Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/341810
Il-Ħadd 06 ta' Lulju 2014 | illum 17 ma' Maria Vella Wilson Maria Vella Wilson - Ħafna nies jiftakru lil Maria fuq il-palk u t-televiżjoni u forsi hemm min jistaqsi "dik x'sar minnha?" Tkellimna ma' Maria permezz tal-mezzi soċjali minħabba li llum Maria tgħix ferm 'il bogħod minn Malta. FREDERICK ATTARD fattard@mediatoday.com.mt Fejn qed tgħix bħalissa Maria? Ili tliet snin u nofs ngħix f 'Wisconsin l-Istati Uniti wara li ddeċidejt li nagħmel pass ġdid f 'ħajti li wassalni hawn. Biex inkun eżatta, noqgħod Plymouth, Wisconsin. X'tgħidilna dwar dan il-post? Jingħad li huwa wieħed mill-Istati fejn hemm l-aktar ksieħ! M'iniex waħda li nħobb is-sħana, u hawnhekk forsi b'kollox ikollna xahar sħana jekk tgħodd il-ġranet fejn ma jkollnix silġ u borra. Is-sajf ġeneralment ikun passabbli. Ma ngergirx mill-ksieħ għax b'xi mod jew ieħor insib kif nitgezzez fi ħwejjeġ sħan u ġewwa mhux problema għax il-bini msaħħan sew. Hemm xi ħaġa li ddejqek ? L-aktar ħaġa li ddejjaqni hija li m'hawnx trasport pubbliku. Qed nirreferi għall- post fejn noqgħod. Fl-ibliet hemm trasport imma ġewwa Plymouth m'hemmx. Kulħadd isuq karozza privata minbarra jien. Tant drajt fil-ġenn ta' traffiku ta' Malta, li hawnhekk nibża' li ma nkampax! Allura mmur kullimkien bil-mixi, jew inkella mar-raġel tiegħi Steve (Amerikan minn Ohio), li ma jiddejjaq xejn jagħmilha tax- xufier tiegħi. Post żgħir mela jekk m'hemmx trasport pubbliku . . . Dan il-post għandu popolazzjoni ta' madwar 8,500 ruħ. Jien insejjaħlu "the town where time stood still" għax ftit inbidel matul is-snin. Ħafna mill-bini huwa l-istess bini tas- seklu dsatax. Anzi, dak iż-żmien kienu aktar progressivi mil-lum għax kellhom trasport pubbliku fil-forma ta' tramm jew "trolleys". Viċin tagħna hemm linji tal-ferrovija u kultant ħin nisma' ferrovija għaddejja. Iżda dawn ma jġorrux passiġġieri imma jġorru biss merkanzija minn post għall-ieħor. Dnub għax kieku jiena nkun minn tal- ewwel biex nirkibhom! Hemm postijiet ta' divertiment? Bars hawn kemm trid imma l-uniku post fejn iservu kafè bħal 'cappuccino' jiftaħ f 'xis- 6am u jagħlaq fit-3pm. Hawn żewġ ristoranti, u dawn mad- 9pm jagħlqu. L-aktar post li jogħġobni huwa ristorant żgħir ħafna li kif dħalt hemm l-ewwel darba ħassejtni qisni qiegħda ġo film tal-cowboys. Kif tiddeskrivi n-nies tal- lokal? Il-biċċa l-kbira dħulin ħafna speċjalment fejn noqgħod jien, fil-parti ċentrali ta' Plymouth, kulħadd jaf lil xulxin. Dan mhux post turistiku u allura għalihom jiena xi ħaġa speċjali għax ġejt mill-Ewropa. Imbagħad meta jarawni niekol bil-furketta u s-sikkina qishom raw xi ħaġa ta' barra minn hawn għax hawnhekk s-sikkina tintuża biss biex taqta' l-laħam jew biex tidlek il-ħobż, imbagħad jieklu kollox bil-furketta biss u b'idejhom. Jużaw il-bars bħala post fejn jiltaqgħu filgħodu, jaqraw il-gazzetta u jiddiskutu l-ġrajjiet kurrenti. Meta jaraw xi ħadd mhux tas-soltu jifluħ minn fuq s'isfel! U l-fatt li int minn Malta? M'hawnx Maltin oħra ħliefi hawnhekk u allura meta jsaqsuni minn fejn jien ikolli nispjegalhom x'inhi Malta, fejn tinsab, b'liema lsien nitkellmu eċċ. Ir-raġel dejjem ikun pront biex jirrakkuntalhom is-sehem ta' Malta fl-aħħar gwerra kif ukoll kif Malta tintuża ħafna drabi bħala sit għal films ta' Hollywood. Jiena u r-raġel tiegħi nistgħu nitqiesu bħala ambaxxaturi għal Malta għax kemm ili hawn, tnejn minn nies biss kienu jafu b'Malta u issa bis-saħħa tagħna diversi nies tħajru jfittxuha fuq l-internet u jaqraw fuqha għax għelbithom il-kurżità! Hemm xi ħaġa oħra partikolari dwar dan il-post? Iva, knejjes żgħar f 'kull rokna kollha b'xi isem stramb u m'għandhom xejn x'jaqsmu mal-knejjes ta' Malta. Ħwienet hawn ftit li xejn u fil-fatt nerfgħu x-xirja tagħna għal tmiem il-ġimgħa u mmorru nixtru minn stabbiliment kbir bħal Walmart li jinsab xi żewġ mili 'l bogħod. F'dawk l-istess inħawi hemm xi żewġ ħwienet oħra li jinteressawni u xi kultant, meta t-temp jippermetti, nilbes it-"trainers" u naqbad it-triq bil- mixi. Żewġ mili 'l hemm u żewġ mili 'l hawn, eżerċizzju tajjeb. U bilħaqq, kuljum f 'nofsinhar tindaqq it-"tornado warning". Is-sirena tindaqq kuljum fl- istess ħin u dejjem nitlob li qatt ma nismagħha f 'xi ħin ieħor għax dak ikun ifisser li mhix prova! Kif tgħaddi l-ħin tiegħek? Inqatta' ħafna ħin ġewwa għax bejn li ma naħdimx u bejn m'hemmx trasport pubbliku, allura nsibni aktar komda quddiem il-kompjuter fejn nista' nikkomunika mal-ħbieb u l-familja tiegħi li jinsabu ġewwa Malta, l-Ingilterra u pajjiżi oħra. Fil-weekends inpatti u kemm jista' jkun nagħmlu ħilitna biex noħorġu bil-karozza. Dejjem hemm x'tara u fejn wieħed jitpaxxa. M'hemmx għalfejn immorru 'l bogħod ħafna għax imdawrin bil-kampanja u hemm xmara il-ġmiel tagħha, ix-xmara Mullet, erba' passi 'l bogħod! Fejn jogħġbok l-aktar l-Istati Uniti jew Malta? Diffiċli ngħid għax it-tnejn huma totalment differenti kemm fid-daqs, kemm fil- klima, kif ukoll fejn tidħol il-kultura. Imbagħad, meta niġu għall-post fejn ngħix, Plymouth, m'hemmx paragun! Mill-gżira ta' Malta, ġawhra fil-Mediterran… spiċċajt f 'post li lanqas f 'mitt sena ma ħlomt li nżur, aħseb u ara ngħix fih. Post bi ġmiel mod ieħor… Ħames Minuti L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Ittri Triq il-Knisja, Ħad-Dingli Festival Marjan f 'Malta? MARK FARRUGIA RESIDENT FI TRIQ IL KNISJA, DINGLI NIRREFERU għall-ittra li dehret fil-ġurnal Illum tal-Ħadd 22 ta' Ġunju, fejn is-Sur Decelis qed jalludi li l-kwiet u l-paċi tar-residenti ta' Triq il- Knisja ntilfu għax twaħħlet road hump tal-lastiku. Nixtiequ ngħarrfu lill- qarrejja ta' dan il-ġurnal li l-maġġoranza tar-residenti ta' Triq il-Knisja naqblu ma' din ir-road hump għax din qed tnaqqas b'mod qawwi l-periklu li jeżisti għalina r-residenti f 'din it- triq dejqa. Dan peress li l-karozzi jiġu mġiegħla jnaqqsu l-veloċità u b'hekk jiġu evitati inċidenti li jistgħu jkunu traġiċi. Tajjeb li jingħad ukoll li din ir-road hump għandha l-permessi kollha ta' Transport Malta. Nixtiequ nirringrazzjaw lil Transport Malta u lill-Kunsill Lokali li fehmu din it-talba li saret fl- interess tas-sigurtà tagħna. J. BONETT BALZAN F'GĦAWDEX ta' kull sena jsir festival Marjan ta' kant. Fih jieħdu sehem numru tajjeb ta' kantanti u xi korijiet. Ta' kull sena numru mdaqqas ta' kantanti jkollhom għanja ġdida dwar il-Madonna, uħud minnhom b'mużika oriġinali. Mużika u lirika miktuba sew minn dawk stabbiliti kif ukoll minn xi ġenituri jew talenti ġodda. Hekk permezz tal-organizzazzjoni ta' dan il- festival Marjan jingħata spunt biex titqanqal iżjed devozzjoni lejn il-Madonna. Mhux biss, talli wħud mill- għanjiet iwasslu punti teoloġiċi importanti b'mod ħafif u mhux kumplikat. Naħseb li ta' min ikun hawn min jorganizza festival Marjan ukoll fil-gżira Maltija u wara, l-għanjiet parteċipanti jibqgħu jindaqqu fuq ir-radjijiet tal-parroċċi.

