Illum previous editions

illum 13 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/345569

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

DIN hija l-għajta tal-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) fi stqarrija li nħarġet din il-ġimgħa bit-titlu 'L-istudenti mhux pedini.' Il-KSU wera t-tħassib tiegħu bis-sitwazzjoni preżenti fejn l-istudenti tal-Università ta' Malta u dawk ta' Junior College għadhom imdendlin jistennew ir-riżultati tal- eżamijiet. Il-KSU qed jgħid li l-istudenti mhumiex pedini taċ-ċess u li wara kollox qed jiċċaħħdu mill- frott ta' ħidmiethom stess. Dan mhux biss qed joħloq l-ansjetà ta' stennija għall- istudenti iżda dawk l-istudenti li kienu qed jippjanaw li japplikaw għal Erasmus+ u jkomplu l-istudji tagħhom barra minn Malta, ma jistgħux jipproċedu bl-applikazzjonijiet mingħajr ma jkollhom ir- riżultati f 'idejhom. Minħabba f 'hekk dan jista' jwassal li l-applikazzjonijiet jispiċċaw jgħalqu u jintilfu opportunitajiet tad-deheb għall-istudenti tagħna. Il-KSU qed jisħaq li minħabba dan id-dewmien, f 'każ li jekk hemm xi studenti li fallew u se jkollhom jerġgħu jagħmlu xi eżami f 'Settembru, mhux se jkollhom biżżejjed żmien biex jippreparaw ruħhom b'mod xieraq. Il-Kunsill insista li l-familji ta' dawn l-istudenti wkoll qed ibatu hekk kif "huma fuq ix- xwiek biex ikunu jafu l-futur ta' wliedhom." Dan il-Kunsill, li jiġi elett kull sena mill-istudenti stess tal-Università u Junior College, qed iħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati biex jieqfu jużaw l-istudenti u jirtiraw id-direttiva li qed iżżommhom milli jippubblikaw ir-riżultati iktar u iktar fejn hemm karti tal-eżamijiet li huwa fiċ-ċert li huma diġà kkoreġuti. ILLUM talbet il-kummenti personali tal-President tal- KSU, Gayle Lynn Callus fejn qal li l-istqarrija tal-Kunsill mhux intenzjonata biex ixekkel in-negozjati bejn il-partijiet ikkonċernati. Hu qal li hu fl-irwol u fid-dmir tal-Kunsill bħala rappreżentanti tal- istudenti li jaraw li d-drittijiet tal-istudenti jiġu mħarsa fit- totalità tagħhom. "Importanti li nifhmu li meta tiġġieled għad-drittijiet tiegħek fil-kuntest tan-negozjati bejn il-unjins u l-Gvern ma tfissirx li tista' timmina dritt ta' terza persuna, f 'dan il-każ, l-istudent. Bħala President tal-Kunsill, nemmen bis-sħiħ li l-istudenti mhumiex pedini u nħeġġeġ sabiex jintlaħaq ftehim mill- aktar fis" temm jgħid Callus. illum | Il-Ħadd 13 ta' Lulju 2014 "Ieqfu użaw l-istudenti" Il-Kunsill Studenti Universitarji jintgħażel kull sena mill-istudenti tal-Università u Junior College

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 July 2014