Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/352856
28 illum Il-Ħadd 27 ta' Lulju 2014 SPORTSillum Il-Kungress tal-FIM Europe f 'Malta f 'Lulju FLAĦĦAR jiem l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi permezz tal-Uffiċjali tagħha attendiet il- Kungress tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Muturi– Ewropea (FIM-Europe) fil-Polonja. Din saret fil- belt ta' Krakow fil-Polonja. Għal din il-konferenza attendew il-President Frans Deguara u s-Segretarju Ġenerali, Johann Pace. Dan il-kungress kien wieħed importanti għal żewġ raġunijiet li kienu se jolqtu lil Malta direttament. L-iktar ħaġa li kienet imqanqla tul il-kungress kienet il-ħatra tal-President il-ġdid flok il-qatt minsi mill-Għaqda tagħna s-Sur Vincenzo Mazzi li kien fetaħ orizzonti ġodda u diversi opportunitajiet dwar l-ASMK u l-Muturi f 'Malta. Dan għadna ngawdu minnu sal-lum. Ftit tal-jiem ilu uffiċjali tal-ASMK kellhom laqgħa personali mal-President il-Ġdid tal-Federazzjoni, is-Sur Wolfgang SRB. Mir- rapporti mibgħuta minnu lill- Federazzjonijiet u mil-laqgħa miegħu deher ċar li dan jaf kif se jidħol għall-ħidma l-ġdida tiegħu mingħajr ma jħalli xejn jaqa' lura anzi, jrid jara riżultat. SRB li diġà kien Viċi President tal-Federazzjoni, ix-xogħol ta' President tal- FIM-E jafu sew u ġie vvutat President b'vot qawwi ħafna. Waqt il-konferenza fil- Kungress l-Assoċjazzjoni Maltija indirizzat lid-delegati rappreżentanti tat-43 Federazzjoni tal-pajjiżi membri preżenti fil-kungress qabel jittieħed vot mid- delegati biex jiġi kkonfermat li l-Kungress tas-sena d-dieħla jsir f 'Malta. Bi preżentazzjoni tajba ħafna min-naħa tal- Federazzjoni Maltija ASMK, din ħalliet lill- Federazzjonijiet jibqgħu jitkellmu fuqha u wħud minnhom anke staqsew fejn qiegħda din il-gżira tant sabiħa, Malta. Wara l-indirizz mill-President tal-Assoċjazzjoni s-Sur Frans Deguara b'sodisfazzjon b'vot unanimu mill- Federazzjonijiet kollha ġie kkonfermat li l-Kungress tal- 2015 se jsir f 'Malta fil-Grand Hotel Excelsior fil-Floriana bejn it-2 u l-5 ta' Lulju 2015. Dan huwa impenn qawwi għal Malta u l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fejn madwar 270 delegat mistennija jattendu għall-kungress tas-sena d-dieħla. L-assoċjazzjoni xtaqet tirringrazzja lill- Kunsill Malti għall-Isport u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport li matul dawn l-aħħar tliet snin dejjem assistew lill-Assoċjazzjoni ASMK fejn jidħol l-impenn biex din il-konferenza tiġi f 'Malta. F'Settembru li ġej mistennija jżuru Malta xi uffiċjali tal-FIM-Europe biex jitkomplew it-tħejjijiet għall- Kungress f 'Malta. Tul din l-edizzjoni fi Krakow l-Assoċjazzjoni kellha diversi laqgħat fosthom mal- Federazzjonijiet tal- Bulgarija, tar-Rumanija u tal-Iżrael fejn dan tal- aħħar uffiċjali tal-ASMK kellhom l-opportunità li għal darb'oħra joqogħdu "Kont impressjonat bl-idea ta' Pembroke" – Roderick Bajada Platini u Blatter jirrappreżentaw Uċjali tal-ASMK imkien ma' uċjali mill-Federazzjoni tal-Motorsport tal-Iżrael M'HEMMX dubju li wieħed mit-timijiet li l-iktar qed jimpressjona sa issa fil- Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni huwa dak ta' Pembroke li tajjeb ngħidu li għadu tiela' mit-Tieni Diviżjoni. Huwa diġà għamel diversi akkwisti b'saħħithom fosthom dawk ta' Ayrton Azzopardi, Ousmane Sidibe, kif ukoll il-plejer Lucky Onerou li fil-bidu tal-istaġun rajnieh jilgħab ma' Birkirkara fil-Euro Cup. Iżda forsi l-iktar akkwist importanti sa issa għal dan il-klabb żgħir iżda b'ambizzjonijiet kbar huwa dak ta' Roderick Bajada li ngħaqad magħhom mingħand Qormi u li fil-passat rajnieh jilgħab ma' Valletta, Sliema Wanderers u anki saħansitra bil-flokk tat- tim nazzjonali Malti. Dan il-ġurnal għamel kuntatt mal-istess plejer fejn talbu l-kummenti tiegħu rigward kif qed iħares lejn din l-avventura ġdida fil-karriera tiegħu ma' Pembroke fejn huwa saħaq li: "Kont impressjonat bl-idea ta' Pembroke li jagħmlu l-affarijiet bl-aħjar mod possibbli. Huma bdew billi appuntaw żewġ kowċis tajbin ħafna – Jacques Scerri u l-assistent tiegħu Gregory Degabriele. Meta ltqajt magħhom kont impressjonat bl-ideat u l-entużjażmu tagħhom. Il-President, li huwa persuna mill-aqwa kif ukoll wieħed ambizzjuż, qalli li huwa jrid jikkonsolida l-istatus tat-tim fl-Ewwel Diviżjoni u mbagħad jieħu l-affarijiet pass pass biex it-tim ikun jista' jitjieb logħba b'logħba. Jien dejjem nipprova nagħmel l-aħjar tiegħi għat-tim li nilgħab miegħu irrispettivament mid-diviżjoni li nkun qed nilgħab fiha. Diġà kelli esperjenza fl-Ewwel Diviżjoni ma' Marsaxlokk u kienet esperjenza sabiħa ħafna. Għalhekk irrispettivament mid-diviżjoni li tilgħab fiha, xogħol iebes u li tipprova tagħmel l-affarijiet bl-aħjar mod possibbli huma l-uniċi ingredjenti għas-suċċess." JEKK hemm żewġ rivali kbar bħalissa fid-dinja sportiva fosthom fil-kamp tal-futbol mondjali, m'hemmx dubju li dawn m'huma ħadd ħlief il-President tal-FIFA, Sepp Blatter u l-President tal- UEFA, Michel Platini. Bosta qed isostnu li Platini jista' jieħu post Blatter bħala President tal-FIFA fil-futur qarib iżda oħrajn huma tal-opinjoni li minħabba l-popolarità li Blatter igawdi mal-assoċjazzjonijiet membri mill-kontinenti tal-Afrika u tal-Asja dan jista' jwassal biex Blatter jibqa' fit-tmun tal- FIFA għas-snin li ġejjin. F'dawn l-aħħar ġimgħat Blatter ġie kkundannat minn ħafna segwaċi tal-futbol mondjali u mhux biss, talli ta l-permess lill-Qatar biex jorganizzaw it-Tazza tad-Dinja fis-sajf tal-2018 fejn ftit wara huwa stess ammetta li dan kien żball minħabba s-sħana qawwija li taħkem dan il-pajjiż u għalhekk xejn mhu se tkun qed tgħin lill-plejers li se jkunu qed jilagħbu f 'din is-sħana tremenda. Però Cantona saħaq li waqt Roderick Bajada -azzjoni ma' Qormi FC