Illum previous editions

illum 10 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/361049

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 10 ta' Awwissu 2014 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq L-OGĦLA: 31˚Ċ L-INQAS: 22˚Ċ TEMP: Ftit imsaħħab li jsir sabiħ. VIŻIBILITÀ: Tajba. RIĦ: Nofsinhar għal-Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir l-aktar mill-Punent għal-Lbiċ. BAĦAR: Ħafif. IMBATT: Ftit li xejn. Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 22˚Ċ TEMP: Ftit imsaħħab li jsir sabiħ. VIŻIBILITÀ: Tajba. RIĦ: Varjabbli forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 l-iktar mill-Punent għal-Lbiċ li jsir lokalment forza 4 lejn il-Grigal ta' Malta. BAĦAR: Ħafif. IMBATT: Ftit li xejn. SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 90 50 31 22 82 43 63 15 Iż-żieda fil-kriminalità f 'Reporter IŻŻIEDA fil-kriminalità f 'pajjiżna se tkun it-tema tad-diskussjoni waqt il- programm Reporter li jixxandar għada filgħaxija fid-8.45pm fuq TVM. Il-mistiedna ta' Saviour Balzan din il-ġimgħa se jkunu l-Ministru għall- Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia, id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi u l-Aġent Kummissarju tal- Pulizija Ray Zammit. Matul l-aħħar ġimgħat, il-Pulizija qed tinvestiga l-ammont kbir ta' serq li qed jiġi rrappurtat f 'ċertu lokalitajiet partikolarment Tas-Sliema. Is-sitwazzjoni hi waħda inkwetanti għar- residenti tant li saru anke laqgħat bejn il-Pulizija u l-Kunsill Lokali f 'Tas-Sliema f 'attentat sabiex jinqabdu l-ħallelin fejn qed jingħad li l-ħallelin jistgħu jkunu barranin ta' nazzjonalità Bulgara jew Rumena. Ingħad ukoll li dawn il- ħallelin, li huma professjonali, qed jużaw vann bi pjanċi ta' reġistrazzjoni barranin. Il-Pulizija qed tinvestiga wkoll rapporti ta' sinjali mal-intercom ta' bibien, li allegatament, qed jagħmluhom il-ħallelin bħala indikazzjoni qabel is-serq. Jirriżulta li s-serq mhux biss qed isir mid-djar imma wkoll mill-appartamenti li jinsabu f 'toroq prinċipali. Reporter għandu produzzjoni u preżentazzjoni minn Saviour Balzan mgħejun mill-ġurnalist Frederick Attard. Reporter jixxandar għada fid-8.45pm ĠIE mniedi proċess mill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia bl-għan li tiġi emendata l-liġi biex l-Akkademja tal-Pulizija ssir kulleġġ. L-għan ta' din il-bidla hu li t-taħriġ f 'dan il-kulleġġ ikun fuq livell professjonali b'lecturers li jkunu full-timers u mhux parti mill-Korp tal- Pulizija. Wara taħditiet li saru bejn il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, John Lewis li kien Kap Supretendent tal-Metropolitan Police ta' Londra u kien anke jaħdem fi Scotland Yard, Charles Caruana Carabez li hu espert fil-qasam edukattiv u t-tmexxija tal-Akkademja attwali tal-Pulizija, ittieħdet id-deċiżjoni li l-kulleġġ ikollu bord iffurmat minn Chairperson, Deputy Chairperson, il-Kummissarju tal-Pulizija kif ukoll żewġ esperti fil-qasam. Se jkun hemm uffiċjal ieħor separat li jkun inkarigat mil-loġistika. Il-Kulleġġ tal-Pulizija se jkollu baġit allokat għalih li hu separat mill-baġit li jkollu disponibbli l-Korp tal-Pulizija. B'mod statutorju se jiżdied it-taħriġ ma' kulleġġi u istituzzjonijiet internazzjonali bħalma huma s-Cepol, l-Interpol, il-Frontex u l-Eurojust. Il-Ministru Manuel Mallia qal li l-għan ta' dan it-tibdil hu li t-taħriġ f 'dan il-kulleġġ ikun wieħed ta' livell professjonali li jkun rikonoxxut ukoll bħala kwalifika fis-sistema edukattiva. Dan hu l-pjan tal- Gvern biex jagħmel riforma ħolistika fil-Korp tal-Pulizija. L-Akkademja tal- Pulizija ssir kulleġġ L-għan tal-kulleġġ hu li t-taħriġ ikun wieħed professjonali u li jitqies fis-sistema edukattiva COLLIS Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Valletta SAN Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, Marsa TALĦLAS Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Qormi RATIONAL Pharmacy, 74/75, Triq il-Wied, Birkirkara PHARMALAND Dispensers, 5, Tagliaferro Mansions,Triq il-Principessa Margerita, Ta' Xbiex KRYPTON Chemists, Triq Ibraġ, Ta' L-Ibraġ, Swieqi BROWN'S Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Sliema ST. Joseph Pharmacy, 164, Annibale Preca Street, Lija GROGNET Pharmacy, 41, Triq il-Kostituzzjoni, Mosta PARKES Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar DISTINCTION Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Paola KALKARA Pharmacy, No. 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Kalkara FELICE Dispensary, 95, Triq is-Santwarju, Żabbar GERADA Pharmacy, 46, Triq Mater Boni Consigli, Żejtun QRENDI Pharmacy, 6, Triq il-Kbira, Qrendi ST. Nicholas Pharmacy, 1, Triq il-Parroċċa, Siġġiewi MAKE Over Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, Mtarfa BATU Pharmacy, 38, Triq Palma, Victoria XAGĦRA Pharmacy, 157, Triq il-Knisja, Xagħra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 August 2014