Illum previous editions

illum 27 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/352856

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Il-Ħadd 27 ta' Lulju 2014 | illum 7 nstabu xi fdalijiet l-investigazzjoni tkompli iżda rriżulta li l-laħam ma kienx uman imma ta' nagħġa mejta. Dan il-laħam ingħata lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika li kkonferma dak li kien irriżulta lill-Pulizija. Madwar 12-il siegħa wara tal- istess ġurnata kienu saru żewġ rapporti oħrajn. Marjanna Pace ta' 44 sena li kienet miżżewġa lil Salvatore magħruf bħala "Tal- Ħaxwex" u li kienu joqogħdu f 'numru 72, Triq il-Karità, Victoria, qalet li dakinhar li Modesta ġiet irrapportata nieqsa kienet ratha. Pace allegat li għall-ħabta tal-4pm hija rat lit-tifla miexja fi Triq Vajringa u li dak il-ħin ma kien hemm ħadd mat-tifla. Iżda skont ir-rapport li kienu daħlu l-Pulizija, ir-rapport li għamlet Pace jikkontradixxi dak li kienet għamlet M'Anna Sacco ta' 36 sena minn Victoria, fit-30 ta' Awwissu meta qalet li kienet rat lil Modesta fl-inħawi magħrufin bħala "Għerxija." Din tinsab fl-inħawi ta' salib it-toroq Mons. Vella, Triq l-Assunta, Triq Gedrin u Triq id-Dawwara Tomba. Sacco kienet qalet li rat lit- tifla fl-istess ħin u data li qalet Pace. Skont il-Pulizija dan kien imposibbli għaliex minn fejn ratha Pace għal fejn ratha Sacco, hemm madwar nofs siegħa mixi u dawn it-tnejn qalu li raw lil Modesta fl-istess ħin. L-aħħar okkorrenza tal- Pulizija li sibna ġġib ukoll id-data tat-2 ta' Settembru 1911. Kienet Giovanna Grima ta' 19-il sena, bint Francesco mlaqqam "Ta' Żabbetta" u li kienet toqgħod f 'numru 12, Pjazza S. Agostino, Victoria, illum Pjazza Santu Wistin. It-tfajla qalet lill- Pulizija li nhar il-Ħadd, 27 ta' Awwissu 1911, u ċoé dakinhar li Modesta ġiet irrapportata nieqsa, rat lit-tifla qrib is-Salib fi Pjazza S. Agostino għall- ħabta tas-1.45pm. Anke Grima stqarret li meta rat liċ-ċkejkna din kienet waħedha. Tinfetaħ inkjesta 46 sena ilu Sadanittant ix-xnigħat dwar l-għibien ta' tifla ta' sitt snin komplew fis-snin ta' wara. Dwar l-allegat raġel li suppost ħataf lil Modesta, kien intqal li dan kien stupraha u wara li qatilha difinha f 'arkata, jew kif inhi magħrufa aħjar bħala mramma f 'binja fi Triq Palma li tinsab żewġ minuti bil-mixi 'l bogħod minn fejn kienet toqgħod il- familja ta' Modestina. Meta fi Frar tal-1968 kien qed isir xogħol ta' ristrutturar f 'din il-binja fi Triq il-Palma, reġgħet infetħet inkjesta biex issir tfittxija għall-fdalijiet ta' Modesta Cefai iżda baqa' ma nstab xejn. Għadu mhux magħruf għala reġgħet infetħet l-investigazzjoni u kien hemm min qajjem diversi mistoqsijiet fosthom jekk kienx hemm xi ħjiel jew evidenza ġdida. Forsi xi ħadd seta' tkellem? Meta fil-ġimgħat li għaddew kien qed jerġa' jsir xogħol fl-istess post, dan twaqqaf mis-Sopratendenza tal-Wirt Kulturali minħabba bini storiku li hemm imiss ma' dak fejn qed isir ix-xogħol. Kif ix-xogħol twaqqaf, għal darb'oħra f 'Għawdex imxiet ix-xniegħa li dan sar għax kien instab xi għadam uman u li dan seta' kien tat-tifla. Sorsi qrib il- Korp tal-Pulizija qalu lil ILLUM li mhu veru xejn li nstab xi għadam la uman u lanqas mhux uman. Ħafna Għawdxin jgħidu li l-istorja ta' Modesta Cefai, li kien hemm min sejħilha wkoll Modestina, saret biss leġġenda. Min-naħa l-oħra l-qraba tagħha xorta jixtiequ li jkollhom is-sodisfazzjon ta' x'ġara eżatt mit-tifla ta' sitt snin minkejja li għaddew aktar minn 100 sena mindu għebet. Dr Joe Azzopardi qalilna li minkejja l-ġenerazzjonijiet li għaddew, bħala riċerkatur se jibqa' jfittex u se jkompli jfittex sakemm jasal għal verità. "Se nibqa' nfittex u nqalleb sakemm nasal għal dak li ġara 103 snin ilu. Il-ħolma tiegħi u x-xewqa tal-qraba ta' Modestina dejjem kienu li jinstabu l-fdalijiet tagħha biex inkunu nistgħu nagħtuha d-difna li jixirqilha fil-qabar tal- familja tagħha", temm jgħid Dr Azzopardi. Il-post fi Triq il-Palma fejn allegatament instab xi għadam uman Illiberat dak li aggredixxa u kiser idejn zitu DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt TERENCE Zahra ta' 31 minn Wied il-Għajn ġie lliberat li aggredixxa u li kiser idejn zitu tar-rispett, Maria Liberata Gatt, wara li din tal-aħħar tefgħetlu kontenitur bl-awrina. Il-każ seħħ fil-11 ta' Settembru 2012 fiż-Żejtun, meta nqala' diżgwid bejn iż-żewġ partijiet dwar xi drenaġġ li beda jqattar fil-propjetà ta' Gatt. Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Neville Camilleri semgħet kif l-akkużat u zitu, li huma ġirien ta' xulxin, kellhom diversi battibekki matul is-snin, tant hu hekk li ż-żewġ persuni għamlu diversi rapporti fl-Għassa tal- Pulizija. Iżda l-argumenti bejn it-tnejn ħadu żvolta ġdida f 'Settembru 2012 meta Gatt irrappurtat lil ġar tagħha lil tas-sanità minħabba ilma maħmuġ bl- awrina li kien qed jaqa' għall- katusa tal-bir tagħha. Fix-xhieda tagħha, Gatt qalet li malli Zahra rrealizza li rrappurtatu, huwa mar iħabbtilha l-bieb u beda jidgħi u joffendiha. Malli semgħet dan, Gatt għalqitlu l-bieb u qaltlu li ilha tieħu paċenzja u li issa qabeż il-limitu. Dlonk għalqitlu l-bieb f 'wiċċu u marret iġġib kontenitur bl-awrina u waddbitulu għal saqajh. Malli ra dan, Gatt qalet li n-neputi tagħha mbuttaha, waqqagħha mal-art u spiċċat biex kisret idejha l-leminija. Iżda kemm Zahra u kif ukoll is-sieħba tiegħu, Vanessa Schembri, ċaħdu l-verżjoni taz- zija. Mill-provi jirriżulta li huwa minnu li Gatt waddbet l-awrina lil Zahra, però, skont Zahra, iz-zija waddbitulu lejn wiċċu meta hu kien dieħel fil-karozza tiegħu. Zahra qal li wara li waddbitlu l-awrina għal wiċċu, zitu tfixklet f 'rampa li kien hemm warajha bil-konsegwenza li waqgħet u kisret idejha. Il-Qorti qalet li ma nġibux biżżejjed provi li l-akkużat imbotta lil zitu u li kisrilha jdejha u għalhekk ma sabitx lil Terence Zahra ħati tal-akkużi miġjuba kontrieh. Tislima lil Salvu Seychell ILĠURNAL ILLUM isellem il-memorja ta' Salvu Seychell li ħalla din id-dinja lbieraħ. Seychell għal snin twal kien attivist fi ħdan il-Partit Laburista. Matul dawn l-aħħar snin, kien qed jieħu ħsieb il-koordinazzjoni tal-Kumitati Lokali filwaqt li kien membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista. Salvu Seychell okkupa diversi karigi fi ħdan il-Partit Laburista, fosthom dik ta' Deputat Segretarju Ġenerali. ILLUM jixtieq jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tiegħu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 July 2014