Illum previous editions

illum 20 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/349232

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

34 illum | Il-Ħadd 20 ta' Lulju 2014 Tqis l-atletika bħala delizzju jew bħala xi ħaġa professjonali? Ħafna drabi meta n-nies jisimgħuni nitkellem fuq kif u kemm-il darba nitħarreġ nibda nistenna l-mistoqsija tas-soltu ħierġa minn ħin għall-ieħor - "Imma allura dan xorta ssejjaħlu delizzju?" Atleta professjonali m'iniex. Jien naħdem fl-informatika, imma ilni nitħarreġ fl-isport tal- atletika minn mindu kelli 9 snin. Kont bdejt b'Ċikka, għax ħija dak iż-żmien kien qed jieħu sehem f 'attività tal-iskola u tad-dar kienu ħajruni biex nibda mmur miegħu. Xejn serju. Fl-isport qatt ma kont neċċella, ħadd mill-familja tagħna m'huwa partikolarment sportiv ħlief jien u ħija. Imma meta mbagħad kien imiss lili li nidħol Savio College kont għamilt patt miegħi nnifsi li nagħti l-massimu u noħroġ il-potenzjal tiegħi fil-ġiri. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika? Is-Salesjan Fr Frank Clifton kien dak li rawwimni u daħħal fija l-virus tal-atletika. Malli tal-età ta' 11-il sena ksirt ir-Rekord Nazzjonali tat-300 metru tal-kategorija tiegħi, huwa beda jagħti aktar struttura lit-taħriġ tiegħi. Niftakarni, u sħabi ta' dak iż-żmien jistgħu jgħidulek, li fi żmien l-iskola sekondarja ħajti kienet iddur mal-atletika. Meta kelli 15-il sena jien kont diġà nitħarreġ kważi kuljum, ġieli anki qabel, waqt, u wara l-iskola. L-atletika għalija kienet żvog u spazju. Kienet avventura. U bil- kontra ta' dak li ħafna jaħsbu llum, fl-iskola qatt ma mort lura, anzi! X'kienet dik il-ħaġa li l-iktar tgħallimt fl-ewwel jiem tiegħek fl- atletika taħt il-gwida tal-għalliem Fr Frank Clifton? L-aktar li kont tgħallimt f 'dak iż- żmien meta kont nitħarreġ ma' Fr Clifton kienet proprju d-dixxiplina. Xejn speċjali. La għajjat, la xenati u lanqas kliem bombastiku. Fr Clifton kien jgħallimni bl-eżempju u d-dedikazzjoni tiegħu. Ta' kuljum kien jistenna lili u lil sħabi nlestu mill-iskola biex nibqgħu sejrin il- Marsa għat-taħriġ, jew jieħu ħsieb li waqt il-PE jew waqt il-brejk nagħmlu xi sessjoni tajba biex filgħaxija nkunu nistgħu nlaħħqu mal-homework. Niftakarni l-Marsa nistennew ix- xita tieqaf fil-vann biex imbagħad noħorġu u b'hekk ma nkunux tlifna sessjoni. Il-metodu tad-dixxiplina tiegħu kien li jirbaħli r-rispett, u rnexxielu. Fl-2004 kont ksirt ir- rekord nazzjonali tal-400 metru tal-kategorija tal-Youths darbtejn, l-ewwel b'ħin ta' 53.1 sekondi (kien 53.2 sekondi tal-atleta Nikolai Portelli), imbagħad b'ħin ta' 52.59 sekondi. Dan ir-rekord kien ilu 8 snin ma jinkiser, u l-istorja riedet li kellu jdum madwar 8 snin oħra biex jerġa' jinkiser. Kont tiġri biex tirbaħ jew għas- sodisfazzjon personali? Għalkemm f 'dak il-perjodu kont nirbaħ spiss, imma mhux dak li kien jagħtini s-sodisfazzjon. Jien kont niġri għax kont miġnun fuq l-isport. Aktar 'il quddiem intbaħt li m'hemmx esperjenza sportiva isbaħ minn dik! Fl-2006 kont irbaħt midalja tal-bronż fl-Island Games fi Sqallija fl-400 metru individwali. Imma bħal ħafna żgħażagħ oħrajn, sfortunatament id-dedikazzjoni tiegħi għall-isport bdiet tonqos fl- aktar etajiet li stajt inġib progress, u kont bdejt innaqqas l-impenn tiegħi lejn l-isport. Fid-dixxiplina tal- atletika, u b'mod partikolari tal-400 metru, jekk ma titħarriġx spiss u b'dedikazzjoni diffiċli ħafna żżomm il-forma, u bir-riżultati jmajnaw kont bdejt naqta' qalbi. Iżda x'ġara meta għalaqt 20 sena? Meta kelli 20 sena stenbaħt mir- raqda u tajt lili nnifsi ċans ieħor. Kelli x-xorti sabiħa li niltaqa' mal-kowċ li għandi llum – Mario Bonello – li rnexxielu jerġa' jġenninni wara r-reġina tal-isport – l-atletika. Niftakar l-ewwel darba li ltqajt ma' Mario kien qalli li jekk irrid, l-ewwel sessjoni kienet se tkun jumejn wara fil-5.30 ta' filgħodu. Illum nirringrazzja lil Alla li rnexxieli nqum dakinhar. Biex inkun onest niftakar li bilkemm kont irqadt. Mario huwa bniedem li jekk turih li trid taħdem, se jxammar il-kmiem u jkun lest li jgħinek titla' saħansitra fuq il-qamar. Fis-sena 2010, erġajt bdejt ġej fil-forma tiegħi u ntgħażilt fit-tim tal-4x400 metru għall- European Team Championships. Wara dan kollu kif komplejt tevolvi fl-atletika? Sena wara sena bqajt nikber u nitjieb fid-dixxiplina tiegħi – dik tal-400 metru. Fl-2013 bdejt nieħu l-wirjiet tiegħi fuq livell ieħor. Daqshekk stennija – irrealizzajt li jekk ma nġibx ir-riżultati li dejjem xtaqt minn issa 'l quddiem se nkun ħlejt il-ħin ta' dawk kollha – inkluż dawk li ma semmejtx – li kienu ħadmu u emmnu fija. Bdejt is-sena billi kont tliet xhur u nofs il-Polonja fuq studju. Hemm jien, dejjem flimkien ma' Mario, iddisinjajt l-iskeda tat-taħriġ tiegħi bir-riżorsi li kelli f 'idejja. Ma kinitx tkun l-ewwel darba li minħabba s-silġ barra kont ningħalaq fl-appartament u nivvinta xi sessjoni f '4 metri kwadri. Ġejt lura Malta b'saħħti aktar minn qatt qabel kemm fiżikament kif ukoll mentalment, u kont lest u kkargat għall-istaġun. Ir-riżultati juru. Apparti l-midalja tal-bronż li rbaħna fl-4x400 metru fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Lussemburgu, f 'dak l-istaġun ħadt sehem ukoll fil-University Games li saru ġewwa Kazan fir-Russja u tejjibt il-ħin tiegħi għal 49.84 sekondi. Konxju mill-fatt li fl-aħħar sena kellek taffronta xi affarijiet li ma kinux ippjanati. X'ġara eżatt? Ma kinitx xi ħaġa faċli. Lejn l-aħħar tal-istaġun kienet ħarġitli injury li kienet qiegħda xxekkilni milli nagħti l-100% tiegħi. Barra minn hekk kienet ukoll l-aħħar sena tiegħi tal-Masters li kont qed nagħmel, u għalhekk kelli wkoll naħdem qatigħ fuq it-teżi tiegħi. Kollox ma' kollox xorta waħda kont qed inġib uħud mill-aħjar riżultati li konna qed naraw mill-Maltin. X'kienu l-impenji u s-suċċessi tiegħek sa issa matul din is-sena u x'inhuma t-tiri tiegħek għall-futur qarib? Din is-sena żammejt u żidt fuq l-istess momentum u s'issa rnexxieli nestendi u nvarja d-dixxiplini tiegħi u nġib riżultati tajbin. It-tir li jmiss tiegħi huma l-European Team Championships fil-Georgia u forsi xi tlielaq Malta u barra fix-xhur li ġejjin. Matul dan l-istagun ġrejt kemm il-200m (22.54s), it-800m (1:59:15) u komplejt intejjeb il-ħin tiegħi fuq l-400m (49.23s). Nispera li fit- tlielaq li ġejjin inkompli ntejjeb il- ħinijiet tiegħi. Nieħu l-opportunità biex ngħid dan li ġej. Qiegħed insemmilek ir-riżultati mhux għax naħseb li qiegħed nagħmel xi ħaġa li ħaddieħor ma jistax. Il-fatt li jien u sħabi nirrappreżentaw lil pajjiżna f 'kompetizzjonijiet internazzjonali ma jpoġġiniex fuq l-għolja ta' Olimpus mal-allat. L-irwol tiegħi u ta' sħabi huwa dak li ngħinu SPORTSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Matthew Croker – atleta ewlieni f'pajjiżna li għamel isem għalih innifsu u anki għal pajjiżna. Kiseb diversi suċċessi kemm f'Malta u anki barra kemm fuq bażi personali u anke bħala tim -atletika Jispikka bil-kbir "L-istudju, il- ħbieb, il-ħruġ, il- karriera u t-temp m'għandhomx għax ikunu l-iskuża għaliex wieħed għandu jxejjen il- ħolm tiegħu" "L-irwol tiegħi u ta' sħabi hu dak li ngħinu lill- ġenerazzjonijiet li ġejjin biex jemmnu fihom infushom u jiksbu r-riżultati dejjem aħjar"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 July 2014