Illum previous editions

illum 20 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/349232

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Lulju 2014 | illum 13 u l-Kunsill l-applikazzjoni l-MEPA. F'din il-laqgħa ta' konsultazzjoni li se jkun mistieden anke l-kunsill għaliha, se jkunu mistiedna wkoll l-għaqdiet kollha u l-popolazzjoni ġenerali. Sorsi li tkellmu magħna qalulna li lejn l-aħħar ta' Awwissu, fi żmien il-festa tar- raħal se jkun iffirmat il-ftehim bejn il-Kurja u l-Ministeru għal Għawdex fejn se tingħata l-ewwel parti tal-għotja finanzjarja mill-gvern lill-kurja biex jinbeda x-xogħol fuq il- pjazza. Fil-fatt fl-aħħar xhur kien iffirmat ftehim simili max- Xagħra ta' €110,000 biex isir tisbiħ tal-pjazza tar-raħal. Kien jidher ċar li bejn il-kunsill ta' Għajnsielem u l-kurja kien hemm tug-of-war u għalhekk il-Ministeru għal Għawdex ħass il-ħtieġa li ma jħallix din il-pjazza tibqa' 'mandra' u jidħol hu għal dan il-proġett u jsir mingħajr ma l-kunsill ma joħroġ flus. Sorsi mill-kurja qalulna li diġà kien iffirmat ftehim mal-Isqof ta' Għawdex dwar il-qbil li jsir il- proġett tal-pjazza. Tgħid il-poplu Għajnselmiż kien imċaħħad mit-tisbiħ tal- pjazza minħabba rjus iebsa? Minħabba piki politiċi? Kien x'kien il-każ jidher li forsi l-Festa tal-Madonna ta' Loretu f 'Għajnsielem tiftaħ il-bieb biex fl-aħħar l-Għajnselmiżi jkollhom pjazza li tixraq lil wieħed mill-isbaħ rħula f 'Għawdex. Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Meta tah daqqa ta' sieq Joe Zammit Maempel qal lil Jakob Borg (dak il-ġurnalista tal-Independent li darba minnhom kiteb fil-MaltaToday, fejn kien jaħdem, li l-Prim Ministru Muscat kien qamlu) - li darba minnhom meta kien fl- awla Wenzu Mintoff kien prova jtih daqqa ta' sieq. Insomma Zammit Maempel kompla jgħid li hu mhux se jaċċetta li l-kawżi tiegħu jidhru quddiem l-Imħallef Mintoff. Issa qabel ma tkomplu importanti li tifhmu li Zammit Maempel jiġi indirettament minn Austin Gatt. Issa dan Jakob Borg, li jaħseb li hu xi ħaġa, ma qalx li Zammit Maempel huwa l-avukat tal-Partit Nazzjonalista għax tafux, Jakob huwa ġurnalist serju! Olè! Il-povru Francis Mela kont qiegħed ġo ristorant u rajt lil Francis Vassallo, kien qed iparla ma' xi ħbieb. "FRIENDS, I have some good news, I have decided to become a fra." "X'inhu?" Qalulu sħabu, "A fra. Iva, friends, wara snin niekol qisni ħanżir u nibilgħu fil-patata ddeċidejt biex insir a man of God." "Ilmarija," qal wieħed u staqsieh, "Jiġifieri inti se tirrispetta l-povertà, il-kastità u l-ubbidjenza?" U f 'daqqa waħda kien hemm splużjoni kbira ta' daħk u biki. "Ħe, ħe, ħe, Francis u l-povertà" IL-OSTRA kemm hi tajba! Dwardu n-Nazzjonalist Jiena jogħġobni Dwardu Zammit Lewis, għax apparti li hu ministru tal-fanfarunati u qisu Nazzjonalist, inħobb il-mod kif meta jkollu bżonn lil xi ħadd jagħmillu fakkin biċċa xogħol, idur fuq dak li jkun u jgħidlu: "Inti hemmhekk, ġibli l-mobajl għax jekk inqum sormi jikber pulzier ieħor." Hekk irridhom il-ministri tiegħi sodi, determinati u jaraw lil kulħadd dubbien. Ċekk sabiħ Kemm ħadt pjaċir nisma' li r-ristorant ta' Mġarr ix-Xini spiċċa b'xi ċekk tal-Beati Pawli. Tajba tafux, wara li dan ir-ristorant beda jopera bla permess, jiġu Brad Pitt u Angelina Jolie u Alla jbierek joħorġu ċekk ċekkun. Kulħadd xortih. Mur ħallas it-taxxi Ġuż! Il-coconut Ma nafx jekk smajtux imma Kurt Farrugia magħruf aħjar bħala l-coconut m'għandux idea tal-ilbies. Meta kien iċ-Ċina nesa l-ħwejjeġ u l-libsa u kieku ma kienx għal Deo id-Debattista kieku spiċċa bil-qalziet ta' taħt biss u b'kollox imqabbeż. Hemm kien il-coco bil-qalziet bajdani ta' Deo. Filwaqt li d-delegazzjoni tal- Prim kienu kollha lebsin ilbies skuri u puliti. Joe Zammit Maempel Il-qaddis Francis Dwardu Kurt Farrugia, il-coconut Mġarr ix-Xini NO COMMENT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 July 2014