Illum previous editions

illum 27 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/352856

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 27 ta' Lulju 2014 | illum 9 ġie stabbilit kif kien 21 sena ilu, "li issa qtajna qalbna li xi darba l-qtil ta' ibni jissolva", qalli Nikol. "Dażgur li għadna nfittxu li ssir ġustizzja. Fuq kollox qegħdin nitkellmu fuq it-tifel il-kbir. L-ewwel wild" saħaq il-missier. Dwar l-aħħar movimenti ta' Martin, il-ġenituri tiegħu qaluli li bħas-soltu Martin wara x-xogħol kien jgħaddi għal ftit ħin għandhom qabel imur id-dar. Nhar l-Erbgħa, 8 ta' Ottubru ma kinitx eċċezzjoni. Martin kien qalilhom li fis- 7pm kellu jiltaqa' ma' kuġinuh George biex jieħdu għand bennej li kien joqgħod faċċata tiegħu f 'Ħad-Dingli stess. Iżda dakinhar la ma' George u lanqas mal-bennej ma ltaqa'. "Li nafu huwa li ġurnata qabel ma nstab maqtul xi ħin bejn il-5.30pm u s-6.30pm Martin mar jixtri minn ħanut tal-merċa f 'Ħad-Dingli. Jien ikolli ngħid li kienu qegħdin isegwu l-passi tiegħu u peress li l-karozza li kellu ma kinitx tissakkar kif kien fil-ħanut daħal xi ħadd fil-karozza. Meta Martin daħal fil-karozza kien mhedded bl-arma li qatluh biha. Minn hemm ħaduh fuq l-irdum u qatluh. Żgur li ma kienx bniedem waħdu imma mill- inqas tnejn", qalli Nikol. Dwar jekk kinux iżommu kuntatt mal-investigaturi, missier Martin kien qalli li dak iż-żmien kienu b'kuntatt dirett ma' John Rizzo u kienu jmorru ta' spiss id-Depot, iżda qatt ma qalulhom li kienu waslu biex isolvu l-każ jew jekk kienx hemm xi ħjiel. Meta John Rizzo laħaq Supretendent, il-każ għadda f 'idejn spettur ieħor u kien hemm żmien li ma semgħu xejn aktar. Skont Nikol kien meta twaqqfet l-Iskwadra tal- Omiċidji li l-affarijiet bdew jiċċaqalqu. Huwa qalli li kien ikellem lill-Ispettur Chris Pullicino, il-Kap tat- Taqsima tal-Omiċidji. Iżda għaddew is-snin u ma semgħu xejn aktar. Inqatel inqas minn sena wara li żżewweġ Fis-26 ta' Ottubru, 1991 Martin u Diane iżżewġu. Kienu ilhom jafu lil xulxin madwar sitt snin. Martin inqatel 17-il ġurnata qabel kienu se jiċċelebraw l-ewwel anniversarju. Għall-familja Muscat, Martin għadu ħaj fl-ispirtu. Oħtu Maria għandha żewġt ibniet, Kimberly Martina u Nadesh Martina, it-tnejn it-tieni isem Martina b'memorja għal ħuha. "Id-dar għandi ritratt kbir tiegħu u meta Kimberly kien ikollha xi test jew eżami kienet tmur quddiemu, trodd is-salib u titolbu jgħinha", kienet qaltli Maria. Il-ġimgħa d-dieħla Fit-tieni parti ta' dan il-qtil fil-ħarġa tal-ġimgħa d-dieħla, naraw kif il-karozza tal-vittma nstabet f 'post u l-kadavru f 'post ieħor. Monument ta' tifkira li l-familja għamlet fil- post tad-delitt. X'kienet qalet Diane, il-mara ta' Martin u aktar dettalji. Appell Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in-numri 119 jew 21224001. Nikol Muscat, missier il-vittma Maria, oħt Martin Martin Muscat inqatel b'sitt tiri ta' pistola fuq l-irdum ta' Ħad-Dingli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 July 2014