Illum previous editions

illum 10 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/361049

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

0.90 10 ta' Awwissu 2014 • Nr 408 Tel: 2122 3999 NEWSPAPER POST Il-mewġa ta' serq mingħajr sinjali ta' sgass Barranin f 'Malta jidħlu u joħorġu bla suspett ta' xejn DIN is-sena żgur li se tkun sena li f 'moħħ Federica Falzon se tibqa' waħda indimentikabbli hekk kif fl-età ta ħdax-il sena, Federica kisbet suċċess inkredibbli kemm f 'pajjiżna kif ukoll fl- Italja wara li pparteċipat fil-programm Ti Lascio Una Canzone. F'intervista esklussiva ma' ILLUM, hi titkellem dwar il-ħolm, il-passjoni u kif il-mużika u l-ispettaklu sar jagħmel parti sostanzjali minn ħajjitha. Federica titkellem dwar l-esperjenza mar-RAI u kif dawn jinsistu li ma jintuża ebda rtokk fuq it-tfal, anqas meta kellha ponta żgħira ma riedu jgħattuhiela. Tirrakkonta kif hi u l-ġenituri tagħha marru u ġew l-Italja għal tlettax-il ġimgħa konsekuttiva u dwar l-eċitament li kellha meta kantat fuq il-Fosos mat- tenur Malti Joseph Calleja. Ma jonqosx li titkellem ukoll dwar il-Junior Eurovision Song Contest li se jsir f 'Malta f 'Novembru li ġej. JOHN PISANI jpisani@mediatoday.com.mt ILMEWĠA ta' serq minn djar u appartamenti mingħajr ebda sinjali ta' sgass, ħakmet diversi pajjiżi mhux biss fl-Ewropa imma anke fl-Istati Uniti fost l-oħrajn. F'dawn l-aħħar erba' xhur ħallelin barranin ħallew numru ta' vittmi anke hawn Malta. Mhux eskluż li dawn il- barranin jidħlu u joħorġu minn Malta mingħajr ebda suspetti, l-aktar jekk jiġu f 'pajjiżna minn pajjiż fiż- Żona Schengen. Sorsi qrib il-Korp tal- Pulizija qalu lil ILLUM li dan it-tip ta' serq fejn il-ħallelin jużaw ċwievet apposta, magħrufin bħala bump keys, beda lejn l-aħħar ta' April. L-aktar postijiet milqutin s'issa hemm l-inħawi ta' Tas-Sliema, San Ġiljan, is-Swieqi, Pembroke, l-Imsida, il-Pietà u anke ġew irrapportati xi każijiet lejn Ħ'Attard. "Mhux bilfors li dawn għandhom xi kompliċi Maltin, għalkemm ma nistgħux neskludu dan totalment", qalilna wieħed mis-sorsi. Huwa kompla jgħidilna li f 'ċerti nħawi hemm djar u appartamenti li anke jekk tħares lejhom minn barra tinduna li dawn jinsabu f 'inħawi ta' ċerta klassi. "Ħadd mhu se jmur jisraq minn xi raħal żgħir fejn kulħadd jaf lil kuħadd u ftit huma dawk li huma sinjuri", saħaq l-istess sors. Ara l-intervista f 'paġni 14 u 15 "L-irtokk fuq it-tfal ma jeżistix" – Federica Falzon www.citroen.com.mt Michael Attard Ltd. – Citroën Showroom, Mdina Road, Attard – T: 2144 2005 / 2248 2602 – E: citroensales@michaelattard.com C1 NEW CITROËN NATURALLY URBAN 0863. Citroen - C1 - 10x4.indd 1 05/08/2014 16:50 Ikompli f 'paġna 6 Misjuba żewġ persuni mejta Ritratt: Gianfranco Stellini KMIENI lbieraħ żewġ persuni tilfu ħajjithom bl- ewwel wieħed ikun raġel ta' 53 sena minn Birżebbuġa li ttella' mejjet mill-baħar f 'Birżebbuġa stess filwaqt li t-tieni kadavru kien ta' mara li nstabet mejta fil-baħar fil-viċinanzi tal-irdum ta' Ħad-Dingli. Il-kadavru tal-mara għadu ma ġiex identifikat.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 August 2014