Illum previous editions

illum 17 august 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/364853

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

0.90 17 ta' Awwissu 2014 • Nr 409 Tel: 2122 3999 NEWSPAPER POST Sistema fi nanzjarja li tinvolvi depożiti u tqassim ta' fl us fuq l-idejn IMMIGRANTI EKONOMIĊI U S-SISTEMA TAL-HAWALA JOHN PISANI jpisani@mediatoday.com.mt ĦAFNA huma dawk li ma jafux id-differenza bejn immigranti irregolari li jaħarbu minn pajjiżhom għal raġunijiet ta' persekuzzjoni u sigurtà f 'ħajjithom u dawk li jitilqu minn pajjiżhom għal raġunijiet ekonomiċi. Jista' jkun li dan in-nuqqas t'għarfien huwa attribwit għall- fatt li t-tnejn li huma jaslu Malta bl-istess mod iżda hemm differenzi kbar bejn min qed iħares għal ħajtu u min qed iħares lejn status finanzjarju aħjar. Il-gazzetta ILLUM tiżvela kif numru ta' immigranti ekonomiċi qed jaslu Malta bl-għajnuna ta' sistema 'bankarja' magħrufa bħala l-Hawala. Permezz ta' din is-sistema finanzjarja, li tinvolvi depożiti u tqassim ta' flus fuq l-idejn biex huma jkollhom fuq xiex iserrħu rashom la darba jaslu f 'pajjiż Ewropew. L-immigranti ekonomiċi wara l-ħidma b'paga miżera f 'pajjiżhom iġemmaw il- flus tagħhom u jpoġġuhom fis-sistema magħrufa bħala l-Hawala. Dawn il-flus però qatt ma jkunu f 'idejhom iżda f 'idejn persuna li tkun diġà daħlet f 'pajjiżna, magħrufa bħala l-Hawalan. Mal-wasla tagħhom f 'Malta, wara vjaġġ twil u riskjuż fuq il-baħar li għal uħud swielhom ħajjithom, il-Hawalan jipprovdilhom flus jew oġġetti materjali skont ħtiġijiethom. Din il-gazzetta tkellmet mal- Maġġur Alexander Dalli, li serva għal xi żmien mal-Frontex u llum irtirat mill-Armata, dwar kif immigranti jużaw is-sistema tal-Hawala. Dalli spjegalna kif il-Hawala jew Hawala Banking tintuża minn ħafna mill-immigranti biex jibagħtu flus lejn pajjiżhom biex jgħinu lill-qraba tagħhom iżda meta immigrant ikun irid jitlaq minn pajjiżu biex jidħol f 'pajjiż Ewropew u dan ma jkunx jista' jagħmlu b'mod legali, javviċina persuna magħrufa bħala Hawalan. L-immigrant u l-Hawalan ifasslu ftehim verbali bejniethom dwar kemm se jiddepożita flus fis-sistema sabiex meta l-immigrant jibda l-vjaġġ tiegħu hu jitlaq mingħajr flus fuqu. Ġeneralment dawk l-immigranti ekonomiċi li jiddepożitaw il-flus f 'pajjiżhom biex ma joħorġu xejn magħhom, ikunu persuni ta' ċertu edukazzjoni fosthom anke tobba, imma peress li l-pagi tagħhom huma baxxi xorta waħda jkunu jridu jaħarbu u jfittxu futur aħjar. Persuna li ħadmet fil-qrib ma' dawn il-professjonisti, stqarret ma' din il-gazzetta li pajjiżna tilef uħud minn dawn l-immigranti ekonomiċi fejn stajna nużaw il-ħiliet tagħhom. Ħafna minn dawn intgħażlu mill-Gvern Amerikan u llum qed jgħixu fl- Istati Uniti tal-Amerika fejn anke qed jipprattikaw il-professjoni medika. Ikompli f 'paġna 3 "Irrid PN imġedded" - Chris Said Qassis allegat li abbuża minorenni "BIEX erba' snin oħra nerġgħu nirbħu l-fiduċja tan-nies għandna bżonn inkomplu niġġeddu; fil-mod kif naħdmu, kif naħsbu u kif naġixxu" dan hu parti mill-messaġġ li s-Segretarju Ġenerali tal- Partit Nazzjonalista jisħaq fuqu f 'artiklu esklussiv għall-ILLUM. "Min jafni jgħid li m'għandix kwiet - veru, u lanqas wisq sabar meta naf li hemm bidliet importanti xi nkomplu nwettqu biex nerġgħu nqajmu l-PN fuq saqajh." QASSIS Għawdxi qiegħed jiġi investigat mill-Pulizija dwar allegat każ ta' abbuż fuq minorenni. Hu mifhum li dan il-qassis kien f 'kuntatt mal-Pulizija rigward dan il-każ li allegatament imur lura diversi xhur. Jidher li l-qassis aktarx li jitressaq il-Qorti mixli b'dawn l-akkużi matul il-ġimgħa d-dieħla jew fil-ġimgħat li ġejjin. Ara paġna 16

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 august 2014