Illum previous editions

illum 27 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/352856

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 27 ta' Lulju 2014 Interventi mediċi barra l-pajjiż ILMINISTRU għas-Saħħa, Konrad Mizzi meta kien qed iwieġeb għal mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Claudio Grech, ħabbar li kull pazjent Malti li għandu bżonn kura li ma tistax tingħata f 'Malta għandu dritt li jagħżel l-isptar fejn isirlu l-intervent ġaladarba l-isptar ikun wieħed pubbliku u f 'pajjiż fejn il-gvern għandu ftehim. L-isptar irid ikollu reputazzjoni tajba u anke jkollu kapaċità li joffri s-servizz rikjest. Il-pazjent Malti għandu dritt ukoll li jagħżel il- kirurgu jew l-ispeċjalista li jagħmillu l-intervent. Dawn l-interventi li jsiru barra l-pajjiż jiġu mħallsa mill- istess gvern Malti. Meta kien mistoqsi kemm interventi saru barra l-pajjiż u kemm swew, il-Ministru Mizzi wieġeb li biex jagħti tweġiba speċifika ried dati speċifiċi tat-tagħrif mitlub. Il-ġurnal ILLUM tkellem mad-deputat Nazzjonalista, Claudio Grech dwar fejn eżatt irid jasal b'dawn il- mistoqsijiet. Dan weġibna li f 'Ottubru tas-sena li għaddiet kien hemm direttiva transkonfinali mill-UE li anke pazjent li jkun ilu jistenna biex isirlu intervent f 'pajjiżu (eż. bħal kataretti, knee replacements eċċ) għandu dritt jagħżel li jmur jagħmilha pajjiż ieħor u jħallas il-gvern Malti. Claudio Grech qalilna li l-PN kienu daħlu mozzjoni fil-parlament li għadha ma bdietx tiġi diskussa fejn talbu li dak il-pazjent li jkollu dak id-dritt jista' jagħżel li jagħmilha fi sptar privat Malta u l-gvern iħallas lil privat Malti flok iħallas l-isptar barrani. Claudio Grech ilmenta li l-gvern qed ikaxkar saqajh f 'din il-kwistjoni fejn lanqas daħħal l-acceptable time frame fil-liġi u għalhekk m'hemmx żmien speċifiku ta' kemm hu d-dewmien aċċettat, qabel pazjent jingħata l-awtorizzazzjoni biex imur jagħmel l-intervent barra. Claudio Grech ilmenta wkoll li f 'Malta hawn żewġ sistemi fis-saħħa, sistema għal dak li jkun jaf lil xi ħadd u sistema għal dak li ma jaf il-ħadd li jitħalla jistenna bl-uġigħ inkella anke b'riskju għall-istess ħajtu. "Id-drittijiet tal-pazjenti m'għandniex nilagħbu magħhom. M'għandiex issir differenza bejn min hu sinjur u min le. Il-fatt hu li ma rajniex bidliet kbar fil-qasam tas-saħħa ħlief li nbidlu l-Ministri" temm Claudio Grech. Il-Malti għandu dritt jagħżel l-isptar u l-kirurgu "Jekk jitneħħew l-elezzjonijiet il-Gvern ikun qed joqtol il-Kunsilli Lokali" – Simon Busuttil ILGVERN ippreżenta proposta fil-parlament biex l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li kellhom isiru f 'Marzu li ġej u f 'Marzu tal- 2017 jiġu posposti għal 2019 biex isiru flimkien mal- elezzjoni għal Parlament Ewropew u fl-istess waqt jibqgħu jsiru kull ħames snin. Sadattant il-Gvern qal ukoll li l-ewwel trid issir il-konsultazzjoni ma' dawk involuti mbagħad jitressaq l-abbozz uffiċjali fil-Parlament. L-Oppożizzjoni qed tisfida lill-Gvern biex jippublika l-abbozz ta' liġi dwar il- Kunsilli Lokali biex il-poplu jkun jaf b'dak li qed jippjana li jagħmel. Dwar din il-proposta tkellimna mal-Kap tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil li ammetta li l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali jservu bħala barometru għal partiti rispettivi. Għalhekk meta mistoqsi dwar jekk ir-raġuni vera u proprja li l-Gvern jipposponihom hiex dik li jxekkel lill-Partit Nazzjonalista milli jkejjel il- progress li jkun qed jagħmel fil-bini tal-partit mill-ġdid, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li mhux ir-rwol tiegħu li jinterpreta r-raġuni għaliex il-Gvern ma jridx li jsiru l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, "li hu żgur hu li jekk dawn l-elezzjonijiet ma jsirux, il-Gvern ikun qed inaqqar id-demokrazija f 'dan il-pajjiż" kompla Simon Busuttil. Dwar jekk b'din il-proposta l-Gvern mhux qed itellef liċ- ċittadin li jesprimi ruħu b'vot għal dak il-kunsill li forsi mhux qed jaħdem biżżejjed, il-kap tal-Oppożizzjoni kellu dir-risposta, "Bla dubju li hemm kunsilli li mhux qed jiffunzjonaw kif suppost u diġà teżisti għajta biex jinbidlu xi nies fihom. Hemm oħrajn li qed jagħmlu xogħol siewi ħafna u vot ta' fiduċja kapaċi tagħtihom aktar grinta u ħeġġa biex jaħdmu għall-ġid tar-residenti. Jekk jitneħħew l-elezzjonijiet il-gvern ikun qed joqtol il- Kunsilli Lokali. "Is-sindki li jirrappreżentaw il-partit li mmexxi huma favur id-demokrazija u mhux favur it-tneħħija tal-elezzjonijiet. Is-sindki Nazzjonalisti lanqas biss ġew konsultati dwar din id-deċiżjoni. Wara li jien żvelajt din id-deċiżjoni fil-parlament, il-Ministru Owen Bonnici qal li se ssir konsultazzjoni. Hu ironiku li l-Gvern irid li jikkonsulta dwar jekk għandux jikkonsulta l-elettorat jew le." Dwar jekk jaħsibx li l-għajta tal-Oppożizzjoni hux qed tasal mal-gvern, Simon Busuttil qal li l-gvern għandu disa' siġġijiet maġġoranza, "u għalhekk jista' jgħaddi din il-bidla fil-liġi minkejja l-vot kontra tagħna. Jekk dan iseħħ, tkun l-ewwel darba li proċess elettorali tbiddel mingħajr qbil bejn Gvern u Oppożizzjoni. Dan inawwar il-fiduċja fis-sistema demokratika ta' pajjiżna. Meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern, dejjem fittex u sab ftehim mal-Partit Laburista kull meta sar tibdil." L-ILLUM staqsa wkoll lil Kap tal-Oppożizzjoni dwar il-fatt li l-Kulleġġ tal- Kunsilliera kien għadu ma ġiex konsultat, "Kieku ma tkellimtx jien fil-parlament, ħadd ma kien jitkellem. Anke l-Ministru Owen Bonnici kkonferma li ma saret l-ebda tip ta' konsultazzjoni. Hawnhekk m'aħniex nitkellmu dwar kwalunkwe ħaġa, imma dwar proċess demokratiku. Il-poplu Malti u Għawdxi għandu kull dritt jagħżel hu min ikunu r-rappreżentanti tiegħu, iżda l-gvern m'għandu l-ebda dritt jikkanċella elezzjonijiet biex dawn isiru erba' snin wara. "Jien nerġa' nisfida lill- Gvern biex jippubblika minnufih l-abbozz tal-liġi biex inkunu nafu eżatt x'inhuma l-intenzjonijiet tiegħu." Mitlub x'jaħseb li huma dawn l-intenzjonijiet, il-Kap tal-Oppożizzjoni weġibna, "dik il-mistoqsija għamluha lil Prim Ministru. Dan il-ġurnal tkellem wkoll ma' Dr. Mark Sant li hu l-President tal-Kulleġġ tal- kunsilliera fejn ikkonferma li l-konsultazzjonijiet għadhom ma sarux iżda se jsiru f 'dawn il-ġranet li ġejjin, "Qalulna li se jitkellmu magħna dwar il-proposta fil-jiem li ġejjin. Qed nistennew li jispjegawlna eżatt x'se jiġri, imbagħad neħduha u niddeċiedu minn hemm." Illum jindifnu l-immigranti li ddaħħlu Malta mejta ġimgħa ilu ILBIERAĦ waranofsinhar il-Maġistratura rrilaxxat 21 kadavru mid-29 immigrant li ddaħħlu mejta abbord ta' dgħajsa l-Ħadd li għadda. Il-proċess ħa fit-tul minħabba li kien jeħtieġ li ssir awtopsja u testijiet oħra fuq kull kadavru, b'ħafna minnhom kienu fi stat avvanzat ta' dekompożizzjoni. Il- kadavri ġew rilaxxati wara li saritilhom l-awtopsja, it- testijiet tossikoloġiċi kif ukoll testijiet tad-DNA. Il-kadavri kienu rilaxxati wara li saret ukoll konsultazzjoni mal- awtoritajiet ġudizzjarji Taljani, hekk kif l-awtoritajiet Maltin u dawk Taljani qed jikkollaboraw f 'dawn l-investigazzjonijiet. Il-kumplament tal-kadavri jiġu rilaxxati meta jitlesta l-proċess kollu. Fis-sigħat li ġejjin id- dfin tat-28 katavru se jkun qiegħed isir fiċ-ċimiterju tal-Addolorata filwaqt li katavru ieħor se jkun qiegħed jindifen fiċ-ċimiterju tat- Torok fil-Marsa. 29 ġisem inġabru mill-parti t'isfel tad-dgħajsa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 July 2014