Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/341810
"ISSETTUR tas-saħħa qiegħed f 'salib it-toroq u jekk irridu nħallu lill-ġenerazzjonijiet ta' warajna servizz tas-saħħa li jaħdem u li jipprovdi l-kura adegwata għall-poplu Malti u Għawdxi, hemm bżonn li mhux biss naraw li s-servizz jingħata iżda li dan is-servizz ikun sostenibbli fil-kuntest soċjo-ekonomiku ta' pajjiżna." Dan stqarru l-kelliem għas- Saħħa tal-Partit Nazzjonalista Claudio Grech meta kien qed jippreżenta l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista dwar il-kura fil-komunità u primarja fid-dawl tar- rakkomandazzjonijiet tal- Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-programm ta' Riforma Nazzjonali għall- 2014. Grech qal li l-importanza tal-kura fil-komunità u dik primarja qed tikber aktar fid-dawl tal-isfidi kbar li qiegħed jiffaċċja s-settur tas-saħħa pubblika, b'mod partikolari l-impatt tax- xejriet demografiċi tagħna kif ukoll il-kundizzjonijiet tas-saħħa li qed ifeġġu bħala riżultat tal-istil ta' ħajja li qed ngħixu. Żied jgħid li matul din il- leġislatura l-poplu għadu ma ra l-ebda żvilupp materjali fil-kura primarja filwaqt li ftit li xejn ittieħdu inizjattivi f 'dan il-qasam. Spjega li l-problemi huma riżultat ta' sistema li baqgħet dejjem tiġġedded bħala riżultat ta' dak li kien hemm bżonn fil- qasam sekondarju minflok ma nbniet fuq l-importanza tal-kura fil-komunità u dik primarja. Il-kelliem għas-Saħħa qal li f 'dan l-isfond il-Partit Nazzjonalista jemmen li għandu jsir sforz akbar biex is-servizz tas-saħħa pubblika jinbena dejjem aktar fuq pedament li jiżgura l-aċċess għas- servizzi kollha b'mod ekwu, mingħajr diskriminazzjoni, mingħajr ebda forma ta' trattament preferenzjali jew klijenteliżmu. Grech qal li f 'dan il-kuntest il-Partit Nazzjonalista qiegħed jistabbilixxi l-kura fil-komunità u dik primarja bħala pilastru ewlieni tal- politika tiegħu fil-qasam tas-saħħa u għaldaqstant se jkun qiegħed jippromwovi l-kunċett li pajjiżna jkollu pjan fit-tul ta' azzjonijiet tanġibbli li jistgħu jwasslu biex dan il-mudell jiġi attwat fl-interess tal-pazjenti Maltin u Għawdxin. 6 illum | Il-Ħadd 06 ta' Lulju 2014 - Provision of Hardware Maintenance and Support Services for IBM Servers and Related Equipment - T032/14 Data ta' ħruġ: 27 ta' Ġunju 2014 / Data ta' għeluq: 14 ta' Lulju 2014 Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-offerti huma mħeġġa jieħdu nota għall-workshops organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti fis-Centre for Development Research and Training (CDRT ), It-Telgħa ta' Sa Maison, Il-Furjana. F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunità li jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-offerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab fid-dokument tal-offerta. 2123 4710 www.mita.gov.mt Sejħa għall- OFFERTI ILMITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Il-futbol jirbaħ fuq il-festi: Żewġ festi posposti minħabba t-Tazza tad-Dinja JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt ILFESTI ta' San Ġużepp fil-Kalkara u tal-Karmnu fil-Fgura ġew imressqa b'ġimgħa, biex il-Ħadd tal- festa ma jaħbatx mal-finali tat-Tazza tad-Dinja. Din il-gazzetta tista' tikkonferma li b'hekk, dawn iż-żewġ festi se jsiru l-Ħadd 20 ta' Lulju minflok fit-tieni Ħadd ta' Lulju. F'kummenti lill-ILLUM, il-kappillan tal-Kalkara Dun Ronnie Zammit sostna kif it- Tazza tad-Dinja kienet ittellef ħafna lil festa ta' San Ġużepp fil-Kalkara. "Din il-proposta kienet diġà tqajmet minn meta jien ħadt il-pussess tal-parroċċa f 'Settembru li għadda. Mhux l-ewwel darba li minħabba l-finali, il-purċissjoni bl- istatwa tispiċċa timxi waħedha. Qaluli li din kienet ġrat ukoll waqt korpus u għalhekk ħadna din id-deċiżjoni," qal Dun Ronnie Zammit. Il-kappillan qal li peress li kull sentejn jum il-festa kien se jaħbat mal-finali tat-Tazza tad- Dinja jew dik tal-Ewropa, kien għaqli li d-data l-ġdida tibqa' tgħodd għal dejjem u mhux għal sena waħda biss. Jidher li minbarra l-attendenza, il-finali tal-futbol kien ukoll jaffettwa l-attenzjoni u d-devozzjoni tal-parruċċani. "Diffiċli twaqqaf persuna milli jgħajjat 'gowl!' minkejja li tkun għaddejja l-purċissjoni barra fit-toroq," jissokta jgħid il-kappillan Kalkariż. Id-daqqa ta' ħarta li l-futbol kien jagħti lil din il-festa jikber fil-kuntest li l-komunità tal- Kalkara hi waħda żgħira. Kollox jindika li kien hemm qbil unanimu bejn l-għaqdiet tal-festi u l-parruċċani biex tittieħed din id-deċiżjoni. "Kieku ma kienx hemm dan il-qbil mal-kumitat tal-festa ma konniex naslu s'hawn," temm jgħid il-kappillan Zammit. Mhux l-istess jista' jingħad għall-festa tal-Fgura. Sorsi infurmati sew qalu ma' din il-gazzetta kif filwaqt li diversi parruċċani u l-Kumitat Festa Esterna tal-Fgura riedu li titmexxa l-festa, id-deċiżjoni sabet l-oppożizzjoni tal-Banda Fgura. Dan minħabba l-fatt li bid- data l-ġdida kienu se jsibu diffikultà biex isibu bandisti peress li din issa se taħbat ma' festi oħra. Minħabba f 'hekk, ġie deċiż li għalkemm il-festa tal- Fgura titmexxa b'ġimgħa, din id-deċiżjoni se tkun waħda temporanja u li s-sena d-dieħla l-festa ssir fid-data oriġinali tagħha, jiġifieri fit-tieni Ħadd ta' Lulju. ILLUM hi infurmata li d-deċiżjoni finali ttieħdet mill-Kurja diversi xhur ilu, wara konsultazzjoni ma' dawk involuti fil-parroċċi. Għaldaqstant, il-Ħadd 20 ta' Lulju se jkun hemm xejn inqas minn ħames festi f 'Malta. Minbarra l-festi tal- Kalkara u tal-Fgura, dakinhar ikun hemm ukoll il-festi ta' San Sebastjan f 'Ħal Qormi, ta' San Ġużepp fl-Imsida u l-Madonna tad-Duttrina f 'Ħal Tarxien. li għalkemm il-festa tal- Fgura titmexxa b'ġimgħa, din id-deċiżjoni se tkun waħda involuti fil-parroċċi. Għaldaqstant, il-Ħadd 20 ta' Lulju se jkun hemm Claudio Grech dwar is-sostenibbiltà tas-saħħa Il-festa tal-Kalkara se titmexxa permanentament biex tevita nuqqas ta' attendenza fil-festa "Il-poplu għadu ma ra l-ebda żvilupp materjali" - Claudio Grech

