Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/352856
12 illum | Il-Ħadd 27 ta' Lulju 2014 Għawdex: Int djamant John Busuttil - jbusuttil@mediatoday.com.mt Iż-żgħażagħ Għawdxin iridu leħen DAN l-aħħar kien iffurmat il-Kunsill Reġjonali taż- Żgħażagħ Għawdxin u għalhekk ħassejt id-dmir li filwaqt li niltaqgħu mill- qrib ma' dan il-grupp li jifforma dan il-kunsill nitlobhom jagħtuni wkoll l-ideat tagħhom. Fejn jaraw li hu post iż-żagħżugħ Għawdxi u xi jridu jwasslu dawn iż-żgħażagħ għal gżira Għawdxija. Fl-aħħar tlabt ukoll kumment dwarhom lil Ministru għal Għawdex, l-Avukat Anton Refalo. Ryan Mercieca (25 sena) – President "L-għanijiet tagħna huma li ninvolvu u nwasslu l-vuċi taż-żgħażagħ Għawdxin fit-tfassil tal-politika għal Għawdex. Dan il-kunsill se jwassal għal viżjoni ċara u ħolistika għal Għawdex u l-Għawdxin. Ħsieb komuni bejnietna ż-żgħażagħ hu li nixtiequ naraw Għawdex b'futur u opportunitajiet, naraw lil Għawdex b'ekonomija b'saħħitha u sostenibbli, naraw lil Għawdex fuq il-livell li jixraqlu." Marc Schembri (22 sena) - Viċi President "Nixtieq nara aktar possibbiltà ta' suċċess fil- gżira Għawdxija, kif ukoll żvilupp kulturali u soċjali. Żagħżugħ Għawdxi jista' jasal fejn irid bħal kull żagħżugħ ieħor. Dan il- kunsill jgħaddi l-għodda liż-żgħażagħ Għawdxin biex iwasslu messaġġ jew jingħaqdu biex verament inwettqu l-bidliet li din il- gżira għandha bżonn. Irridu ngħarfu futur li nkunu kburin bih." Sabrina Portelli (23 sena) - Segretarja "Irridu nsibu ma' min niddiskutu d-diffikultajiet li nsibu u li nsemmgħu leħinnha ħalli dawn il- problemi jaslu quddiem l-entitajiet konċernati. B'hekk tittieħed l-azzjoni meħtieġa u tkompli titjieb il- ħajja taż-żagħżugħ Għawdxi. Nemmen li għalkemm ċertu entitajiet jagħtu widen għal dak li jkunu qed jgħidu ż-żgħażagħ Għawdxin dan mhux dejjem iseħħ u ħafna drabi l-problemi li jikkonċernaw lil Għawdxin jaqgħu fuq widnejn torox. Għawdex m'għandux ikun biss il-post li fih wieħed imur biex jirtira, għandu jkun il-post fejn iż-żgħażagħ jistgħu jkomplu l-istudji tagħhom mingħajr il-ħtieġa li biex javvanzaw iridu joqogħdu jmorru Malta. Kif ukoll il-post li fih ikun hemm opportunijiet ta' xogħol għal diversi setturi differenti." Damien Spiteri (19-il sena) – Uffiċjal Finanzjarju I l - K u n s i l l taż-Żgħażagħ ġie mwaqqaf biex iservi ta' pont bejn iż-żgħażagħ Għawdxin u l-awtoritajiet konċernati u jwassal l-ilmenti u l-problemi li jiltaqgħu magħhom. Iż- żgħażagħ Għawdxin huma kompetenti u għalhekk tajjeb li nilqgħu u nixtarru l-ilmenti tagħhom biex b'hekk ikollna Għawdex aħjar. Il-Kunsilli taż- Żgħażagħ hu indikazzjoni importanti li l-awtoritajiet huma interessati fil-ħsibijiet taż-żgħażagħ Għawdxin. Il-laqgħat mal-awtoritajiet konċernati huma ferm pożittivi biex il-kunsill iwassal it-tħassib taż- żgħażagħ. Fl-aħħar mill- aħħar ikun ta' ġid għal kulħadd li dan it-tħassib u l-proposti li jiġu mressqa minna ż-żgħażagħ jiġu kunsidrati għax b'hekk inkunu ntejbu l-qagħda tas-soċjetà li lkoll ngħixu fiha. Il-problema ewlenija li għandna f 'Għawdex hija l-eżodu tal-imħuħ, bl-Ingliż 'brain drain' u għalhekk nemmen li l-ewwel trid tiġi indirizzata din il-problema biex b'hekk iż-żagħżugħ Għawdxi jkollu l-opportunità li jaħdem Għawdex u li 'l quddiem jista' jwassal sabiex l-istess żgħażagħ jinvestu u jiftħu n-negozji tagħhom u b'hekk l-ekonomija Għawdxija tibqa' tikber. Eman Borg (19-il sena) – Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi L-għan taż-żagħżugħ Għawdxi hu li jistudja u jsib xogħol f 'Għawdex għalkemm dan l-istess xogħol kapaċi jkun limitat f 'diversi oqsma ż-żagħżugħ xorta jibqa' jemmen. Il-ħidma minn diversi entitajiet favur iż-żgħażagħ dejjem qed tiżdied però huma bosta żgħażagħ li jħossu li l-opinjoni tagħhom tinstema' b'mod limitat. Fejn dak li jgħidu huma jitqies biss fantasija taż- żgħożija u dan iwassalhom biex jibqgħu lura milli jesprimu l-ideat tagħhom. Iż-żagħżugħ Għawdxi jrid li bit-talenti tiegħu jwassal lil Għawdex biex isir il- post fejn irabbu l-familji tagħhom, u jitkattar it- turiżmu kemm dak sportiv, mediku u anke kummerċjali. Alan Cini (28 sena) – Uffiċjal għall-Affarijiet Internazzjonali u tal- Unjoni Ewropea Nixtiequ naraw lil Għawdex jiżviluppa f 'dak li hu investiment f 'oqsma tax- xogħol u edukazzjoni fost l-oħrajn. Sfortunatament leħen l-Għawdxin hu ftit jew xejn mismugħ. Għawdex għandu jibda jingħata l-attenzjoni u l-importanza mistħoqqa. Francienne Muscat (21 sena) – Uffiċjal Responsabbli mill-Membri Irridu opportunitajiet ta' xogħol. Dan il-Kunsill se jkun jista' jkun vuċi aktar b'saħħitha għaż-żgħażagħ Għawdxin. Se jkun jista' jwassal l-opinjoni taż- żgħażagħ rigward id- diffikultajiet li jaffaċċjaw huma stess mal-entitajiet u awtoritajiet responsabbli. Josmar Saliba (21 sena) – Uffiċjal Kunsill Lokali taż- Żgħażagħ Irrid inservi ta' vuċi effettiva għaż-żgħażagħ Għawdxin filwaqt li naħdem u nippromwovi l-interessi u l-kapaċitajiet tagħhom biex nassigura li jkunu protagonisti kontinwi fis-soċjetà kemm fuq bażi reġjonali kif ukoll nazzjonali. Għalkemm nemmen li fl-aħħar snin żdied aktar l-għarfien u l-opportunitajiet dwar l-isfidi kontinwi taż- żgħażagħ Għawdxin xorta nħoss li ż-żagħżugħ Għawdxi b'differenza minn kull żagħżugħ ieħor, għadu f 'sitwazzjoni li jkollu jagħmel deċiżjonijiet ta' natura obbligatorja minflok jitħalla fil-libertà li jagħmel għażliet. Josmar Azzopardi (21 sena) – Uffiċjal għall-Politiki Nemmen li hemm bżonn vuċi solida biex fl-aħħar iż-żgħażagħ isiru prijorità. Nitħaddtu ħafna fuq li t-tfal, l-adolexxenti u żgħażagħ huma l-futur t'Għawdex, iżda fl-istess nifs ta' min jinnota li strateġija inklussiva u konkreta għall-futur tagħhom f "Għawdex ma teżistix. Hu żmien li nibdew naħdmu fuq l-eżodu tal-imħuħ u li nġibu l-Għawdex il-mutur ekonomiku tiegħu nnifsu! Christian Azzopardi (21 sena) – Uffiċjal għall- Attivitajiet Iż-żagħżugħ Għawdxi jista jasal fejn jixtieq hu,