Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/361049
illum | Il-Ħadd 10 ta' Awwissu 2014 Republic Street, Valletta next to the Courts Il-Ħadd – il-ġurnata tal-inċidenti tat-traffiku JOHN PISANI jpisani@mediatoday.com.mt F'DAWN l-aħħar 10 snin, sal-4 ta' Awwissu, 147 persuna tilfu ħajjithom fit-toroq tal-gżejjer Maltin. Jista' jkun li l-inċidenti fatali tat-traffiku żdiedu f 'dawn l-aħħar snin minħabba li fit-toroq tagħna żdiedu wkoll il- vetturi? Mill-147 persuna li tilfu ħajjithom kien hemm 112-il raġel, 29 mara u sitt itfal taħt il-15-il sena. L-agħar sena mill-2005 sal-lum kienet l-2009 fejn tilfu ħajjithom 21 persuna li minnhom 17 kienu rġiel, tlieta nisa u wieħed minorenni. Mill-istatistika li ġbarna jirriżulta li l-aktar lokalità li fiha seħħew l-ikbar numru ta' inċidenti tat-traffiku, mhux kollha fatali, huwa Birkirkara tant li fl-2012 din il-lokalità rreġistrat 6.3% tal-inċidenti li seħħew f 'Malta. Ħal Qormi kien it-tieni b'5.9%. Skont l-istess statistika l-iktar ġurnata li fiha jsiru inċidenti hija l-Ħadd, b'nhar ta' Sibt it- tieni. Jidher li dan iseħħ probabbli minħabba li matul il-lejl ta' bejn is-Sibt u l-Ħadd jiżdied il-konsum tal-alkoħol. Din il-gazzetta tkellmet mal-espert tal-Qorti, il- Prokuratur Legali Mario Buttigieg. Huwa qalilna li biż-żieda kbira ta' karozzi fit-toroq, żdied il-periklu. "Hemm bżonn ta' aktar attenzjoni u konċentrazzjoni kemm min-naħa tas- sewwieqa kif ukoll minn dawk il-persuni li jkunu mexjin fit-toroq. Minbarra n-numru sostanzjali ta' karozzi fit-toroq tagħna, żdiedu ħafna s-sewwieqa li jużaw il-mobile waqt is-sewqan," qalilna Mario Buttigieg. Huwa żied jgħidilna li l-ammont ta' ċitazzjonijiet kemm mill-Gwardjani Lokali kif ukoll mill- Pulizija żdiedu fejn jidħlu kontravenzjonijiet tal-użu tal-mobile waqt is-sewqan, sewwieqa mingħajr seat- belts kif ukoll dawk li jibqgħu għaddejjin meta d-dawl ikun fuq l-aħmar. "Hemm bżonn li l-poplu jkun aktar iddixxiplinat biex in-numru ta' mwiet fit- toroq jonqos," saħaq Mario Buttigieg. Bħala statistika ta' mwiet b'inċidenti tat-traffiku, fl- ordni ta' meta l-iktar mietu persuni bejn l-1 ta' Jannar 2005 u l-4 ta' Awwissu 2014 hija din. Fl-2009: 21, 2011: 20, 2013: 19, 2005: 17, 2010: 16, 2007: 15, 2008: 14, 2006: 10, 2012: 8 u 2014: 7. L-aktar persuni li jkunu involuti f 'inċidenti tat- traffiku huma dawk ta' bejn il-25-il sena u d-39 sena. Fi stqarrija l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) qal li bejn April u Ġunju ta' din is-sena seħħew 3,795 inċident tat-traffiku, li minnhom tnejn kienu fatali. Din tfisser żieda ta' 49 inċident jew 1.3% meta mqabbel mal-istess xhur tas- sena li għaddiet. F'dawn l-inċidenti ndarbu 492 persuna li 292 kienu sewwieqa. F'73.2% tal- inċidenti kienu involuti l-karozzi, fi 15.4% muturi u f '9.8% t-trakkijiet. Mill-istatistika tal-NSO jirriżulta li meta mqabbel mal-2013, kien hemm inqas inċidenti fin-Nofsinhar ta' Malta. L-iktar lokalitajiet li fihom seħħew inċidenti f 'dan il-perjodu kienu Birkirkara, Ħal Qormi u San Pawl il-Baħar. Sadanittant dwar in- numru ta' karozzi u vetturi rreġistrati fil-gżejjer Maltin, f 'sena żdiedu 10,300. Dan joħroġ ukoll minn statistika maħruġa mill- NSO. B'hekk in-numru ta' vetturi rreġistrati Malta huwa ta' 329,000. Bejn April u Ġunju ta' din is-sena ġew irreġistrati 5,000 karozza ġdida filwaqt li ġew irtirati mit-toroq 2,900 karozza. Imutu 147 persuna f 'inċidenti tat-traku -aħħar 10 snin Birkirkara bl-iktar inċidenti Fl-aħħar għaxar snin l-iktar sena b'inċidenti fatali kienet l-2009