għandu bżonn it-terapija psikjatrika? B'referenza għal dak li ntqal dwar l-Arċisqof SAVIOUR CAMILLERI ĦAMRUN B'REFERENZA għal dak li ntqal dwar l-Arċisqof fil- gazzetta tiegħek, tal-Ħadd, 29 ta' Ġunju 2014, xtaqt inressaq dawn l-osservazzjonijiet; qabel xejn, l-ewwel nett, għall- benefiċċju tal-qarrejja; it-tieni biex wieħed jixtarr qabel jasal għal xi konklużjonijiet li jistgħu jkunu żbaljati minn għeruqhom u għalhekk ma jkunx ġust li jintefa' dell ikrah fuq min ma jistħoqqlux. 1. Illum il-ġurnata, is-sistema tas-'seniority' qed tiġi abolita minn kullimkien. Il-persuna saret titkejjel fuq il- merti tagħha. Meta l-persuna hi abbli u profiċjenti fix-xogħol/ qasam tagħha, tkun qed tpoġġi lilha nnifisha f 'pożizzjoni li titqies promettenti għall-oqsma oħra, ogħla u ġodda. Fil-każ tagħna, il-kelma 'kariżma' toqgħod aktar. Persuna li tiddistingwi ruħha minn oħrajn malajr tiġi nnutata, kemm minn dawk ta' madwarha u sew mid- diriġenti. Għalhekk minn dak il-ħin ikunu diġà qed jitfgħu għajnejhom fuqha, bħala kandidata-prospettiva għal xi kariga li tista' taqdi tajjeb fil-futur b'tant ħila. U hawn tibda tinbet il-fiduċja f 'dawk ta' fuqha. 2. Għalhekk wieħed m'għandux ikun hu, li jagħżel lilu nnifsu jew jistieden ruħu b'idejh għal xi kariga jew promozzjoni. Imma l-abbiltà tiegħu stess tagħżlu biex ikun magħżul minn ta' fuqu. Il-ħila li jista' jkollha persuna turiha mhux tant u bilfors fil-qadi ordinarju - doveri tas-soltu – iżda, li tkun marret lil hinn minn triqitha. 3. Kont ġejt mgħarraf li l-kappillan in kwistjoni kien għamel 3 snin iservi bħal viċi- parrokku fl-istess parroċċa qabel ma ntgħażel kappillan u għalhekk sar midħla sew mal-parruċċani barra li sar jaf sewwa bil-problemi tal- parroċċa partikolari... u b'dan niġi għar-raba' punt... 4. Mela jekk fil-parroċċa partikolari kien hemm ħotba (problema) li tkun twalet u li kienet qed tinkwieta lill-istess nies tal-parroċċa u saħansitra tkedd lill-awtorijtajiet ekklesjastiċi, jekk ta' qablu ma sabux tarfha u dan irnexxielu jwittiha f 'tebqa ta' għajn, dan il-viċi-parrokku ikun għamel biċċa xogħol ta' fejda kbira u ħaqqu mitt proset u ta' min ikun grat lejh. Allura mhux bir- raġun li jkun jimmmeritah li jingħata l-mandat ta' kappillan ġdid. 5. Punt ieħor hu: li l-Arċisqof jibgħat kappillan ġdid f 'parroċċa żgħira biex jitrawwem fiha qabel jagħtih parroċċa akbar. Issa, peress li ż-żminijiet ibiddlu kollox, l-Isla (għal min ma jafx) issa, saret tgħodd mal-iżgħar parroċċi u għalhekk l-Arċisqof ma jkun għamel xejn żejjed jew għamel xi ħaġa barra minn loku meta l-kappillan imsemmi, iddelegah għall-parroċċa tal-Isla. 6. Kif ingħad mill- istess-Sengleani (għax dan jafuh) din id-deċiżjoni kienet ħadet ammont ta' ġimgħat sabiex intgħażel il-kappillan il-ġdid tagħhom. Din kienet turi min-naħa tal-Arċisqof, dixxerniment u konsultazzjoni wiesgħa. U dan wara li jkun għarbel il- possibilitajiet kollha, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet li jkunu daħlulu fosthom mill-predeċessuri li magħhom il-kappillan il-ġdid kien ħadem tul it-tliet snin. 7. Fl-aħħar mill-aħħar hija d-diskrezzjoni tal-Arċisqof biss li jagħżel dak li jaħseb li jista' jkun tant xieraq u adatt għal xi parroċċa partikolari. Dan jagħmlu (kif għidna fuq) wara li dejjem ikun qies kull pass b'reqqa. Wara kollox, kull saċerdot jaf li suppost huwa kollaboratur tal-Arċisqof u ntagħżel minn fost il-poplu sabiex jaqdi u mhux jagħżel hu jew aħjar jagħżel lilu nnifsu.

