Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/352856
Il-Ħadd 27 ta' Lulju 2014 | illum 31 SPORTSillum Il-KOM u l-MFA isellmu l-memorja tal-Imħallef Gino Camilleri ILPRESIDENT u l-Bord tal-Diretturi tal- Kumitat Olimpiku Malti (KOM), ingħaqdu mal- Assoċjazzjonijiet Nazzjonali tal-isport affiljati billi wasslu l-kondoljanzi lill-familja Camilleri wara li nhar il-Ħadd tħabbret il-mewt tal-Imħallef Gino Camilleri li għal bosta snin kellu rabta qawwija mal-isport b'mod partikolari mal-Kumitat Olimpiku Malti li tiegħu kien President bejn l-1989 u l-1999. L-Imħallef Camilleri għal bosta snin kien President kemm tal-Amateur Swimming Association kif ukoll tal-Malta Squash Association minbarra rabtiet oħra ma' għadd ta' għaqdiet nazzjonali tal-isport. Il-Kumitat Olimpiku Malti sellem lill-Imħallef Gino Camilleri li għal bosta persuni kien dejjem sors ta' referenza fir-rigward l-amministrazzjoni tal-isport l-aktar f 'mument meta fil- perjodu tiegħu ta' presidenza tal-Kumitat Olimpiku Malti l-isport f 'pajjiżna beda fażi ta' żvilupp. Intant, il-Malta Football Association uriet ukoll sogħba għall-mewt tal- Imħallef Gino Camilleri, missier Dr Adrian Camilleri, il-Prosekutur tal- Assoċjazzjoni. Hija saħqet li matul is- snin, l-Imħallef Camilleri kien Chairman u Membru ta' diversi Bordijiet u Kumitati fl-MFA. Hu kien ukoll Chairman tal-Kumitat Olimpiku Malti u membru attiv f 'diversi assoċjazzjonijiet sportivi oħra. L-Imħallef Gino Camilleri jibqa' mfakkar bħala persuna eżemplari u retta fir- responsabbiltajiet kollha li kellu matul ħajtu. L-MFA bagħtet il- kondoljanzi profondi tagħha lill-familja Camilleri f 'mument daqstant diffiċli. L-eks Imħallef, il-mibki Gino Camilleri Chicarito jista' jsieħeb lil sieħbu Vidic ma' Inter WARA li ftit tax-xhur ilu Inter akkwistaw lill-eks captain Serb ta' 32 sena ta' Manchester United, Nemanja Vidic liema difensur internazzjonali se jkun qed jingħaqad man- Nerazzuri matul is-sajf li ġej, qed jissemma' li jista' jsieħeb lil dan il-plejer mat-tim minn Milan stilla ieħor tat-tim minn Old Trafford. Kien hemm spekulazzjonijiet li dan il-plejer seta' jkun il-Franċiż Evra jew il-Ġappuniż Kagawa iżda kollox jindika li jeżistu possibbiltajiet kbar li dan il-plejer li jingħaqad ma' Inter fil-fatt ikun Javier Hernandez iktar magħruf bħala Chicarito, fejn tajjeb ngħidu li wiret dan il-laqam mingħand missieru li wkoll kien jissejjaħ b'dan it-titlu! Manchester United kienu akkwistaw lil Hernandez mingħand Chivas għas-somma ta' 6 miljun Sterlina fl-2010 iżda wara tliet staġuni tal-ogħla livell mar-Red Devils, b'35 gowl fil- Kampjonat Premier, spiċċa biex prattikament intesa kemm mill- partitarji tal-United kif ukoll mis-segwaċi tal-futbol mondjali speċjalment dak Ingliż. U dan l-iktar minħabba injury serja li sofra fil-koxxa f 'nofs Awwissu li għadda. Jidher ukoll li David Moyes ma tantx għandu fiduċja u interess f 'dan il-plejer hekk kif matul dan l-istaġun utilizzah biss erba' darbiet bħala plejer titolari. Però jekk nieħdu l-kompetizzjonijiet kollha li kienu involuti Manchester United matul dan l-istaġun fosthom il-Carling Cup, l-FA Cup u l-UEFA Champions League huwa beda 10 darbiet mill-bidu tal-logħba u skorja 7 gowls, li mhux ammont ħażin. Il-kuntratt tiegħu mar-Red Devils jiskadi fl-2016 però jidher li ma' Manchester United fejn mhux qed jingħata spazju ma jridx jibqa' iktar. U għalhekk Inter approfittaw bis-sħiħ minn dan fejn qed jippuntaw fuq dan l-attakkant li dejjem sab il-gowl faċilment u l-fatt li lanqas għadu biss għalaq is-26 sena hekk kif twieled fl-1 ta' Ġunju tal-1988 jaqblu perfettament mal-ideat ta' Erick Thohir li bħal President ta' qablu Massimo Moratti jidher li għandu simpatija partikolari għall-plejers ta' Manchester United. Niftakru li Moratti xtaq ferm li jakkwista s-servizz tal-attakkant kontroversjali Franċiż Eric Cantona. Però ma kienx irnexxielu jagħmel dan u minflok ingaġġa lill-eks plejer internazzjonali Ingliż Paul Ince, iktar magħruf bħala l-gladjatur ta' Old Trafford, li mbagħad sar wieħed mill-aqwa plejers ta' nofs il-grawnd ta' Inter. B'hekk is-segwaċi ta' Inter b'mod partikolari għandhom iħejju bis-sħiħ għall-wasla probabbli ta' Chicarito mat-tim favorit tagħhom! Chicarito jista' jkun wieħed mill-akkwisti ta' Inter l-jiem li ġejjin Numru ta' proġetti minn Fun Fit Friends FUN Fit Friends, jew kif inhu magħruf, fff, huwa inizjattiva fil-qasam tal-isport u l-fitness li rat il-bidu tagħha fl-2009. Illum fil-ħames sena tagħha, tara numru ta' proġetti żgħar differenti mnedija minn numru ta' professjonisti fil- qasam. Immexxija minn Renzo Kerr- Cumbo, lecturer tal-Isport fl- MCAST u l-Università ta' Malta, UEFA A Coach u gradwat b'B. Ed fl-Edukazzjoni Fiżika u b'Masters fil-kowċing minn Loughborough University, fff tgawdi mill-kontribut ta' professjonisti varji. Fil-fatt ġewwa ċ-ċentru fid-dar ta' San Ġużepp ġewwa Santa Venera jseħħu classes tal-fitness bħal Zumba, Circuit Training, Pilates u Cross Fit u anke Personal Training. Il-Malta Self Defence Academy tħaddan programm tas-Self Defence u ieħor tal-Kung Fu li jibqa' għaddej is-sena kollha. Barra minn dan fl-istess post jiġi offrut servizz ta' fiżjoterapija għall-persuni ġenerali, u anki servizz ta' fiżjoterapija għall- atleti. Madankollu fff joffru anki servizz ta' attivitajiet sportivi jew fiżiċi għall-kumpaniji u għal skejjel fejn kemm il-ħaddiema u l-istudenti jistgħu jgawdu minn ambjent differenti f 'attivitajiet differenti minn tas-soltu. Fl-aħħar ġimgħat ġie mniedi programm ġdid imsejjaħ DAP (Developing Athletes Performance) li huwa maħsub sabiex l-atleti żgħar u ikbar fl-età jiġu mħarrġa b'mod speċifiku sabiex itejbu l-fiżika tagħhom għall-bżonnijiet tal- isport partikolari li jħaddnu. F'dan il-programm diġà rajna interess kbir, fejn klabbs bħal Tarxien Rainbows FC diġà bdew iħaddmu dan il- programm mat-tfal tan-nursery tagħhom kemm subien u kemm bniet. Interess qawwi jidher ġej minn klabbs oħrajn, li bħalissa għaddejjin f 'diskussjonijiet għall-istaġun li ġej. Barra minn hekk atleti varji minn etajiet li jvarjaw bejn l-10 snin u l-35 sena, fuq rikjesta individwali qegħdin jitolbu lill-esperti fi ħdan dan il-programm sabiex jgħinuhom itejbu l-fiżika tagħhom. Atleti li ħerġin minn xi operazzjoni ta' natura sportiva, u atleti oħra li jħossu li hemm spazju fejn itejbu l-fiżika tagħhom, qegħdin igawdu minn sessjonijiet b'attenzjoni individwali. Min ikollu bżonn iktar informazzjoni jista' jikkuntattja lil Renzo Kerr-Cumbo fuq info@funfitfriends.com jew 79617913.