Illum previous editions

illum 20 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/349232

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

ILKUMPANIJA Totally Fresh, jew kif inhi magħrufa aħjar mal-pubbliku Smoochie, hija popolari għall-prodotti friski tagħha. Fattur interessanti ta' din il-kumpanija huwa li l-ħaddiema kollha ta' Totally Fresh huma nisa. Sandra Zammit, id-Direttriċi tal-Kumpanija fetħet dan in-negozju wara l-għajnuna u l-inkoraġġiment li sabet minn skema li kienet varat il-Malta Enterprise għal nisa li kienu waqfu jaħdmu wara li kellhom it-tfal. Zammit kienet iddeċidiet li tiftaħ kumpanija biex toħloq prodott differenti minn dak li kien disponibbli fil- ħwienet Maltin. Din il-kumpanija se tibda toffri prodott ġdid mill-aħħar ta' din is-sena biex b'hekk tkompli żżid il-prodotti tal-ikel friski u ġenwini li tipproduċi. Apparti x-xarba magħmula minn frott frisk, 'Smoochie', issa din il-kumpanija se tkun qiegħda toffri wkoll diversi sopop magħmula minn ħaxix u ingredjenti friski. Smoochie llum toffri impjieg lil numru ta' nisa oħra li bħal Sandra Zammit għandhom il- familji tagħhom u li għandhom bżonn kundizzjonijiet tax- xogħol li jippermettu ċertu flessibilità. Waqt żjara li għamel il- Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Chris Cardona, iltaqa' ma' Sandra Zammit u mal-ħaddiema. Cardona faħħar l-inizjattivi innovattivi li ħadet din il- kumpanija f 'diversi oqsma tal- imprenditorija, mhux biss bil- prodotti li tipproduċi, iżda wkoll b'mudelli ġodda ta' negozju li flimkien kienu elementi essenzjali għas-suċċess ta' din il-kumpanija. Cardona qal li l-aspett ta' imprenditorija fost in-nisa huwa importanti ħafna għal dan il-Gvern filwaqt li inkoraġġixxa aktar tfajliet u nisa jidħlu fid-dinja tal-imprenditorija u fid-dinja tax-xogħol. Il-Ħadd 20 ta' Lulju 2014 | illum 7 Smoochie - kumpanija kollha nisa Miżuri dwar atteġġjament negattiv ta' tfal u żgħażagħ ILĦADDIEMA soċjali fi ħdan id-Dipartiment Servizzi għall-Istudent jaħdmu id f 'id mal-ħaddiema soċjali u l-ħaddiema tal-komunità li jaħdmu fl-Aċċessijiet. Dan qalu l-Ministru għall- Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Ċensu Galea li staqsa jekk il- Ministeru hux qed jikkollabora ma' aġenziji tal-Gvern bħal Appoġġ biex jassigura li l-istess Ministeru jkun jista' jiġi infurmat dwar xi żviluppi partikolari li jikkonċernaw it- tfal u ż-żgħażagħ. Fit-tweġiba Bartolo żied li tinżamm komunikazzjoni regolari bejn il-professjonisti involuti għall-ġid tal-istudent u l-familja tiegħu. Qal li huwa importanti li wieħed jiċċara li l-ħaddiema soċjali jaħdmu wkoll ma' studenti li għandhom problemi ta' mġiba u atteġġjament negattiv. Il-Ministru kompla jgħid li bħalissa qed iħaddmu anke proġetti flimkien bħal fil-każ tal-Aċċess tal-Imsida fejn għaddejjin il-preparamenti bejn il-ħaddiema tal-komunità u t-tim ta' professjonisti Edukattivi Psikosoċjali fi ħdan il-Kulleġġ Santa Tereża biex jiġi żviluppat programm ta' parenting skills għall-ġenituri tat-tfal li jattendu l-primarja tal-Imsida. Żied jgħid li hemm ukoll il-ħsieb li dan il-programm isir fi skejjel oħra u li din il- miżura hija waħda preventiva minħabba li l-ġenituri qed jitgħallmu ħiliet biex ikunu jistgħu jrabbu t-tfal tagħhom bl-aħjar mod u b'hekk innaqqsu l-problemi ta' mġieba li qed niffaċċjaw fl-iskejjel. Bartolo qal li meta jiġu organizzati proġetti mill- Aċċessijiet għat-tfal, żgħażagħ u familji, il-professjonisti li jaħdmu fil-kulleġġi relevanti jiġu infurmati biex jidentifikaw l-istudenti u l-familjari tagħhom li jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-proġetti. Semma li kien hemm ukoll proġetti li ġew organizzati u mwaqqfa ma' skola partikolari fejn ġew indirizzati problemi speċifiċi tal-lokalità, pereżempju, Homework Club f 'San Pawl il-Baħar. Il-Ministru qal li kien hemm ukoll ċirkostanzi fejn ittieħdu inizjattivi fuq livell ta' kulleġġ biex ittejjeb il-komunikazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet, pereżempju, fi skola minnhom isiru laqgħat fuq bażi regolari mar-rappreżentanti mis- Servizz ta' Protezzjoni għat- Tfal tal-Aġenzija Appoġġ minħabba li hemm numru mhux ħażin ta' studenti li jiġu segwiti mill-istess servizz. Sandra Zammit, id-Direttriċi ta' Totally Fresh li jipproduċu s-Smoochies

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 July 2014