Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/352856
30 illum Il-Ħadd 27 ta' Lulju 2014 SPORTSillum Il-futsal jilħaq livell qawwi ta' popolarità f 'pajjiżna ILLOGĦBA tal-futsal f 'Malta laħqet livell ta' popolarità qawwi f 'dawn l-aħħar snin speċjalment meta l-Malta Football Association (MFA) għarrfet lill-FMA (Futsal Malta Association) bħala assoċjazzjoni membru fi ħdanha u li l-iskop prinċipali li għalih twaqqfet huwa propju dak li jorganizza l-kompetizzjonijiet nazzjonali tal-futsal f 'pajjiżna, jippromwovi l-isport u joħloq l-istrutturi neċessarji biex il-klabbs tal-futsal jorganizzaw ruħhom aħjar u jieħdu sehem fit-tmexxija tal-assoċjazzjoni permezz tal-Kunsill. F'dawn l-aħħar sentejn, il-Futsal Malta Association (FMA) taħt it-tmexxija tal- President Donald Spiteri, mgħejjun minn kumitat żgħir imma ħabrieki, beda t-triq biex jilħaq dawn il- miri. Dan l-aħħar, ġie elett kumitat ġdid fi ħdan l-assoċjazzjoni tal-futsal lokali, bil-Perit Mark Borg jiġi elett bħala President b'vot qawwi favur mill-kunsilliera. Mark Borg li anke serva bħala Viċi President taħt l-amministrazzjoni ta' Donald Spiteri, kellu biss tifħir għall-predeċessur tiegħu u saħaq li kien biss għall-persważjoni u l-enerġija ta' Spiteri li l-assoċjazzjoni setgħet tasal fejn waslet illum. Ir-riforma li kienet seħħet sentejn ilu kienet tat dimensjoni aktar professjonali għat-tmexxija tal-futsal u ġabet magħha qabża notevoli fil-kwalità tal-logħba. Huwa magħruf li Donald Spiteri ntalab personalment mis-suċċessur tiegħu sabiex jibqa' jirrappreżenta lill-FMA fil- Kunsill tal-Malta Football Association filwaqt li ġie nnominat bħala President Onorarju tal-assoċjazzjoni. F'dawn l-elezzjonijiet reġgħu ġew ikkonfermati Manuel Fenech bħala Segretarju Ġenerali u Vanessa Darmanin bħala Teżorier. Alfred Camilleri ġie elett għall-ewwel darba bħala Viċi President. Il-President il-ġdid faħħar ukoll lill-membri sħabu tal- kumitat u rringrazzjahom għax-xogħol volontarju tagħhom, fosthom lil-eks Segretarju Ġenerali Alex Falzon u dak preżenti Manuel Fenech u lit-Teżoriera Vanessa Darmanin. Awgura wkoll lil Alfred Camilleri għall- kariga ġdida tiegħu bħala Viċi President. Borg sostna li kien wasal iż-żmien li l-assoċjazzjoni filwaqt li tħares 'il quddiem b'viżjoni aktar miftuħa, tħares ukoll lura u tibda evalwazzjoni serja ta' dawk il-fatturi li setgħu ma ħadmux tajjeb u għalhekk tipproponi tiġdid. Ewlenin fost dawn il-punti, hemm ir-rabta preżenti mal- klabbs membri tal-MFA, titjib amministrattiv, tiġdid tal-istatut u r-regolamenti tal-logħba u affarijiet oħra. Din ir-reviżjoni trid issir f 'ambitu ta' diskussjoni wiesgħa mal-partijiet interessati kollha. Mark Borg żied jgħid li l-assoċjazzjoni qiegħda wkoll f 'taħdidiet mad- dipartiment tar-referees sabiex tikkolabora ma' dan is- settur importanti għall- iżvilupp tal-logħba. Ma' dan sar ukoll aċċenn għall-miżuri aktar ħorox fejn tidħol is-sigurtà tal- uffiċjali tal-logħba fid- dawl ta' inċidenti li seħħew riċentament. Barra minn hekk, il- President il-ġdid identifika proġetti ġodda, bl- introduzzjoni tal-futsal fl-iskejjel primarji u fost iż-żgħażagħ. Għal dan il-għan il-kumitat il-ġdid diġà kellu laqgħat mas- Segretarju Parlamentari Chris Agius, fejn ġiet identifikata l-possibbiltà li l-FMA taħdem id f 'id mal-Isports Promotion Unit sabiex titkattar il-popolarità tal-logħba. F'diskussjonijet separati mal-Kunsill Malti għall-Isport, l-FMA ressqet l-ilmenti tagħha rigward in- nuqqas ta' opportunitatijiet għall-klabbs tagħha sabiex dawn ikunu jistgħu jitħarrġu fil-kumplessi sportivi tal- KMS b'rati sussidjati. Fl-aħħar tal-indirizz tiegħu lill-Kunsill, il-President il- ġdid awgura lill-kunsilliera kollha sabiex jipparteċipaw fid-diskussjonijiet b'mod attiv u kif ukoll jaħdmu aktar biex ireġġgħu lura r-rispett fil-logħba. Intant, f 'lagħqa tal-Kunsill li saret ftit tal-jiem ilu, intlaħaq qbil unanimu fuq il-format tal-kampjonat għall-istaġun li ġej, kif ukoll tfasslet struttura għall-istaġuni prospettivi. 23 tim se jieħdu sehem fil- kampjonat li ġej, b'għaxar timijiet fid-Diviżjoni Premier u l-kumplament fl-Ewwel Diviżjoni. Is-Super Cup se tintlagħab fl-24 ta' Settembru bejn Balzan FC u Luxol St Andrews. Il-parteċipanti għall- istaġun 2014/15: PREMIER: Balzan FC, Luxol St. Andrews, Ħamrun Spartans, Qormi FC, Mosta FC, Swieqi FC, Valletta Utd, Gżira Utd, Żebbuġ Rangers, Żurrieq FC. FIRST: Luqa St. Andrews, Mdina Knights, Lija Athletics, Fgura Utd, Mellieħa FC, Msida St. Joseph, Siġġiewi FC, Mqabba FC, Qrendi FC, Sirens, Attard, Naxxar Lions, B'Bugia FC. Azzjoni mill-konfront bejn Balzan u Luxol St Andrews (Ritratt - Joe Borg) Il-logo uċjali tal-FMA Plejers ta' Qormi FC jiċċelebraw wara li rnexxielhom isibu x-xibka