Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/352856
Il-Ħadd 27 ta' Lulju 2014 | illum 27 SPORTSillum "Il-basketball Malti reġa' lura t- triq it-tajba" – Josephine Grima FI tmiem il-ġimgħa li għaddiet it-tim nazzjonali femminili tal-basketball rebaħ midalja tal- bronż fil-European Championship for Small Countries wara li għeleb lill-Iskozja fil-logħba għat-tielet u r-raba' post. Fil-fażi tal-gruppi Malta tilfet 46-85 kontra l-Iżlanda li eventwalment rebħu l-grupp filwaqt li għelbu lill-Ġibiltà 25-93 biex spiċċaw it-tieni fi Grupp B u qatgħu post fis-semi finali. Hawn iltaqgħu mal- Awstrija, li eventwalment rebħu l-kompetizzjoni u tilfu 58-46. Malta kien imissha tilgħab għall- midalja tal-bronż fejn għelbu lill-Iskozja 66-59 u hekk spiċċaw fit-tielet pożizzjoni u b'midalja tal- bronż. Is-Segretarju Parlamentari għar- Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Chris Agius, feraħ lit-tim femminili tal-Basketball u lill-kowċ Taljana Angela Adamoli u l-assistent tagħha Christoph Stolp għal din ir-rebħa importanti. Huwa faħħar l-impenn tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball taħt it-tmexxija tal-President Paul Sultana li f 'dan l-aħħar xahar irnexxielhom jakkwistaw erba' midalji; deheb mit-tim nazzjonali maskili ta' taħt is-16-il sena, fidda mit- tim nazzjonali femminili ta' taħt is-16-il sena u fidda mit-tim nazzjonali tal-irġiel, minbarra din il- midalja tal-bronż mit-tim nazzjonali tan-nisa. Dan il- ġurnal għamel kuntatt ma' waħda mill-iktar plejers importanti u ta' esperjenza ta' dan it-tim kif ukoll il- captain tal-istess tim, Josephine Grima fejn talabha tirrakkontalna l-esperjenza tat-tim nazzjonali rebbieħ tal-midalja tal-bronż fl- Awstrija. Tajjeb ngħidu wkoll li l-istess Josephine Grima ġiet magħżula bħala waħda mill-aqwa ħames plejers ta' dan it- tournament. Hija saħqet li: "Kienet esperjenza kbira u nħoss li din kienet waħda mill-iktar midalji importanti li qatt irbaħt f 'ħajti. Għalkemm hija midalja tal-bronż, għalija għandha valur ta' waħda tad-deheb. Ħdimna qatigħ matul din is-sena u żgur li kien jimmeritana li nirbħu midalja. Fis-semi finali kontra l-Awstrija, fl-opinjoni tiegħi ma kienx ħaqqna li nitilfu. Iż-żewġ kowċis ippreparaw il-logħbiet flimkien tant tajjeb li sa minn meta bdiet il- logħba, nista' ngħid li rajt xi uċuħ inkwetati tal-plejers Awstrijaċi. Id- difiża tagħna kienet waħda mill-aqwa. Sfortunatament huwa diffiċli ħafna li tkun perfett fil-logħba kollha u ħallejniehom jirbħu wisq rebounds offensivi u tlifna xi blalen li minnhom huma approfittaw bis-sħiħ. Ġejna lura b'midalja tal-bronż iżda b'valur ta' waħda tad-deheb u rbaħna lura r-rispett li konna tlifna matul is-sena li għaddiet wara l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fil-Lussemburgu. Il-basketball Malti reġa' lura fit-triq it-tajba." It-tim nazzjonali tal-basketball tan-nisa li kiseb il-bronż -Awstrija "Gudja FC se jkun qed jisfida biex jitla' fil-Premier" – Adrian Carabott ADRIAN Carabott beda jilgħab il-futbol ta' 7 snin ma' Żejtun Corinthians fejn dam jilgħab ma' dan il-klabb sa 10 snin. Wara xtrawh Valletta u għamel magħhom sa meta kellu 19-il sena, fejn lagħab magħhom darbtejn fil-Kampjonat BOV Premier meta kien għadu fit-tim tal-Minors. Ma' Valletta, Carabott rebaħ il-kampjonat darbtejn – wieħed tal-U16s u l-ieħor tal-Minors u t-tnejn meta Valletta kienu Section A. Wara Valletta huwa ngħaqad b'self ma' Żejtun Corinthians li kienu jimmilitaw fit-Tieni Diviżjoni fejn f 'dik is- sena huma rebħu kollox fosthom il-Kampjonat u n-Knockout. Huwa kien nominat bħala l-aqwa plejer ta' din id- diviżjoni. Minn Żejtun, Carabott fetaħ fruntieri ġodda fil-karriera tiegħu meta ngħaqad ma' Tarxien Rainbows fil-Premier fejn kellu staġun mill-aqwa fejn lagħab kważi l-logħbiet kollha u skorja sitt gowls. Wara dan l-istaġun ma' Tarxien, Adrian Carabott, reġa' ngħaqad ma' Żejtun Corinthians għax dawn kienu xtrawh għal kollox fejn għamel sentejn magħhom sakemm spiċċalu l-kuntratt. Matul din is-sena għażel li jmur mal-Gudja għax skont l-istess plejer huwa tim b'qalb kbira u li se jkun tim li se jisfida biex jitla' jilgħab fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti fl-istaġun ta' wara jiġifieri l-Kampjonat BOV Premier. Carabott saħaq ma' dan il-ġurnal li Gudja FC għandhom kumitat tal- ġenn u wieħed mill-aqwa kowċis f 'Malta, Alan Mifsud, li niftakruh ukoll kowċ tal-istess Żejtun Corinthians. Adrian Carabott -azzjoni ma' Żejtun Corinthians Josephine Grima -azzjoni