Illum previous editions

illum 20 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/349232

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Lulju 2014 | illum 27 SPORTSillum Ritratt: Joe Borg SPORTSillum "Se tkun esperjenza li dejjem ħlomt biha" – Rachel Cuschieri Rachel Cuschieri f'mument rilassanti waqt it-taħriġ mat-tim nazzjonali WAĦDA mill-aqwa plejers femminili li pproduċa l-futbol Malti f 'dawn l-aħħar snin li lagħbet ma' Birkirkara u hija waħda mill-pedini l-iktar importanti tat- tim nazzjonali tan-nisa, Rachel Cuschieri se tkun qed tħalli xtutna fil- jiem li ġejjin fejn se tkun qed tingħaqad mat-tim tal-futbol professjonali f 'Ċipru, Appollon. Hija ffirmat kuntratt ta' sena li se jkun qed jorbotha sa Mejju tas-sena d-dieħla. Barra lil Cuschieri, dan il-klabb Ċiprijott iffirma wkoll lill-plejer Olandiża, Marije Brummel. F'kummenti li għaddiet lil dan il-ġurnal rigward kif qed tħares lejn din l-esperjenza f 'Ċipru, Rachel, affermat li: "Din l-avventura se tkun waħda emozzjonanti għax se tkun l-ewwel darba li se nkun qed inħalli dari u se nkun waħdi iżda ninsab persważa li se tkun esperjenza f 'ħajti li qatt mhu se ninsa. Qed inħares 'il quddiem għal din l-isfida. Hija xi ħaġa li dejjem ħlomt dwarha, u li rnexxieli nagħmel din il-ħolma realtà hija emozzjoni indeskrivibbli." Jagħmel il-qabża mit-Tielet Diviżjoni għall-Premier Titwaqqaf l-akkademja tal- futsal WARA diversi staġuni jilgħab ma' Sirens fit- Tielet Diviżjoni, u anki ma' Mellieħa fejn lagħab għal sena u nofs, fejn kiser bosta rekords marbuta man-numru konsiderevoli ta' gowls li skorja, Giovanni Galea, ingħaqad b'self b'għażla li jinxtara għal kollox mat-tim bi storja glorjuża fil-futbol Malti, Floriana FC. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' dan il-plejer fejn talbu xi kummenti fuq kif qed iħares lejn din l-avventura ġdida f 'ħajtu li żgur li se tkun qed tipprovdi numru ta' sfidi fil-karriera tiegħu fosthom biex jirbaħ postu mal-ewwel 11 ta' dan it- tim iktar magħruf bħala l-Greens. Huwa saħaq li: "Wara diversi staġuni nilgħab fit-tieni u t-tielet diviżjoni fil-kampjonati Maltin kif ukoll wara l-istaġun pożittiv bħalma kelli s-sena l-oħra, ħassejt li kelli nagħmel pass 'il quddiem fil-karriera tiegħi u nipprova għall-ewwel darba esperjenza fil-Kampjonat Premier. Floriana kien it-tim li wera interess fija anki f 'nofs l-istaġun li għadda u hekk kif reġgħu urew l-istess interess qabel dan l–istaġun kont lest li naċċetta din l-isfida l-ġdida. Din l-isfida ġġib magħha opportunitajiet ġodda għalija u qiegħed inħares lejn l-istaġun li ġej b'ottimiżmu sabiex nagħmel l-aħjar li nista' fuq livell personali kif ukoll ngħin lit- tim Furjaniż jilħaq l-objettivi tiegħu li hemm iffissati għal dan l-istaġun. Minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja wkoll lill- President, lill-membri tal-kumitat, lill-kowċ u l-istaff tekniku, kif ukoll lill-plejers kollha tal-Floriana li laqgħuni bl-aħjar mod possibbli." Giovanni Galea bit-trofew li ngħata mill-MFA wara li rebaħ l-unur tal-Aħjar Plejer tat-Tielet Diviżjoni WARA diversi snin jilagħbu l-logħba tal-futsal kemm bħala 'teammates' kif ukoll bħala avversarji, James Ciangura u Carlo Scicluna ddeċidew li jkollhom akkademja tal-futsal tagħhom. Dan il-ħsieb ġie rrealizzat fit-8 ta' Mejju 2014 meta l-akkademja ġiet imwaqqfa. Kemm James u Carlo kienu jiffurmaw parti mill-iskwadra nazzjonali Maltija tal-futsal fejn kisbu esperjenza vasta b'diversi logħbiet kemm amikevoli kif ukoll logħbiet ta' kwalifikazzjoni kontra timijiet b'saħħithom tal-futsal bħal Slovenja, Ingilterra, Greċja, Albanija, Rumanija, Fillandja u ħafna oħrajn. Ma nistgħux ma nsemmux li James u Carlo rebħu l-kampjonat Malti tal-futsal tliet darbiet ukoll u pparteċipaw fil-UEFA Futsal Cup. Fattur pożittiv ħafna huwa l-esperjenza li kisbu mingħand kowċis barranin fosthom Michal Striz, Vic Hermans u wieħed ma jistax ma jsemmiex ukoll illum lill-plejer/kowċ ta' Balzan Futsal u eks captain tat-tim nazzjonali tar-Rumanija, Gabriel Dobre. Peress li l-logħba tal-Futsal hija meqjusa ta' għajnuna kbira fl-iżvilupp tal-plejers fl-Amerika t'Isfel, Spanja u pajjiżi oħra tal-futbol ewlenin, James u Carlo huma konvinti li l-Akkademja tagħhom tal-Futsal se tkun ta' valur kbir għall-plejers żgħar li huma interessati li jissieħbu f 'din l-Akkademja biex jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom kemm fit-teknika u fl- abbiltajiet mentali tagħhom f 'ambjent li huwa b'ritmu mgħaġġel u ta' sfida. L-Akkademja tal-Futsal se tibda s-sessjonijiet ta' taħriġ darba fil-ġimgħa minn Ottubru 2014 għall-gruppi ta' etàjiet bejn id-9 u t-12- il sena. Min hu interessat jista' jċempel fuq 99420880 jew 99460162 u anki jsegwi lill-Akkademja fuq facebook: https://www.facebook.com/ fut5alacademy. Għal aktar dettalji ibagħtu email fuq futsalacademy@ outlook.com

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 July 2014