Illum previous editions

illum 20 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/349232

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 20 ta' Lulju 2014 SPORTSillum Il-Ħmistax-il Edizzjoni - Stati Uniti 1994 Kienet edizzjoni li ntrebħet mill-Brażil wara l-lotterija tal-penalties fejn għelbu lill-Italja wara li mill-11-il metru kienu fallew Roberto Baggio u Franco Baresi. L-istess Roberto Baggio kellu edizzjoni mill-aqwa fejn kien l-eroj assolut għat-tim tiegħu meta skorja numru ta' gowls importanti f 'din l-edizzjoni fosthom kontra n-Niġerja u l-Bulgarija u anki kontra Spanja fl-aħħar minuti tal- logħba. Is-Sittax-il Edizzjoni – Franza 1998 Kienet Tazza tad-Dinja li rat lil Franza u lill-Brażil jiddominaw u fil-fatt fil- finali dawn iltaqgħu kontra xulxin fejn iżda kienu Franza li ħarġu fuq in-naħa rebbieħa bl-iskor ta' 3-0 biex rebħu t-Tazza tad-Dinja għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom u ma setgħetx tiġihom aħjar hekk kif għamlu dan ġewwa darhom. F'din l-edizzjoni ddomina għal kollox il-plejer Zinedine Zidane iktar magħruf bħala 'Zizou' li fil-fatt irnexxielu jsib ix-xibka wkoll permezz ta' daqqa ta' ras waqt il- finali. Spikka wkoll Ronaldo li però fil-finali kien kwiet għal kollox wara li ma kienx f 'kundizzjoni xejn tajba u fil-fatt kien hemm dubji kbar fuq kemm dan kien se jilgħab f 'din il-finali li fil-fatt lagħab iżda kien ferm kwiet. Is-Sbatax-il Edizzjoni – Ġappun / Korea ta' Isfel 2002 Fil-finali ltaqgħu l-Brażil u l-Ġermanja bil-Brażil jirbħu bl-iskor ta' 2-0 b'doppjetta ta' Ronaldo, wieħed minnhom wara indeċiżjoni ta' Oliver Kahn li ironikament ġie vvutat bħala l-aqwa plejer ta' din l-edizzjoni. Iżda spikka b'mod partikolari mhux biss waqt din il-finali, Ronaldo li spiċċa bħala l-aqwa skorer waqt li l-Brażil rebħu l-ħames edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja fl-istorja glorjuża tagħhom. Żgur li f 'din l-edizzjoni se jibqa' msemmi r-referee Byron Moreno li kkontrolla l-logħba bejn l-Italja u l-Korea ta' Isfel u kellu kontroll diżatsruż tal- logħba fejn kawża ta' hekk, iżda mhux biss, l-Italja sfaw eliminati kontra dan it-tim ferm inferjuri iżda li żgur li għen il-fatt li huma kienu qed jilagħbu ġewwa darhom. It-Tmintax-il Edizzjoni – Ġermanja 2006 Edizzjoni li ntrebħet mill- Italja wara finali kontra Franza wara l-lotterija tal- penalties bil-penalty deċisiv jingħata minn Fabio Grosso li wara din l-edizzjoni ftit li xejn smajna fuqu li iżda f 'din it-Tazza tad-Dinja kien wieħed mill-iktar plejers li spikka għall-Italja. M'hemmx dubju li wara din il-finali l-iktar li baqa' jissemma' kien Zinedine Zidane wara daqqa ta' ras li ta lil Marco Materazzi wara li dan allegatament kien offenda lill-oħt il-plejer Franċiż. B'effett ta' dan Zidane tkeċċa u għalhekk ma setax temm il-karriera tiegħu ta' suċċess fil- futbol b'mod iktar ħażin u diżappuntanti. Waħda mill- isbaħ logħbiet f 'din is-semi finali kienet is-semi finali bejn l-Italja u l-Arġentina li t-Taljani rebħu bl-iskor ta' 2-0 fil-ħin barrani. L-Italja rebħu din l-edizzjoni għar-raba' darba fl-istorja glorjuża tagħhom li għadha l-aħħar waħda li rebħu sal- lum, fejn id-difensur Fabio Cannavaro spiċċa biex ġie vvutat mhux biss l-aqwa plejer tat-Taljani iżda tat- tournament kollu. Id-Dsatax-il Edizzjoni – Afrika ta' Isfel 2010 Edizzjoni li ntrebħet minn Spanja kontra l-Olanda wara l-ħin barra bil-gowl deċisiv jiġi skorjat minn Andres Iniesta. Spanja kienu dominanti għal kollox f 'din l-edizzjoni u kien jimmeritahom bis-sħiħ li jirbħu din l-edizzjoni. Fost l-iktar timijet li ddiżappuntaw insibu lill-Italja mmexxijja mill- kowċ bravu Marcello Lippi fejn kienu sfaw eliminati saħansitra fl-ewwel round wara telfa kontra s-Slovakkja. L-Għoxrin Edizzjoni – Brażil 2014 Ikunu l-Ġermanja li joħorġu rebbieħa f 'edizzjoni meqjusa bħala l-aqwa ta' kull żmien bl-ispettaklu u l-gowls kollha li offriet fid-diversi stadia li fihom intlagħbu l-logħob validi mit-Tazza tad-Dinja. Fost l-iktar kontroversji li spikkaw f 'din l-edizzjoni nsibu l-gidma ta' Suarez fuq Chiellini fir-rebħa ta' 1-0 tal-Urugwaj fuq l-Italja bil-gowl għalihom jasal minn Diego Godin. Spikka wkoll l-attakkant prolifiku tal-Kolumbja, James Rodriguez, li spiċċa l-aqwa skorer ta' dan it-turnament b'sitt gowls fejn niftakru li dan il-plejer għad għandu biss 22 sena u qed jattira l-interess speċjalment ta' l-10 u l-aħħar parti L-Istorja tat-Tazza Il-Brażil rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja fl-Istati Uniti Zidane jgħolli t-Tazza tad-Dinja fi Franza fl-1998

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 July 2014