Illum previous editions

illum 13 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/345569

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 13 ta' Lulju 2014 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq L-OGĦLA: 30˚Ċ L-INQAS: 21˚Ċ TEMP: Sabiħ b'xi sħab kultant VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Punent għall-Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jdur mill- Majjistral u jsir forza 3 għal 4 billejl BAĦAR: Moderat għal qawwi li jsir ħafif għal moderat Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA: 31˚Ċ L-INQAS: 20˚Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Punent għall-Majjistral forza 3 għal 4 li jsir lokalment forza 4 għal 5 BAĦAR: Ħafif SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 53 47 89 19 23 63 12 21 COLLIS Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Valletta COSMED Pharmacy, Soccors, Triq Villambrosa, Ħamrun ST. Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Guzepp, Santa Venera ST. Jude Pharmacy, 213, Triq il- Wied, Birkirkara ST. Matthew's Pharmacy, 213, Triq ix-Xatt, Gżira SPIŻERIJA Kappara, Żbibu Lane, San Ġwann STELLA Maris Pharmacy, 34, Milner Street, Sliema ILMEĦRIEZ Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, Iklin MĠARR Pharmacy, Triq il-Kbira C/W Triq Vitale, Mġarr MELLIEĦA Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, Mellieħa FLEMING Pharmacy, 61, Triq Ħaż-Żabbar, Paola VERDALA Pharmacy, 57, Triq il- Gendus, Bormla BELLAVISTA Pharmacy, 88, Triq il-Hortan, Marsascala ST. Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Għaxaq PRESTIGE Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Kirkop BROWN'S Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Żebbuġ NOVA Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Rabat FONTANA Pharmacy, Triq il-Għajn, Fontana LAURETANA Pharmacy, 36, Triq l-Imgarr, Għajnsielem Il-bini illegali mal-kosta għada f 'Reporter ILBINI illegali mal- kosta se tkun it-tema tad-diskussjoni waqt il-programm Reporter li jixxandar għada filgħaxija fid-8.45pm fuq TVM. Il-mistiedna ta' Saviour Balzan din il-ġimgħa se jkunu s-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni tad-Data Michael Falzon, id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus u Astrid Vella Kordinatriċi Flimkien għal Ambjent Aħjar. Madwar il-kosta ta' pajjiżna wieħed isib total ta' 24 kiosk, lidos u binjiet kummerċjali oħra fuq il-bajjiet f 'żoni protetti li preżentament qed jaffaċċjaw ordnijiet ta' infurzar maħruġa mill- Awtorità Maltija għall- Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Ħafna minnhom jinsabu f 'bajjiet popolari bħall-Għadira, Golden Bay, Paradise Bay u r-Ramla l-Ħamra. Artiklu 70 tal-Att tal- Ippjanar u l-Iżvilupp miġjub fis-seħħ mill-Gvern preċedenti f 'Diċembru tal- 2010, jipprojbixxi lill-MEPA milli tirregularizza żviluppi illegali fuq propjetà skedata. Balzan jistaqsi x'inhu jsir sabiex ikun żgurat li ma jsir l-ebda żvilupp illegali ġdid madwar il-kosta? X'passi qed jittieħdu dwar dawk li b'mod arroganti abbużaw u bnew bini illegali li minnu għadhom igawdu u jdaħħlu flejjes tajba? Reporter għandu produzzjoni u preżentazzjoni minn Saviour Balzan mgħejun mill-ġurnalist Frederick Attard. Reporter jixxandar għada fid-8.45pm b'ripetizzjoni t-Tlieta fis-5.45pm fuq TVM 2 Sai Mizzi tgħid li taqla' €3,000 fix-xahar u mhux €13,000 WAQT iż-żjara fiċ-Ċina Sai Mizzi qalet lill-gazzetta ILLUM li qed taqla' €3,000 fix-xahar u mhux €13,000. Il-Ġimgħa waranofsinhar, il-Prim Ministru indirizza grupp ta' ħidma fejn tkellem dwar l-istabilizzazzjoni ta' "green" u "blue Silk Road," waħda li hija favur l-ambjent u l-oħra marittima, rispettivament. "Din teħtieġ il-ħolqien ta' viżjoni komuni appoġġjata minn impenn ta' kull min hu kkonċernat," qal. Il-Gvern Ċiniż qed joħroġ fid-dawl il-kunċett ta' Silk Road, rotta ta' kummerċ antika li tgħaqqad il-Punent mal-Lvant biex issaħħaħ il- kummerċ. Eks konsulent Ċiniż għall- politika barranija li kien mistieden għall-konferenza spjega l-filosofija ta' Silk Road, u għamel referenza għall-kitbiet ta' Bertrand Russells dwar it-twaħħid taċ- ċivilizzazzjonijiet. Il-Prim Ministru Malti Muscat bla dubju qabel ma' din l-idea, li tfihem għala kien magħżul biex ikun il-kelliem ewlieni ta' dan il-grupp ta' ħidma. "Għandna ngħaqdu l-kontinent Ewroasjatiku u l-Mediterran, il-fatt li dan kien diġà qed iseħħ maċ-Ċina kien diġà pass għaqli" qal Muscat. "Malta, gżira żgħira fil-qalba tal-Mediterran, b'sekli ta' kuntatti ma' kulturi reġjonali diversi, illum qed tassumi rwol bħala l-pajjiż tal-Punent li qiegħed fit-tarf tas-Silk Road marittima, li b'hekk tipprovdi pjattaforma għall- kummerċ u koperazzjoni ekonomika bejn l-Ewropa u l-Afrika ta' Fuq." Hu qal li bi storja kulturali li tinfirex fuq eluf ta' snin, Malta esperjenzat sfidi li żżomm u terġa' toħloq wirt ġdid li jiswa u li jħalli l-frott. "Dan jagħmilna bħala msieħeb ideali maċ-Ċina. Il-koperazzjoni tagħna tmur lura għal ammont ta' snin u flimkien se nimmiraw biex insawru dimensjoni ġdida għat-tifsira ta' "blue Silk Road." "Nistgħu niżguraw li l-estensjoni ta' Silk Road billi ngħaqdu żewġt ibnadi, il- fruntieri tal-Lvant Imbiegħed fl-Asja mal-Ewropa, u l-oħra bejn l-Ewropa u l-Afrika." Iktar kmieni dakinhar, Muscat, flimkien ma' dinjitarji oħra barranin u Ċiniżi, ħawlu siġra bħala att simboliku. Din tħawlet maġenb is-siġar li kienu tħawlu minn Tony Blair u Gerhard Shroeder f 'konferenzi preċedenti tal- Eco-forum. Sai Mizzi qalet li lesta turi l-FS3 biex turi li taqla' €3,000 fis-sena

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 July 2014