Illum previous editions

illum 20 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/349232

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 20 ta' Lulju 2014 Iddeskrivili Għawdex f 'sentenza waħda Għawdex hu ġojjell li għadu mhux illustrat biżżejjed biex naraw is-seħer tiegħu. Kif tista' tissolva l-problema tal- istaġjonalità biex aktar stabbilimenti jibqgħu miftuħin matul is-sena kollha? Kull destinazzjoni turistika għandha xi ftit jew wisq l-element ta' staġjonalità. Iżda peress li Għawdex hu gżira li tifforma parti minn pajjiż li hu gżira wkoll, allura l-istaġjonalità hi aktar qawwija u twila. Qabel is-settur turistiku kien jaċċetta dan l-element ta' staġjonalità bħala xi ħaġa naturali li ma tistax tiġi megħluba. Iżda m'għadux il-każ, Għawdex m'għadux biss destinazzjoni marbuta unikament max-xhur tas-sajf, illum Għawdex qed ikun reklamat bħala destinazzjoni għas-sena kollha. Dan hu possibbli billi lil Għawdex qed noffruh bħala destinazzjoni b'diversità, distintività u awtentiċità bid-diversi niċeċ li għalihom hi magħrufa din il-gżira. Kif jista' jiżdied it-turiżmu fix-xhur tax-xitwa partikolarment mis-suq domestiku? Hemm bżonn kontinwu ta' sostenn kemm mill-istabbilimenti turistiċi Għawdxin kif ukoll mill-awtoritajiet Governattivi. Il-GTA, dejjem saħqet li għandhom jingħataw inċentivi għall-Maltin biex ikunu jistgħu jaqsmu bejn Malta u Għawdex bi prezzijiet imnaqqsa. U kien ta' sodisfazzjon għalina li matul din is-sena rajna okkażjonijiet li matul weekends fi Frar u f 'Mejju, il-prezz tal-passaġġ tal-Gozo Channel għal Maltin kien imnaqqas bin-nofs. Nafu wkoll li hemm il-ħsieb li din l-inizjattiva se tkompli anke fix-xhur tax-xitwa li ġejja. Irid ukoll jinħoloq kalendarju ta' attivitajiet kulturali u rikreattivi mifruxa matul ix- xhur tax-xitwa ħalli t-turist Malti jkollu aktar fejn igawdi l-vaganzi tiegħu. Taqbel mal-introduzzjoni tal-Priority Boarding fuq il-Gozo Channel? Il-GTA ilha sitt snin tiddiskuti mal-Gozo Channel u mal-Ministeri ta' Għawdex u anke dak tat-turiżmu sistema li permezz tagħha, b'mod speċjali t-turist li jkun sejjer lejn l-ajruport ikollu post riservat għal "Għawdex hu ġojjell li John Busuttil Joe Muscat ilu jaħdem t-turiżmu mill-1979 bħala accounts clerk fejn baqa' tiela' sa Head of Accounts l-lukanda Calypso. Fl-1994 ingħata opportunità li jmexxi l-lukanda bħala Maniġer Ġenerali għal 17-il sena fejn spiċċa -2011. Fl-1999 f'Għawdex kienet twaqqfet il-Gozo Tourism Association (GTA) u kien membru -ewwel kunsill u anke ġie maħtur bħala segretarju ta' din l-assoċjazzjoni. Fl-2011 il-GTA impjega lil Joe Muscat bħala Kap Eżekuttiv fuq bażi full time, kariga li għadu jokkupa sal-lum. Matul dawn l-aħħar 35 sena kien u għadu jservi fuq diversi bordijiet fosthom l-HCEB, l-MTA, l-ITS Gozo, Gozo Regional Committee u l-MCESD jbusuttil@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 July 2014