Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/352856
14 illum | Il-Ħadd 27 ta' Lulju 2014 Ftit ilu int semmejt li ċ-ċokon tal-gżejjer Maltin jippreżenta sfidi uniċi u li għandna bżonn nisfruttaw prospetti ta' tkabbir mingħajr ma nipperikolaw is-sostenibbilità tal- industrija. X'ridt tfisser eżattament? Malta hija destinazzjoni Mediterranja u bħal kull destinazzjoni oħra aħna nsofru mill-istaġjonalità. Irrid nirrikonoxxi però li matul l-aħħar snin saru diversi tentattivi biex intawlu x-xhur b'influss kbir ta' turisti però għad fadal ħafna xi jsir. Qed inħarsu lejn ix-xahar id-dieħel bħala xahar impenjattiv ħafna għat-turiżmu fejn qed nistennew madwar 220,000 turist. Kif jaf kulħadd, iż-żoni turistiċi f 'pajjiżna huma dawk li huma iżda jien irrid nieħu inizjattivi biex Malta kollha tkun meqjusa bħala żona turistika biex b'hekk it-turiżmu jinfirex ma' kullimkien u kulħadd ikun parteċipi f 'dak li joffri u jrendi t-turiżmu f 'pajjiżna. Semmejt ukoll li rridu noħolqu aktar opportunitajiet għal 'higher visitors spending' u nimmiraw biex inżidu l-profitt mit-turisti barranin ras għal ras. Kif se jintlaħqu dawn il-miri? In-numri huma dawk li huma, numri tajbin ħafna u ta' inkoraġġiment u għalhekk issa wasal iż-żmien li nieħdu ċertu deċiżjonijiet li permezz tagħhom nagħmlu dik il- qabża ta' kwalità li hemm bżonn biex nimxu 'l quddiem fuq pajjiżi oħra li huma kompetituri tagħna. It-turiżmu jikkontribwixxi għal madwar 29% tal-GDP ta' pajjiżna u għalhekk nemmen li issa ż-żmien li għandna nagħmlu dan it-tibdil. Ilna ngħidu li rridu nagħmlu din il-qabża imma qatt ma saret kif suppost u għalhekk dan hu l-aħjar żmien fejn kulħadd irid jagħti sehmu biex nirnexxu u jkollna turiżmu iktar b'saħħtu. Il-kompetizzjoni madwarna hija kbira u qed tiżdied kontinwament b'diversi pajjiżi u destinazzjonijiet iżidu r-reklamar u l-marketing, aħna x'qed nagħmlu bħala pajjiż? L-Awtorità Maltija tat-Turiżmu hija aggressiva f 'dan ir-rigward speċjalment fis-swieq prinċipali tagħna li huma r-Renju Unit, l-Italja u l-Ġermanja. Il-penetrazzjoni tagħna f 'dawn is-swieq permezz tal-midja diġitali hija aħjar minn ta' pajjiżi oħra bħal pereżempju l-Greċja. Qed jirnexxilna nidħlu f 'niċeċ ġodda bħal mhu turiżmu għall-LGBTI. Malta issa tinsab fuq il-mappa mondjali bħala pajjiż li jgawdi minn libertajiet ċivili u allura l-persuni LGBTI jħossuhom milqugħin aktar f 'Malta milli f 'pajjiżi oħra. Hemm ukoll in-niċċa taż-żwiġijiet fejn barranin qed jiġu jiżżewġu f 'pajjiżna u l-aktar li qed jattira dan is-suq huwa Għawdex bil-maġġoranza ġejjin mill-Irlanda. Hemm ukoll bżonn ta' kummerċjalizzazzjoni f 'pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni Ewropea bħal m'huma l-Indja, ir-Russja, iċ-Ċina u l-Brażil li lkoll huma interessati f 'pajjiżna. Ftaħna uffiċċju rappreżentattiv fi New York li diġà qed iħalli l-frott u qed jikber l-interess lejn pajjizna speċjalment f 'dak li hu turiżmu reliġjuż. Edward Zammit Età: 41 Status: Miżżewweġ u għandu tifla ta' 9 snin Qabel ikkontesta l-ewwel elezzjoni ġenerali fl-2008 kien President tal- Forum Żgħażagħ Laburisti kif ukoll għamel żewġ leġislaturi fil-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard. "Ilna ngħidu… imma qatt Edward Zammit Lewis jiddeskrivi lil Malta bħala destinazzjoni attraenti ħafna għas-settur turistiku u li hemm aspetti pożittivi dwar din il-gżira li għadna ma sfruttajniex biżżejjed. Frederick Attard fattard@mediatoday.com.mt