Illum previous editions

illum 13 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/345569

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 13 ta' Lulju 2014 200 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija FREDERICK ATTARD fattard@mediatoday.com.mt ILKORP tal-Pulizija ċċelebra l-200 sena mit- twaqqif tiegħu lbieraħ b'quddiesa fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann kif ukoll b'numru ta' parati u attivitajiet oħra matul l-aħħar jiem f 'diversi lokalitajiet bħala parti minn din iċ-ċelebrazzjoni. Fl-omelija tiegħu, l-Arċisqof Pawl Cremona tkellem fost oħrajn dwar ir-rwol tal-Pulizija f 'dak li għandu x'jaqsam prinċipalment mal- libertà taċ-ċittadini. Hu qal li l-libertà hija spazju li kulħadd irid ikollu biex jikber fid- dinjità tiegħu. Semma kif biex jiddefendu dan id-dritt tal- libertà ġusta, min jaf kemm pulizija ssograw ħajjithom f 'dawn il-mitejn sena. Cremona aċċenna wkoll għar-responsabbiltà tal- pulizija li jwassalhom f 'sens ta' dover, il-biża' li jgħelbu u l-ħniena li juru lejn xi ħadd li jkollu bżonn l-għajnuna tagħhom. Dan ma jiġix biss mit-taħriġ iżda wkoll mir-rieda tagħhom biex jissieħbu fil-Korp tal-Pulizija u li jkomplu jaqdu d-dover li daħlu għalih. Semma wkoll li biex pulizija jasal biex jagħmel atti erojċi, irid ikollu prinċipji sodi u kif fost il-ħafna membri tal-korp hemm dawk li dan il-kuraġġ waslu għalih bis-sens tal- fidi Nisranija tagħhom. Hu ħeġġeġ lill-pulizija biex ikunu ta' eżempju tajjeb kemm fil- qadi ta' dmirijiethom kif ukoll fil-ħajja tagħhom ta' kuljum. Intant il-Ministru għall- Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia wkoll sellem lill-membri kollha tal-korp li wettqu dmirhom sabiex jiġġieldu l-kriminalità f 'pajjiżna u jkunu ta' servizz lejn iċ-ċittadini kollha Maltin u Għawdxin. Mallia qal li l-Gvern għandu pjanijiet fit-tul għal dan il-korp u li minkejja li saru ħafna avvanzi f 'dawn ix-xhur, għad baqa' ħafna xi jsir. Insista li kull membru fil- Korp tal-Pulizija għandu jkun kburi li jagħmel parti minn dan il-korp u tenna li l-Gvern iwiegħed li se jkompli jirristruttura lil dan il-korp biex ikun wieħed dejjem qrib in-nies. Il-Ministru rringrazzja lill-membri kollha tal-korp tal-ħidma tagħhom u lill- familji tagħhom tal-appoġġ li jtuhom għax jifhem li mhux faċli li fil-mument meta ħafna familji jkunu magħqudin flimkien, ħafna pulizija jkunu fuq il-lant tax-xogħol jaqdu dmirijiethom. Il-Partit Nazzjonalista permezz ta' stqarrija maħruġa mill-Kelliem għall-Intern Jason Azzopardi wkoll sellem lil kull min ta sehmu u ħajtu sabiex il-korp jiġi żviluppat f 'korp dixxiplinat modern u li hu l-iprem għodda biex tkun imħarsa l-libertà, tkun miksuba l-ġustizzja u tkun garantita s-saltna tad-dritt. Azzopardi semma li wieħed mill-perikli kbar għal kull demokrazija u s-saltna tad- dritt hu l-indħil politiku fl-operat tal-korp għax dan jherrih minn ġewwa. Il- kelliem għall-intern qal li huwa sors ta' dieqa li f 'dawn l-aħħar 14-il xahar rajna ndħil kontinwu fil-korp mill-politiċi, minn transfers vendikattivi għal ħwejjeġ ħafna aktar serji. Qal li hi ħasra li f 'din l-okkażjoni tant għażiża l-korp qiegħed jitmexxa minn Aġent Kummissarju wara r-riżenja sfurzata tal-Kummissarju preċedenti. Jason Azzopardi qal li l-Partit Nazzjonalista jawgura lill-Aġent Kummissarju tal-Pulizija Raymond Zammit għall-ħatra ġdida tiegħu u jistenna li l-Aġent Kummissarju jkun fidil lejn il-ġurament li ħa bħala Pulizija u lejn ir- responsabbiltajiet marbuta mal-ħatra tiegħu. Il-Partit Nazzjonalista temm l-istqarrija b'messaġġ ta' ringrazzjament u apprezzament lill-Pulizija kollha u jassigurahom mill- appoġġ sħiħ tiegħu biex il-Korp tal-Pulizija jkompli miexi 'l quddiem għall-ġid tal-pajjiż kollu. Il-President Marie Louise Coleiro Preca waqt il-parata fil-Belt Valletta It-tfal kollha għandu jkollhom l-istess opportunitajiet ILKELLIEM għall- Edukazzjoni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, id-deputat Joe Cassar qal fi stqarrija, li t-tfal kollha għandu jkollhom l-istess opportunitajiet u aċċess miftuħ sabiex jieħdu sehem fi skola sajf speċjalment dawk it-tfal li għandhom ħtiġijiet speċjali u tfal b'diżabilità. Fl-istqarrija tiegħu Cassar qal li l-Partit Nazzjonalista jinnota li l-familji ta' tfal b'diżabilità u bi bżonnijiet speċjali qegħdin jiltaqgħu ma' diffikultajiet biex uliedhom ikunu jistgħu jattendu skola sajf tal-għażla tagħhom. Il-kelliem Nazzjonalista qal li dawn it-tfal għandhom jingħataw l-għajnuna u l-appoġġ kollu biex ikunu jistgħu jattendu f 'dawn iċ-ċentri mingħajr xkiel. Żied li l-Gvern, permezz ta' għajnuna finanzjarja jew ta' riżorsi umani oħra, għandu jgħin lil dawn l-iskejjel kollha, anke dawk tal-Knisja u tas-settur privat, sabiex tfal bi bżonnijiet speċjali jkunu jistgħu jieħdu sehem bħal tfal oħrajn. Cassar qal li l-Partit Nazzjonalista jemmen li dan l-impenn għandu jwassal biex it-tfal kollha jingħataw aċċess ugwali mingħajr distinzjoni, u tkun mezz ieħor kif tkompli titjieb l-inklużjoni soċjali minn età żgħira. Kompla jgħid li din ir-responsabbiltà għandha tkun tal-Gvern, li jipprovdi l-mezzi biex dawn it-tfal jipparteċipaw bis-sħiħ fi skola sajf li huma jixtiequ jattendu mingħajr ma jkun ta' xkiel għalihom minħabba nuqqas ta' riżorsi li jagħmel din l-opportunità possibbli. Fi tmiem l-istqarrija Cassar temm jgħid li kien Gvern Nazzjonalista li estenda l-appoġġ tal- Learning Support Assistants fl-iskejjel tal-Knisja u fl-iskejjel privati għal tfal b'diżabilità u bi bżonnijiet speċjali. Ikkonkluda li wasal iż-żmien li l-Gvern Laburista jkompli fuq dawn il-passi u jestendi dan is-servizz fi skola sajf tal-Knisja u dawk privati, speċjalment għal dawk it- tfal l-iktar fil-bżonn.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 July 2014