Illum previous editions

illum 20 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/349232

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

ILQTIL tal-Kap u l-Fundatur tal-Moviment Islamiku Jihad, Fathi Shqaqi, li seħħ nhar il-Ħamis, 26 ta' Ottubru 1995 fis-1.15pm quddiem il-Lukanda Diplomat fi Triq it-Torri f 'Tas-Sliema, kien ħalla ħafna mistoqsijiet dwar kemm Malta kellna sigurtà. Dan l-omiċidju kien att terroristiku li seħħ f 'pajjiżna u li kien ilu ppjanat mill-inqas ħames snin. Shqaqi kien miexi fuq il- bankina, wara li mar jixtri xi affarijiet fosthom rigali għat-tfal. Kif wasal quddiem il-Lukanda Diplomat, resaq lejh mutur fejn wieħed minnhom għajjatlu b'ismu propja. Kif sema' ismu, Shqaqi nħasad u kif dar biex jara min sejjaħlu ġew sparati sitt tiri ta' pistola. Shqaqi ntlaqat f 'moħħu u fuq wara ta' rasu u miet mill-ewwel fuq il-bankina fejn spiċċa wiċċu 'l isfel f 'għadira demm. Ippjanat minn snin qabel Il-pjan tal-qtil tal-Kap tal- Moviment Islamiku Jihad kien imfassal sew u sal-iċken dettall. Fl-1990, ħames snin qabel il-qtil, insterqu l-pjanċi ta' mutur ieħor Yamaha ta' kulur blu bin-numri Q-6904 li kienu rrappurtati misruqin minn raġel minn San Ġwann. Meta l-Pulizija tal- Forensika eżaminaw dawn il-pjanċi rriżulta li dawn kienu modifikati barra minn Malta biex ikunu jistgħu joqogħdu eżatt fuq il-mutur li nġieb Malta biex ma jagħtux fil-għajn. Ħaġa oħra li kienu sabu l-Pulizija kien il-petrol li kien fih il-mutur. Dan ma kienx petrol tal-Korporazzjoni Enemalta li f 'Malta minnu biss jinbiegħ. Il-petrol li nstab fit-tank tal- Yamaha kien petrol li nxtara minn barra minn Malta. Dan jindika li meta l-mutur iddaħħal f 'pajjiżna fit-12 ta' Awwissu 1995 baqa' ma ntużax għal aktar minn xahrejn. Mhux magħruf fejn inżamm il-mutur bejn Awwissu u Ottubru u x'konnessjonjiet kellhom il- Mosad ma' xi Maltin, jekk kien hemm Maltin involuti. Min kien jaf il-movimenti ta' Shqaqi? Suppost f 'Malta kienu żewġ persuni biss li kienu jafu li Fathi Shqaqi kellu jasal Malta dakinhar. Wieħed minnhom kien Libjan residenti Malta li kien responsabbli tal-booking kemm tal-vjaġġi kif ukoll tal- Lukanda Diplomat. L-ieħor kien il-Malti li mar għalih il-port u li l-għada kellu jwasslu l-ajruport biex imur Ruma fi triqtu lejn Damasku. Jekk il-Libjan kienx jaf l-identità ta' Shqaqi, mhix xi ħaġa ċerta, imma l-Malti kien jaf biss l-isem ta' Dr Ibrahim Ali A. Shawesh u xejn aktar. Dawn it-tnejn kienu tqabbdu mil-Libyan Committee of Organisations for International Peace, organizzazzjoni bbażata fil-kapitali Libjana. Dawn iż- żewġ persuni ħalfu li ma kinux jafu li Shaweshi kien fil-fatt il- Mexxej tal-Jihad Islamiku, Fathi Shqaqi. Il-ħarba minn Malta Il-Pulizija għadha sal-lum ma tistax tikkonkludi kif iż-żewġ qattiela, u forsi anke kompliċi ieħor, ħarbu minn Malta. Kien hemm min qal li kien ra liż- żewġ suspettati l-Imsida qrib il-jott marina kemm ġranet qabel id-delitt kif ukoll ftit tal- ħin wara. Iżda teżi oħra kienet li dawn setgħu ħarbu minn Malta permezz ta' ajruplan privat. Dakinhar, fis-26 ta' Ottubru, kien hemm żewġ titjiriet lejn Djerba fit-Tuneżija. L-ewwel titjira b'żewġ passiġġieri fuqha telqet għall-ħabta tal-5pm u t-tieni waħda kważi siegħa wara kellha 11-il passiġġier. Minbarra hekk kien hemm madwar 20 titjira regolari oħra li ħallew l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta dakinhar bejn is-2pm u nofsillejl. Minkejja l-istħarriġ intensiv u vverifikar tal-embarcation cards ta' kull passiġġier li ħalla Malta dakinhar u fil-jiem ta' wara rriżultaw kollha fin-negattiv. L-għibien tal-ajruplan Piper Lance Rapporti f 'mezzi internazzjonali kienu allegaw li ż-żewġ qattiela ta' Shqaqi kienu ħallew Malta fuq ajruplan Piper Lance tal-kumpanija 'Excelair' 8 illum | Il-Ħadd 20 ta' Lulju 2014 Pjan li kien ilu mħejji John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt It-tieni parti - Il-qtil ta' Fathi Shqaqi f 'Tas-Sliema Carmelo Bartolo, li saq l-ajruplan Piper Lance

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 July 2014