Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/352856
NHAR il-Ħamis, 9 ta' Ottubru 1992, Martin Muscat inqatel b'sitt tiri ta' pistola. Qtil ieħor mhux solvut li iżda għadu qed ikun investigat mill-Pulizija. Minkejja ħafna suspetti, l-investigaturi m'għandhomx provi biżżejjed biex ikollhom każ sod quddiem il-Qorti. Dan il-qtil kien mimli sorpriżi u misteri tant li l-mottiv wara dan il-qtil qatt ma ġie stabbilit. Għaldaqstant l-ikbar mistoqsija tibqa' – Martin Muscat, li qatt ma kellu inkwiet ma' ħadd, inqatel għax rifes xi kallu u sar jaf b'xi ħaġa forsi anke b'mod innoċenti? Spiċċa mitluq f 'xifer l-irdum Milqut diversi drabi bl- arma tan-nar, Martin spiċċa mitluq wiċċu 'l isfel f 'xifer l-irdum bil-parti ta' quddiem ta' ġismu mdendla għal isfel. Kif inhi t-triq il-kadavru ma setax jidher la jekk tkun għaddej b'karozza u lanqas bil-mixi jekk ma tersaqx lejn xifer l-irdum. L-investigaturi jemmnu wkoll li wieħed mill- qattiela kien jaf sew il-post. Minkejja li ntlaqat minn sitt tiri, demm qrib il-kadavru ma tantx kien hemm tant li għall- ewwel kien maħsub li seta' nqatel f 'post ieħor u l-kadavru ntrema hemm bil-qattiela ma jkollhomx ħin jitfgħuh għal isfel fejn hemm għoli ta' aktar minn 11-il sular. Iżda meta l-Pulizija dawru l-kadavru sabu għadira demm taħtu kif ukoll sitt skrataċċ. Jinstab minn turist Il-kadavru ta' Muscat instab minn turist Ġermaniż, Peter Lachmann li dak iż-żmien kellu 45 sena. Kien għall- ħabta tat-2.45pm meta Lachmann kien għaddej mill- inħawi ta' Ġebel Ciantar max- xifer tal-irdum igawdi l-veduta bil-gżira ta' Filfla taħtu. Kif għolla wiċċu ra l-kadavru nofsu mdendel minn fuq biċċa blata. B'xokk fuqu l-Ġermaniż mar jagħmel rapport għand il-Pulizija. Għal dan it-turist kienet l-aħħar ġurnata tiegħu hawn Malta peress li kellu jitlaq l-għada. Għaldaqstant il- Pulizija kienu kellmuh fit-tul dakinhar stess. Il-familja ta' Martin Dwar dan il-qtil kont tkellimt mal-qraba ta' Martin fosthom il-ġenituri Nikol u Anna Muscat kif ukoll ma' oħtu Maria u mal-armla tal- vittma, Diane Micallef, li meta nqatel Martin kienu ilhom inqas minn sena miżżewġin. Martin kien bniedem ta' għalih waħdu. Qatt ma fetaħ qalbu ma' ħadd, la ma' oħtu u lanqas ma' ħuh li kien qrib ħafna tiegħi. Meta kont staqsejt fejn kienu fil-ħin li nstab il-kadavru ta' Martin mit-turist Ġermaniz, Nikol kien qalli li dak il-ħin kienu kollha d-dar. Kien għamel il-lejl kollu barra u filwaqt li martu Anna u t-tfal kienu d-dar xorta ma raqdux minkejja li kienu għajjenin. Kien l-eks Kummissarju tal- Pulizija, John Rizzo, dak iż- żmien kien Spettur. Kien hu li ta l-aħbar lill-ġenituri li kienu sabu l-kadavru ta' Martin. B'xi mod Nikol kien għamel ftit kuraġġ u mar ma' Rizzo fuq il-post fejn sabu lil Martin mejjet fuq l-irdum f 'Ġebel Ciantar, f 'Ħad-Dingli. Oħtu Maria, kienet irrakkontatli li kienet ma' ħuha Kevin fi triqithom lejn id-Depot tal-Pulizija u kif waslu s-Saqqajja raw il-hearse tal-Pulizija tiela'. Maria ħasset li dik kienet sejra għal Martin u qalet lil Kevin li "naħseb li sabu lil Martin." Għaldaqstant Kevin wassal lil oħtu d-dar u hu baqa' sejjer biex imur wara l-hearse tal- Pulizija. Meta staqsejt lil Anna jekk sakemm kienet għadha għaddejja t-tfittxija, kellhomx tama li jista' jinstab ħaj, hija qalet li qalbha mill-ewwel ħebbritha. "Għidtilhom, it- tifel mejjet fejn qiegħed. Martin qatt ma ttardja kull fejn mar. Qatt ma għamel xi ħin barra tard jekk ma tkunx xi okkażjoni bħal xi tieġ." Min-naħa tiegħu Nikol qalli li ma setgħux ikunu jafu li ma kienx mar id-dar. Il-mara li kellu, Diane, informathom xi l-10.30pm u qaltilhom li Martin ma kienx mar id-dar. Kif qaltilhom hekk ċemplu mill-ewwel lill-Pulizija. Tama biss, imma qatgħu qalbhom Erġajt tkellimt ma' Nikol, missier Martin, illum għandu 71 sena kif ukoll oħt il-vittma, Maria Vassallo ta' 35 sena. Minkejja li għaddew 21 sena, il-familja għadha tfittex li ssir ġustizzja, imma tant ġew imwegħdin diversi drabi minn diversi uffiċjali tal-Pulizija li se jsolvu l-każ u kollox baqa' 8 illum | Il-Ħadd 27 ta' Lulju 2014 Il-mottiv qatt ma ġie John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Il-qtil ta' Martin Muscat fuq l-irdumijiet ta' Ħad-Dingli "Meta Martin daħal fil-karozza kien mhedded bl-arma li qatluh biha. Minn hemm ħaduh fuq l-irdum u qatluh" – Nikol Muscat, missier il-vittma