Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/345569
24 illum | Ħadd 13 ta' Lulju 2014 Kummercjali Banif Bank iniedi offerta għal self fuq xiri ta' karozzi KLIJENTI ta' Banif Bank (Malta) plc issa jistgħu jgawdu minn offerta limitata fuq self għall-karozza! B'rata favorevoli li tibda minn 5% fis-sena u terminu li jista' jkun estiż għal 8 snin, Banif joffri soluzzjoni finanzjarja għal kull min qed ifittex li jixtri karozza ġdida jew użata. Il-klijenti li jibbenefikaw mill-Car Loan Special Offer mingħand Banif jistgħu jissellfu l-valur kollu tal- karozza, sakemm dan ma jaqbiżx it-€30,000. Apparti minn dan, peress li s-self jitħallas lura fuq medda ta' 8 snin, il-pagamenti mensili jkunu aktar baxxi. Is-self jinkludi wkoll polza tal- assigurazzjoni biex il-klijent ikun jista' jżomm l-istil ta' ħajja tal-familja u tiegħu f 'każ li tinqala' xi problema mhux mistennija bħal xi inċident li jwassal għal mewt, diżabbiltà parzjali jew permanenti, jew jekk jispiċċa mingħajr xogħol. Għalhekk issa huwa aktar faċli li wieħed jixtri l-karozza li ilu jixtieq. "Banif huwa kommess li joffri soluzzjonijiet finanzjarji immirati biex jaqdu l-bżonnijiet tal- klijenti," qalet Caroline Gauci, mill-Business Development Unit ta' Banif Bank (Malta) plc. "Kemm jekk qed tfittex l-ewwel karozza tiegħek, jew qed tara biex tbiddel dik li għandek għal waħda aktar komda, il- Car Loan Special Offer tista' tkun is-soluzzjoni għalik." Aktar informazzjoni fuq self għall-karozzi mingħand Banif Bank, inkluż it-termini u kundizzjonijiet, jistgħu jinkisbu mis-sit tal-bank www.banif.com.mt, mill- fergħat tal-Banif jew minn Customer Care billi ċċempel fuq 2260 1000. App li tinkoraġġik u tgħinek tistudja TIM ta' tmien imprendituri mis-Sixth Form tal-Kulleġġ ta' San Alwiġi se jmorru Tallinn, fl-Estonja, biex jirrappreżentaw lil Malta fil-Finali Ewropej ta' Young Enterprise Kumpanija tas-Sena. Concentr8 ġew magħżula fil-finali nazzjonali bħala r-rebbieħa tal-HSBC Kumpanija tas- Sena 2013/14, li tifforma parti mill-programm tal-Junior Achievement (Young Enterprise) Malta Foundation. Għaxar timijiet minn diversi kulleġġi f 'Malta u Għawdex ikkompetew għall-premju prinċipali u minbarra dal- premju, it-tim Concentr8 rebħu tliet premjijiet oħra: L-Aqwa Pjan tan-Negozju, ippreżentat minn Deloitte; l-Aqwa Sistema ta' Kwalità, ippreżentat mill-Adpro; u il-Premju Intrapriża Soċjali, ippreżentat minn Microsoft. Concentr8 fasslu, żviluppaw u nedew app edukattiv, imsejjaħ DistractMe, li hija disponibbli b'xejn fuq Apple Store u Google Play. L-app huwa speċifikament immirat biex jinkoraġġixxi u jgħin lill- istudenti jiffukaw u jiftakru l-kontenut tal-istudju, filwaqt li jagħmlu reviżjoni tal-eżami bħala parti integrali ta' użu ta' kuljum tal-istudenti meta jużaw il-mowbajl, tablet u l-laptop kompjuters tagħhom. L-app huwa mibni apposta għas-sillabu tal-O' Levels, iżda huwa ddisinjat b'tali mod versatili li tista' tiġi estiża għal kważi kull tip ta' test jew eżami. Concentr8 żviluppaw l-app bħala parti mill- parteċipazzjoni tagħhom fil- HSBC Company Programme organizzat kull sena mill- Junior Achievement (Young Enterprise) Malta Foundation. Din il-fondazzjoni tippromwovi edukazzjoni Intraprenditorjali, ħiliet fl-impjieg u litteriżmu finanzjarju. It-tim Concentr8 li ħareġ bl-app DistractMe flimkien mal-uffiċjali ta' HSBC Federica Falzon titħarreġ mal- Kor tat-Tfal ta' Joseph Calleja NUMRU ta' tfal intunati kienu preżenti għall- preparazzjoni tal-Kor tat-Tfal ta' Joseph Calleja sponsorjat minn BOV, waqt li kienu qed jipprattikaw għall-ispettaklu li ser isir live waqt il-Kunċert ta' Joseph Calleja fuq il-Fosos tal- Furjana nhar it-18 ta' Lulju. Il-kantanta żagħżugħa Federica Falzon li saħħret lil kulħadd bil-vuċi tagħha ta' sopran, kienet il-qofol waqt il-preparazzjoni li qed issir fil-Knisja tal-Ħniena Divina f 'San Pawl tat-Tarġa. Federica ngħatat merħba mill-isbaħ minn aktar minn 200 membru li jifforma dan il-kor, immexxi minn Gillian Zammit. Bank of Valletta huwa l-isponsor ewlieni tal-kunċert ta' Joseph Calleja, li qed ikun organizzat minn NnG Promotions, u huwa wkoll l-isponsor tal-Kor tat-Tfal ta' Joseph Calleja, li ser ikun qed jakkumpanja lit-tenur Malti flimkien ma' artisti oħrajn, fosthom Claudio Baglioni, Leona Lewis, Federica Falzon u l-baritonu baxx Bryn Terfel. Federica Falzon, is-soprano ta' 11-il sena