Illum previous editions

illum 20 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/349232

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Lulju 2014 | illum 15 vettura tiegħu li jkun ibbukkjat minn qabel u dan ifisser post garantit fuq il-vjaġġ tal-vapur biex b'hekk ikun jista' jilħaq it-titjira. Din is-sistema kellha l-ħsieb li tkun offruta b'mod limitat għal ħames vetturi kull vjaġġ u terġa' mhux fuq il-vjaġġi kollha. Fejn anke l-prezz ikun differenti, il-GTA naqblu mas-sistema ta' 'Guarantee pre- booking' li llum jista' jsir online. Għawdex qiegħed jieħu dak li ħaqqu mit-turiżmu 'Malti' minkejja li għandu ħafna x'joffri? Fl-aħħar ħames snin in-numru ta' turisti barranin lejn Għawdex dejjem żdied sena wara l-oħra. Is-sena li għaddiet Għawdex irnexxielu jattira 147,000 turist barrani li qagħdu fostna kważi miljun lejl. Però tajjeb li wieħed jikkumpara din il-figura man-numru globali ta' turisti li ġew Malta. Biżżejjed li Għawdex qed jieħu disa' turisti minn kull mija li jiġu Malta? Mhux biżżejjed għax meta wieħed jara l-medja tal-okkupanza annwali fil-lukandi Għawdxin, isib li din hi ta' 47%, filwaqt li dik fil-lukandi f 'Malta hija ta' 67%. Barra minn hekk din l-okkupanza trid tiżdied iktar sabiex l-istabbilimenti tal-akkomodazzjoni Għawdxin ikunu finanzjarjament sostenibbli. X'qiegħed jikkawża n-nuqqasijiet fit- turiżmu f 'Għawdex? L-akbar raġuni hi dejjem dik ta' nuqqas ta' flus biex isir l-investiment meħtieġ. Raġuni oħra hi d-dewmien biex jittieħdu ċertu deċiżjonijiet. Il-burokrazija u d-dewmien fil-ħruġ tal-permessi meħtieġa, għadhom jaqtgħu qalb l-investitur. Għawdex hu differenti minn Malta u allura għandu jkollu trattamenti differenti, għaliex il-"one size fits all", ma japplikax għal Għawdex. Għawdex għad jonqsu dak il-ftit irtokk fil-prodott, biex verament ikun destinazzjoni organizzata. Hemm bżonn t'aktar aċċessibbiltà għal Għawdex partikolarment bl-ajru? U taħseb li ajruplan li jesa' tużżana nies hu biżżejjed? Taħseb li wasal iż-żmien għal mitjar fejn jinżlu low cost airlines? Għawdex m'għandux ikollu ajruport li jkun kapaċi jniżżel fih ajruplani tal- low cost. Naqblu fuq bżonn ta' aktar aċċessibbiltà bejn il-gżejjer Maltin u anke lil hinn. Nemmnu li Għawdex jistħoqqlu bi dritt li jkollu strippa li tkun kapaċi takkomoda ajruplan li jġorr sa massimu 25 persuna. Dan jista' jkun servizz konvenjenti u bi prezzijiet kompetittivi għal dawk it-turisti li jaslu l-Ajruport Internazzjonali Malti u li għandhom l-akkomodazzjoni tagħhom ibbukkjata f 'Għawdex. Barra hekk din il-faċilità tiftaħ ukoll twieqi ta' opportunitajiet oħra, fosthom dik li Għawdex ikun jista' jkollu servizz ta' titjiriet diretti lejn gżejjer qrib tagħna, bħal Sqallija. L-Għawdxin infushom qegħdin jipperikolaw il-ġid li jirrendi t-turiżmu? Taħseb li s-servizz fil- catering f 'Għawdex għadu nieqes mill-professjonaliżmu? Jew l-istil tiegħu hu aktar ta' karattru Għawdxi? Għandna ħaddiema fis-servizz tal-catering li huma professjonali u li għamlu karriera minn dan ix-xogħol. Imbagħad tista' tiltaqa' ma' okkażjoni li fiha s-servizz ma jkunx wieħed ta' livell li jkun qed jistenna. Iżda b'daqshekk ma nistgħux niġġeneralizzaw u nitfgħu l-istabbilimenti tal-catering Għawdxin kollha fl-istess keffa. Hemm bżonn aktar taħriġ, b'mod speċjali fost dawk li jiġu impjegati għax-xhur tas-sajf biss. Finalment is-servizz li kapaci joffri l-ħaddiem Għawdxi huwa wieħed awtentiku, ġenwin u anke jmur lil hinn minn dak rikjest. Dan mhux qed ngħidu jien, iżda jistqarruh mijiet ta' turisti li jżuruna. X'inhi l-viżjoni tal-GTA rigward il-preparazzjoni ta' riżorsi umani fl- industrija tat-turiżmu f 'Għawdex? Meta kienu għaddejjin il- preparamenti tal-programm tal- proġetti li kellhom isiru Għawdex mill-ewwel fondi tal-Unjoni Ewropea, il-GTA ipproponiet l-idea ta' 'Hotel and Catering School', proġett li ġie aċċettat u finalment irrealizzat fl- 2010. Illum għalhekk għandna din l-infrastruttura vokazzjonali li hi ta' livell għoli ħafna, issa rridu naraw u nassiguraw li din tkun frekwentata u utilizzata mill-ħaddiema Għawdxin fis- settur turistiku. Nixtiequ naraw aktar sinerġija bejn din l-iskola u s-settur turistiku Għawdxi. Nixtiequ naraw ukoll aktar kollaborazzjoni minn qatt qabel bejn din l-iskola, l-iskejjel sekondarji kollha Għawdxin u s-settur turistiku. Kif jista' jkun offrut prodott turistiku distint b'valur miżjud? Aħna nemmnu ħafna l-awtentiċità tal-prodott Għawdxi. Allura nemmnu li anke l-prodott turistiku Għawdxi biex ikun distint u b'valur miżjud irid ikun wieħed awtentiku. Irid ikun prodott li jaf joffri Għawdex biss. Għawdex m'għandux bżonn jikkoppja lill-ebda destinazzjoni. Għawdex għandu biżżejjed element turistiku fih li jagħmlu destinazzjoni unika. Dawn l-elementi qegħdin f 'idejna, iżda għadna ma fhimniex forsi biżżejjed li hemm bżonn li dawn nikkultivawhom u ma nibżgħux inperrċuhom bħala prodott turistiku. Din is-sena daħal biss cruise liner wieħed f 'Kemmuna filwaqt li żewġ cruise liners li kienu ppjanati li jidħlu fil-port tal-Imġarr Għawdex kienu kkanċellati minħabba l-maltemp. Dan is-suq li f 'Malta qed jidher li qabad sewwa, għadu ma qabadx biżżejjed fejn jidħol Għawdex. F'dawn l-aħħar erba' snin Għawdex ukoll beda jkun preżenti f 'fieri speċjalizzati tal- cruises. Il-viżjoni hi li Għawdex jista' jkun it-tieni port tal-cruise liners, wara jew qabel Malta f 'distanza tant qasira. Madankollu kull waqfa tal-cruise liners hija suġġetta għal kundizzjonijiet tat-temp. Dan għaliex apparti l-Imġarr Għawdex m'għandux port ieħor kenni fejn il-vapur ikun jista' jsorġi. Il-fatt li l-amministrazzjoni preżenti ħarġet espressjoni ta' interess dwar il-'cruise berthing facility', jiġifieri post fejn isorġu l-cruise liners, hu sinjal pożittiv fid-direzzjoni t-tajba. Dwar il-fatt ta' pont jew mina kif taħsibha? It-tnejn huma suġġetti għal diversi studji dettaljati u preparati tajjeb, biex id-deċiżjoni tkun waħda msejsa fuq is-sod. Dawn l-istudji jridu jsiru b'mod realistiku u jiġu konsultati l-entitajiet kollha kkonċernati. Barra minn hekk biex waħda minn dawn il-proposti jkunu realizzati hemm il-fattur taż- żmien u l-fattur tan-nefqa kapitali. Nifhmu wkoll li dan kollu jinkwadra fix-xenarju nazzjonali u allura wieħed irid jara l-prijoritajiet tal-pajjiż x'inhuma. F'dan il-kuntest is-settur turistiku jħoss li titjib fil-konnettività fl-iqsar żmien bejn il-gżejjer, hu dak ta' servizz bl-ajru, żvilupp li jkun qed jagħmel ġustizzja mal-gżira Għawdxija. Il-fast ferry tgħin? U d-dewmien għalih kemm qed itellef in-negozju f 'Għawdex? Il-faċilità ta' fast ferry bejn Malta u Għawdex hi bżonjuża ħafna b'mod speċjali fejn jidħlu l-Għawdxin li jaqsmu kuljum bejn Malta u Għawdex. Dan is-servizz jista' jkun ukoll opportunità għal Gozo Channel li permezz tiegħu tesplora swieq ġodda u tkabbar dawk eżistenti. Is-servizz tal-fast ferry jista' anke jintuża minn dawk it-turisti li jaqsmu lejn Għawdex għal ġurnata. Permezz ta' dan is- servizz it-turist tal-ġurnata jkollu iktar ħin x'iqatta f 'Għawdex, peress li jiġi ffrankat ħafna ħin fit-trasport lejn iċ-Ċirkewwa. Is-servizz tal-fast ferry għandu wkoll l-opportunità li jkollna anke servizz bil-baħar dirett bejn Għawdex u Sqallija, bi gwadann għas- settur turistiku kollu. Int kont taħt iż-żewġ amministrazzjonijiet, x'differenza ta' stil tara bejniethom dwar kif jitrattaw it-turiżmu f 'Għawdex? Ovvjament kull amministrazzjoni għandha l-istil tagħha ta' tmexxija, iżda fejn jidħol it-turiżmu kien hemm u żdiedet iżjed il- konsultazzjoni u l-kollaborazzjoni bejn l-amministrazzjoni preżenti u s-settur turistiku. Dan huwa ta' awgurju tajjeb għal futur ta' din l-industrija, li fl-aħħar mill-aħħar it-turiżmu hu tal-poplu kollu ta' din il-gżira. għad irid jiġi illustrat" "Nixtiequ naraw aktar sinerġija bejn din l-iskola u s-settur turistiku Għawdxi"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 July 2014