Illum previous editions

illum 20 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/349232

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Lulju 2014 | illum 31 SPORTSillum Barcelona għas-somma ta' bejn it-80 u l-100 miljun Ewro. Iddiżappuntaw bil- kbir l-Italja, l-Ingilterra, il- Portugall, ir-Russja u Spanja li kolha sfaw eliminati fl-ewwel rawnd ta' din il- kompetizzjoni. F'din l-edizzjoni deher biċ-ċar li-l-era rebbieħa u glorjuża tat-tim nazzjonali Spanjol kienet waslet fi tmiemha. Deher biċ-ċar li l-idea tat-'tiki taka' – stil ta' logħob li tant kienu magħrufin għalih l-Ispanjoli ntemmet kif waslet biex tintemm l-era tal-kowċ Del Bosque għalkemm dan ma rriżenjax u lanqas tkeċċa mill-Federazzjoni Spanjola. Żgur li t-telfa kbira ta' 5-1 fl-ewwel logħba li fiha kienu involuti Spanja kontra l-Olanda se tibqa' mniżżla fil-kotba suwed ta' dan it-tim nazzjonali, kif żgur li se tibqa' tissemma' u b'iktar diżappunt it-telfa umiljanti ta' 7-1 li sofrew il-Brażil fis-semi finali kontra l-Ġermanja. Fil- finali l-Ġermanja rebħu bl-iskor minimu ta' 1-0 kontra l-Arġentina bil- gowl waħdieni tagħhom jiġi skurjat minnn Mario Götze waqt li l-aħjar plejer tat-turnament b'sorpriża għal ħafna ġie vvutat Lionel Messi tal-Arġentina waqt li bl-iktar mod meritat il- goalkeeper ġgant Ġermaniż Manuel Neuer ġie vvuttat bħala l-aqwa goalkeeper tat-turnament. Wara l-finali tat-Tazza tad- Dinja kienet il-President mara tal-Brażil, Dilam Rousseff, li ppreżentat it- Tazza tad-Dinja lill-captain tal-Ġermanja, li kellu turnament mill-aqwa u kien fost l-aqwa 11-il plejer f 'din it-Tazza tad-Dinja, Philipp Lahm. tat-Tazza tad-Dinja Ronaldo jgħolli t-Tazza tad-Dinja tal-2002 Plejers tat-tim nazzjonali Taljan jiċċelebraw wara li rebħu t-Tazza tad-Dinja tal-2006 fil-Ġermanja Schweinsteiger iżomm it-Tazza tad-Dinja fil-Brażil fl-2014 Casillas jgħolli t-Tazza tad-Dinja fl-Afrika ta' Isfel fl-2010

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 July 2014