Illum previous editions

illum 27 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/352856

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 35

26 illum Il-Ħadd 27 ta' Lulju 2014 SPORTSillum ANDRÈ Schembri – bla dubju l-istilla indiskussa tal-futbol Malti fil- preżent jinsab fl-ewwel xahar tal-avventura tiegħu fil-Ġermanja fejn se jkun qed jilgħab mal-klabb mit-Tieni Diviżjoni, FSV Frankfurt. Dan il-ġurnal għamel kuntatt mal-istess plejer fil-Ġermanja fejn talbu jirrakkontalna x'għadda minnu matul dan l-ewwel xahar f 'dan il-pajjiż Ewropew u kif qed iħares 'il quddiem lejn din l-esperjenza unika fil-karriera tiegħu. Huwa saħaq li: "Tlajt Frankfurt fis-17 ta' Ġunju. L-għada għamilt xi testijiet u mid-19 ta' Ġunju sa issa t-taħriġ kien darbtejn kuljum. Ġejna kamp ta' taħriġ fit-8 ta' Lulju u domna sas-17 ta' Lulju. S'issa lgħabna xi ħames logħbiet ta' ħbiberija fejn fihom skurjajt tliet gowls u tajt ħames assists. Kemm ili nilgħab futbol professjonali dan kien l-iktar pre-season iebes li qatt għamilt. F'dan il- mument ninsab għajjien ħafna però dan huwa normali wara li titħarreġ darbtejn kuljum u ma tantx ikollok mistrieħ. Issa ninsab ħerqan biex jibda l-istaġun fejn fl- ewwel logħba se nilagħbu barra minn darna kontra FC Heidenheim fit-2 ta' Awwissu. Iddeċidejt li nitlaq lil Omonia u mmur nilgħab fit-Tieni Diviżjoni Ġermaniża għaliex nemmen li l-livell huwa iktar għoli minn dak ta' Ċipru. It-tieni Bundesliga huwa meqjus l-aqwa tieni diviżjoni tad-dinja. Klabbs kbar bħal Nuremberg, 1860 Munich, Fortuna Dusseldorf, Bochum u ħafna oħrajn huma ftit mill-klabbs li se nilgħab kontrihom. Wara staġun tajjeb ma' Omonia fejn skurjajt 17-il gowl nemmen li kien il-mument li nagħmel qabża oħra fil- karriera tiegħi. L-ambjent hawnhekk huwa kompletament differenti minn dak ta' Ċipru. Ċipru qisu Malta imma fuq skala ikbar. Meta mort nilgħab Ċipru, mal- ewwel drajt u ssettiljajt. Dil-ġimgħa għalaqt xahar li ġejt Frankfurt u diġà sibt post fejn noqgħod. Qed nissettilja bil- mod il-mod u fi ftit ġimgħat oħra nkun issettiljajt għal kollox. Il-plejers u l-coaching staff hawn laqgħuni ħafna. Did-darba hija naqra iktar faċli biex nissetilja peress li naf il-lingwa Ġermaniża. Ftit tal-jiem ilu affrontajt injury żgħira li kulma kienet daqqa fl-għaksa però ma tliftx taħriġ jew logħob. Kien il-kowċ Benno Mohlmann li ħajjarni niġi. Hu kien il-kowċ li ħadni ma' Eintracht Braunschweig fl-ewwel sena tiegħi barra minn Malta. Nemmen li qiegħed fil-pjanijiet tiegħu però żgur li m'għandix posti garantit u rrid kull ġimgħa nuri li ħaqqni nilgħab mal-ewwel ħdax. Hija sfida kbira personali għax it-tim huwa kompost minn plejers li kollha lagħbu fil-Bundesliga. Però, għalhekk iffirmajt ma' dan it-tim għax nemmen li din l-isfida se ġġegħelni nsir plejer aħjar." SPORTSillum Andrè Schembri fl-azzjoni ma' FSV Frankfurt ANDRÈ Schembri – bla l-iktar pre-season iebes Nuremberg, 1860 Munich, fi ftit ġimgħat oħra nkun Andrè Schembri fl-azzjoni ma' FSV Frankfurt "Nemmen li din l-is da se ġġegħelni nsir plejer aħjar " – Andrè Schembri Andrè Schembri bil- okk u ċjali ta' FSV Frankfurt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 July 2014