Illum previous editions

illum 20 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/349232

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Lulju 2014 | illum 9 mħejji ħames snin ta' Carmelo Bartolo. Għalkemm din l-allegazzjoni qatt ma ġiet ippruvata, jidher li s-segwaċi ta' Shqaqi riedu jagħmlu vendetta. Qatt ma kien hemm xi prova li Bartolo kellu xi konnessjoni mal-qattiela jew l-organizzazzjoni li kienu jagħmlu parti minnha. Jekk il-qattiela kienu ħallew Malta bl-ajruplan Piper Lance b'żewġ magni li kien ittajjar minn Bartolo, mhux eskluż li l-istess Bartolo ma kienx jaf min huma u li għalih kienu sempliċiment żewġ klijenti. Iżda l-istess ajruplan kien għeb fis-sigħat bikrin tat-3 ta' Diċembru 1995 waqt titjira bejn Malta u Djerba. La l-ajruplan u lanqas il-ħames passiġġieri u Bartolo qatt ma nstabu, għalkemm għaxar xhur wara kien hemm xi żviluppi. F'Ottubru 1996 sajjieda Tuneżini kienu sabu xi fdalijiet fosthom kartiera ta' Bartolo, ċwievet tad-dar u biċċiet tal- Piper Lance. Iżda l-awtoritajiet Tuneżini fl-ebda ħin ma identifikaw min kienu s-sajjieda li sabu dawn il-fdalijiet. Fuq it-titjira li sparixxiet flimkien ma' Bartolo, li kellu 47 sena minn Ħaż-Żebbuġ, kien hemm Desmond Boomer ta' 38 sena mill-Irlanda ta' Fuq, Michael Williams, Ingliż ta' 49 sena, Tadeus Gorny, Pollakk ta' 48 sena u żewġ Maltin, Philip Farrugia ta' 43 sena u Matthew Aquilina ta' 22 sena. L-għibien ta' dan l-ajruplan huwa kklassifikat bħala "inċident sfortunat" li spiċċa fil-baħar bejn Tuneż u Malta x'aktarx minħabba maltempata li kkawżat ħsarat fl-ajruplan. Tliet teoriji li ħarġu fil-mezzi tax-xandir barranin L-awtur Irlandiż, Don Mullan, segwa l-każ tal-qtil ta' Shqaqi u anke dak li seħħ wara. Fl-investigazzjonijiet li għamel, Mullan ħareġ bi tliet teoriji dwar l-għibien tal-ajruplan Piper Lance bir-reġistrazzjoni 9H-ABU ta' Carmelo Bartolo. Mullan kiteb li l-ajruplan ta' Bartolo kien diġà żviluppawlu xi ħsarat waqt it-titjira minn Malta għal Djerba, iżda xorta waħda, u minkejja maltempata, Bartolo kien iddeċieda li jagħmel it-titjira lejn Malta. It-tieni teżi tiegħu hija li Bartolo u l-passiġġieri nħatfu minn Fundamentalisti Iżlamiċi u t-tielet li l-ħames passiġġieri kienu fil-post ħażin u l-ħin ħażin meta l-Fundamentalisti Iżlamiċi marru biex iwettqu vendetta fuq Carmelo Bartolo. Disa' darbiet f'pajjiżna f'sentejn Minn informazzjoni li ksibna rriżulta li Fathi Shqaqi kien ġie Malta mill-inqas disa' darbiet fi spazju ta' sentejn. Ġeneralment il-vjaġġi tiegħu kienu jkunu Damasku - Ruma - Malta - Tripli u lura. 14 ta' Diċembru 1993: Wasal Malta u dakinhar stess telaq lejn il-Libja; 24 ta' Diċembru 1993: Wasal minn Tripli u għamel tlett iljieli fil-Lukanda Diplomat; 27 ta' Diċembru, 1993: Ħalla Malta bl-ajru; 1 ta' Ġunju 1994: Wasal Malta u mar joqgħod fil-Lukanda Holiday Inn f'Tignè; 2 ta' Ġunju 1994: Ħalla Malta bl-ajru; 28 ta' Awwissu 1994: Wasal Malta u mar il-Park Hotel u ħalla Malta dakinhar stess; 10 ta' Settembru 1994: Wasal minn Tripli u mar kemm raqad fil-Park Hotel; 11 ta' Settembru 1994: Telaq minn Malta; 17 ta' April 1995: Wasal Malta bl-ajru, iżda telaq dakinhar stess lejn il-Libja; 27 ta' April 1995: Wasal lura minn Tripli fejn qatta' lejl fil-Park Hotel; 28 ta' April 1995: Ħalla Malta bl-ajru; 11 ta' Ottubru 1995: Wasal Malta bl-ajru u telaq dakinhar stess lejn Tripli; 26 ta' Ottubru 1995: Wasal minn Tripli u mar jalloġġja fil-Lukanda Diplomat. Shqaqi kellu jħalli Malta l-għada. Appell Se nirrepeti l-istess appell li għamilt il-ġimgħa l-oħra biex kull min għandu xi informazzjoni jgħaddiha lill-Pulizija fuq in-numri 119 jew 21224001. Għalkemm din il-ġimgħa xorta qed inġeddu dan l-appell, qed inkunu wkoll realistiċi u konxji li huwa diffiċli li l-Pulizija tista' tingħata xi tip ta' għajnuna. Il-mutur iddaħħal f 'pajjiżna fit-12 ta' Awwissu 1995 u baqa' ma ntużax għal aktar minn xahrejn. Mhux magħruf fejn inżamm il-mutur bejn Awwissu u Ottubru u x'konnessjonijiet kellhom il-Mosad ma' xi Maltin, jekk kien hemm Maltin involuti Fathi Shqaqi li kien Malta taħt isem falz Ix-xena tal-att terroristiku b'Shqaqi mitluq fl-art f'għadira demm fuq il-bankina Erba' mill-balal li laqtu lil Fathi Shqaqi Il-mutur li għamlu użu minnu l-qattiela jinsab esebit fil-Mużew tal-Pulizija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 July 2014