Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/341810
BĦALISSA l-poplu Palestinjan qed ikun suġġett għal kastig kollettiv u vjolenti mill-istat Iżraeljan, wara li tliet settlers instabu mejtin f 'ċirkustanzi mhux daqshekk ċari. Sadanittant jidher li l-Gvern Malti lest li jappoġġja lill-Iżrael fl- applikazzjoni tiegħu għal siġġu fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Dan intqal mill-Palestine Solidarity Network Malta f 'konferenza stampa lbieraħ filgħodu fid-daħla tal- Belt, fil-kuntest ta' żviluppi riċenti kemm lokali kif ukoll internazzjonali li jikkonċernaw il-Palestina. F'dawn l-aħħar jiem aktar minn 600 Palestinjan ġew arrestati u ħafna minnhom qegħdin jinżammu mingħajr ma huma mixlija b'akkużi. Sitt Palestinjani sfaw maqtula minn suldati Iżraeljani u tifel ġie maħtuf u maħruq minn settlers illegali Iżraeljani. Barra minn hekk, ħafna rħula Palestinjani, kampijiet tar-refuġjati, skejjel u universitajiet sfaw vittmi ta' attakki minn suldati Iżraeljani u settlers illegali. Il-Palestine Solidarity Network Malta qiegħed jikkundanna l-appoġġ tal-Gvern Malti għall- applikazzjoni tal-Iżrael biex ikollu siġġu fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti meta Malta, pajjiż li storikament wera appoġġ ċar għall-kawża Palestinjana, qed tibdel il-pożizzjoni tagħha għal waħda favur l-istat Iżraeljan. Il-PSN temm jgħid li deċiżjoni bħal din tgħin biex tkompli tilleġitimizza l-oppressjoni ta' Iżrael fuq il-Palestinjani u tibgħat messaġġ żbaljat lil stat li ilu ħafna żmien jinjora mingħajr mistħija r-riżoluzzjonijiet tan- Nazzjonijiet Uniti. Il-Ħadd 06 ta' Lulju 2014 | illum 7 L-era ta' Pietru Pawl Zammit JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt ITTNEĦĦIJA ta' Peter Paul Zammit minn Kummissarju tal-Pulizija forsi ma niżlitx għal kollox tajjeb ma' membri tal-korp, iżda l-paċenzja tal-gvern ma' Zammit kienet qed tonqos jum wara jum minħabba dak li jista' jissejjaħ bħala "lack of good judgment" f 'aktar minn okkażjoni waħda. Infatti, meta tevalwa t-tmexxija ta' Zammit jidher evidenti li daħħal diversi miżuri li stimulaw korp li kien meqjus bħala demotivat għal bosta snin. Sorsi infurmati sew stqarrew li fost l-oħrajn, membri tal- korp apprezzaw ferm il-bidla fl-attitudni tal-kummissarju lejn il-membri. Huma qalu li b'kuntrast mal-predeċessur tiegħu John Rizzo, Peter Paul Zammit kien aċċessibbli għall- membri kollha tal-korp anke dawk fl-inqas rank. "Jekk pulizija jitlob biex imur ikellmu dejjem prova jsib ħin biex jagħmel dan, ikun min ikun, mingħajr ebda distinzjoni ta' xejn. Barra minn hekk, fejn qabel ħadd ma kien jista' jieħu l-leave fl-istaġun tal-festi, Zammit fehem is-sitwazzjoni tal-Pulizija u ra kif il-leave ikun jista' jittieħed," stqarrew is-sorsi. Fost l-ewwel u l-aktar miżuri li ntlaqgħu tajjeb żgur li kien hemm it-twaqqif tar-Rapid Intervention Unit (RIU) billi Zammit amalgama l-SAG u l-iskwadra tal-mobile għal titjib fl-użu tar-riżorsi. Waqqaf ukoll dawk imsejħa bħala 'Tourist Police' għal żoni turistiċi li se jidħlu fis-seħħ mis-sena d-dieħla. Zammit kien insista li l-istrutturi tat-tagħlim fil-Korp ikun immodernizzat, u b'hekk kompla jiżviluppa l-Akkademja tal-Pulizija fil-bini l-ġdid f 'Ta' Kandja. Mertu ieħor tal-eks Kummissarju kien it-tisħiħ tal-uffiċċju legali tal- Pulizija wara li dan l-uffiċċju kien tħalla bla saħħa meta jiġu għal każijiet fil-Qorti. Għen ukoll biex il-Pulizija jkollhom id-dritt li jissieħbu f 'union tal- għażla tagħhom. Membri fil-korp tal-pulizija li tkellmu ma' din il-gazzetta wrew l-apprezzament tagħhom għall-immodernizzar li sar. "Ġab uniformijiet ġodda (RIU), helmets full-face ġodda u lbies ta' sigurtà għall-Pulizija tat-Traffiku fost l-oħrajn. Ma ninsewx ukoll li taħt it-tmexxija tiegħu l-korp ġab diversi karozzi u muturi ġodda li ħadu post dawk aktar antiki." Kritika Iżda minkejja dan in-nifs ġdid li Zammit ġab fil- korp tal-Pulizija, f 'għajnejn il-gvern ċertu deċiżjonijiet bdew jitfgħu dell ikrah fuq it-tmexxija ta' Zammit. Ftit ġimgħat biss wara l-ħatra tiegħu, Zammit u l-korp spiċċaw f 'sitwazzjoni mbarazzanti meta ġie magħruf li membri tal-pulizija spiċċaw iservu ta' wejters f 'okkażjoni fil-Palazz tal- Girgenti, li ma kellha x'taqsam xejn mal-korp tal-Pulizija. Ġie kkritikat fil-każ ta' John Dalli talli baqa' ma ressaqx lill-eks Kummissarju Ewropew il-Qorti għax dejjem sostna li m'hemmx provi biżżejjed, filwaqt li riċentament rapport tal-OLAF sostna li l-korp ma kkoperax waqt l-investigazzjonijiet. Il-korp irċieva kritika wkoll għal mod kif tratta l-każ tal- eks kandidat Nazzjonalista Norman Vella, bil-Qorti tiddeċiedi li l-Pulizija għandha tagħti lura l-affarijiet personali ta' Vella li kienu ġew konfiskati mill-Pulizija. Każ riċenti, li forsi serva biex ikkonvinċa l-gvern li l-era ta' Zammit aħjar tingħalaq illum qabel għada, ra lil Kummissarju jiddeċiedi li ma jiħux passi fil-qorti kontra persuna li allegatament ħebbet għal uffiċjali tal-pulizija fl- għassa taż-Żejtun. Dan wassal biex il-Ministru għall-Intern Manuel Mallia jaħtar bord ta' investigazzjoni biex jindaga f 'dan il-każ. Konxju minn dan kollu, il-gvern iddeċieda li jevita sitwazzjonijiet imbarazzanti oħra u ħoloq kariga ġdida għal Zammit, biex jinħatar kummissarju ieħor mingħajr ma jitqajmu aktar kontroversji. Il-poplu Palestinjan qed ikun suġġett għal kastig kollettiv Ritratt: Ray Attard L-eks Kummissarju, Peter Paul Zammit Il-Palestine Solidarity Network Malta matul il-konferenza stampa lbieraħ filgħodu fid-daħla tal-Belt Valletta

