Illum previous editions

illum 20 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/349232

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

WAQT is-seduta parlamentari tal-Ħamis filgħaxija, il-Kap tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil appella għar-rispett ta' dak li hu bażiku f 'demokrazija moderna u biex id-dibattitu politiku jkun ċivili u serju. Busuttil qal li qed ikollu jagħmel dan l-appell għaliex fl-aħħar jiem il-Gvern mexa b'aġir li jmur kontra l-prinċipji tad-demokrazija u libertà ta' pajjiżna. Hu semma' kif f 'temp ta' ġimgħa kellna gideb, ħabi ta' kuntratti pubbliċi, intolleranza għall-kritika u tgħajjir li mhux xieraq f 'pajjiż ċivili. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li hu normali li l-Gvern u l-Oppożizzjoni ma jaqblux fuq xi ħatriet li jsiru madankollu l-każ tal-mara tal-Ministru Mizzi hu każ differenti propju għaliex hi l-mara tal-Ministru. Insista li mhux normali li jkun hemm ħabi tal-kuntratt tagħha mill-Gvern meta din qed titħallas propju mill-fondi tal-pajjiż u mit-taxxi tal-poplu. Busuttil fakkar ukoll kif il-Prim Ministru gideb meta qal li l-mara tal-Ministru Konrad Mizzi taqla' biss €3,700 fix-xahar. Hu semma kif il-kuntratt impoġġi fuq il- mejda tal-kamra juri li l-mara tal-Ministru titħallas €73,000 fis-sena. Il-Kap tal-Oppożizzjoni fakkar kif Presidenti ta' pajjiżi oħra, fosthom dak Amerikan Richard Nixon, kien tefa' r-riżenja tiegħu minħabba f 'gidba filwaqt li f 'pajjiżna dan il-gvern mhux qed jerfa' r-responsabbiltà tiegħu. Busuttil tkellem ukoll dwar l-intolleranza tal-Gvern għall- kritika u l-fatt li jekk tikkritikah jgħidlek li int negattiv. Saħaq fuq il-fatt li, li tikkritika dak li hu ħażin mhix xi ħaġa ħażina, anzi hi xi ħaġa tajba u meħtieġa f 'kull demokrazija. Tkellem ukoll dwar in- nuqqas tat-trasparenza fil- privatizzazzjoni tal-Enemalta u kif in-negozjati u l-iffirmar tal-kuntratti nżammu moħbija u kif il-Gvern qed jibqa' jinsisti fuq ħabi ta' diversi kuntratti. Fir-rigward tal-liġi tal- finanzjament tal-partiti, il-Kap tal-Oppożizzjoni fakkar li din hi liġi li tolqot il-funzjonament tad-demokrazija għax il-partiti huma għodda essenzjali f 'demokrazija. Fakkar li l-Oppożizzjoni qablet ma' din il-liġi u marret pass oltre meta appellat biex tiġi diskussa wkoll il-kwistjoni tal-finanzjament tal-Gvern lill-partiti. Semma li l-gvern issa bidel l-opinjoni tiegħu u m'għadux jaqbel li ssir din id-diskussjoni. Qal li filwaqt li l-partit Laburista se jgawdi proprjetà pubblika li ta lilu nnifsu, il-partiti l-oħra kollha se jagħmillhom limiti fuq x'jistgħu jdaħħlu. Busuttil tkellem ukoll dwar il-ħatra ta' Wenzu Mintoff bħala mħallef fejn filwaqt li ppreċiża li l-kummenti tiegħu ma kinux indirizzati għal Wenzu Mintoff bħala persuna, ħadd qabel ma kien inħatar mill-miskja politika partiġġjana u mill-mezzi tax- xandir u l-istampa ta' partit politiku dritt għall-bank tal- ġudikatura. Punt ieħor li qajjem il-Kap tal-Oppożizzjoni hu li l-Gvern se jneħħi l-elezzjonijiet tal- Kunsilli Lokali sa ħames snin oħra hekk kif l-Oppożizzjoni ngħatat avviż li se tinbidel il- liġi tal-Kunsilli Lokali bla ebda dettalji jew informazzjoni. Semma kif minkejja li l-Gvern ftaħar li ta d-dritt tal-vot liż- żgħażagħ ta' 16-il sena, dawn se jkollhom jistennew sa 21 sena biex jivvutaw. Busuttil temm l-appell tiegħu billi appella lill-Gvern biex jirrispetta dak li hu bażiku f 'demokrazija moderna u appella lill-poplu Malti u Għawdxi biex janalizza dak li qed jiġri madwaru. 6 illum | Il-Ħadd 20 ta' Lulju 2014 ILGREEN Jobs se jagħtu spinta akbar lit-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna. Dan ħabbru l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil- Klima Leo Brincat meta kien qed jindirizza l-laqgħa informali tal-Ministri Ewropej f 'Milan li hija l-ewwel waħda li qed issir taħt il-Presidenza Taljana tal-Unjoni Ewropea li bdiet fl-ewwel ta' dan ix-xahar. Il-Ministru saħaq li għandhom jissaħħu r-rabtiet bejn it-tħaddir tal-ekonomija u l-proċess tal-qawmien ekonomiku fl-istati membri. Brincat qal li d-dimensjoni ambjentali għandha tirrispetta l-kompetenzi nazzjonali u Ewropej partikolarment dwar kwistjonijiet bħat- tassazzjoni, filwaqt li saħaq li hemm bżonn ko- ordinazzjoni effettiva ta' dawn il-kwistjonijiet mal-istrutturi tal-governanza ekonomika, li għandhom jiġu indirizzati mill-Ministri tal-Finanzi tal-pajjiżi rispettivi fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Huwa qal li pajjiżna jemmen li inċentivi fiskali u start up grants għall-attività intraprenditorjali għandhom jgħinu fil-promozzjoni tat-transizzjoni lejn l-hekk imsejjaħ green growth. Il-Ministru ħabbar ukoll li l-miżuri proposti fl-istrateġija tal-Gvern sejrin ikunu suġġetti għall-evalwazzjoni ekonomika sabiex jiġi stabbilit il-kontribut effettiv tagħhom lill-ekonomija ta' pajjiżna flimkien mal-potenzjal tagħhom li joħolqu Green Jobs ġodda. Huwa qal li l-Gvern Malti se jkun qed jagħmel ukoll konsultazzjoni pubblika f 'pajjiżna qabel tiġi finalizzata l-istrateġija dwar l-ekonomija l-ħadra. Brincat tenna li għalkemm f 'Malta kien sar sondaġġ mill- Employment and Training Corporation (ETC) dwar id-daqs u n-natura tal-Green Jobs f 'pajjiżna, dan imur lura sa madwar tmien snin ilu, u għaldaqstant huwa kien awtorizza lill-Ministeru tiegħu, sabiex permezz tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) isir eżerċizzju ta' benchmarking flimkien ma' eżerċizzju statistiku iżjed komprensiv li jirrifletti l-iżviluppi li saru fl- aħħar snin f 'dan is-settur. Il-Ministru Brincat ħa sehem ukoll f 'Parallel Round Table dwar Green Jobs u Politiki Ambjentali mmexxijja minn uffiċjali għoljin tal-UNEP. L-Università Bocconi wkoll qed tieħu sehem fid- diskussjoni dwar il-Green Growth taħt iċ-Chairmanship tal-Ministru Taljan tal- Ambjent Gian Luca Galletti flimkien mal-Kummissarju Ewropew għall-Ambjent Janez Potočnik. "Il-Green Jobs jgħinu t-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna" - Leo Brincat Rittrat: Ray Attard Busuttil saħaq li minkejja li l-Gvern ftaħar li ta d-dritt tal-vot liż-żgħażagħ ta' 16-il sena dawn se jkollhom jistennew sa 21 Leo Brincat matul l-intervent tiegħu f'Milan Il-Gvern akkużat b'aġir kontra l-prinċipji tad-demokrazija u l-libertà

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 July 2014