Illum previous editions

illum 17 august 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/364853

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 17 ta' Awwissu 2014 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq L-OGĦLA: 31˚Ċ L-INQAS: 24˚Ċ TEMP: Ftit imsaħħab, lokalment ftit jew wisq imsaħħab għall-ewwel, li jsir sabiħ iktar tard mal-ġurnata VIŻIBILITÀ: Ġeneralment tajba RIĦ: L-aktar mill-Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5, li jsir lokalment forza 5 għal 6. BAĦAR: Ħafif li jsir lokalment moderat Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA: 30˚Ċ L-INQAS: 22˚Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Tramuntana għall-Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 għall-ewwel, li jdur lejn il-Lvant u jsir forza 2 għal 3 BAĦAR: Ħafif lokalment moderat għall- ewwel, li jsir ħafif għal moderat, u jsir ħafif mal-lejl SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 90 7 29 8 12 33 81 56 Żewġ suġġetti f 'Reporter t'għada DIN il-ġimgħa l-programm Reporter se jiddiskuti żewġ suġġetti differenti. Fl-ewwel parti t-tema tad-diskussjoni se titratta d-dipressjoni li tista' twassal għal suwiċidju filwaqt li fit-tieni parti s-suġġett magħżul hu dwar is-sitwazzjoni preżenti f 'Gaża. Il-mistiedna ta' Saviour Balzan fl-ewwel parti tal-programm se jkunu l-Psikjatra Dr Joe Cassar u l-Psikologa Mariella Dimech. Din il-ġimgħa smajna bl-aħbar tal-mewt tal-attur ċelebri Robin Williams, attur li kien magħruf u maħbub ma' dawk midħla tal-films fejn fost oħrajn interpreta diversi rwoli komiċi. L-aħbar li Williams neħħa ħajtu b'idejh ħasdet lil ħafna speċjalment minħabba li l-ammiraturi tiegħu dejjem qisuh bħala bniedem ferrieħi u ċajtier. Balzan jiddiskuti mal- mistiedna tiegħu x'inhu li jista' jwassal bniedem, ċelebri jew mhux, biex ineħħi ħajtu b'idejh? Fit-tieni parti tal-programm, id-diskussjoni se tiffoka fuq is-sitwazzjoni preżenti fil- medda ta' Gaża fejn bħalissa qed nassistu għal waqfien temporanju mill-ġlied wara ġimgħat ta' bumbardamenti bejn il-Palestinjani u l-Iżraeljani li ħallew mijiet ta' nies mejta, inkluż numru ta' tfal innoċenti. Balzan jitkellem ma' Sanaa El Nahhal, attivista Palestinjana li fl-2007 ingħatat rikonoxximent bħala Ambaxxatriċi għall-Paċi mill-Federazzjoni Universali għall-Paċi. Reporter għandu produzzjoni u preżentazzjoni minn Saviour Balzan mgħejun mill-ġurnalist Frederick Attard. JOHN PISANI jpisani@mediatoday.com.mt KIF diġà tħabbar uffiċjalment id-Dukessa ta' Cambridge Kate Middleton se tkun qed tagħmel żjara uffiċjali f 'Malta fl-20 u l-21 ta' Settembru li ġej. Sorsi qrib il-Korp tal- Pulizija qalu lil ILLUM li din iż-żjara se sservi wkoll ta' evalwazzjoni dwar is-sistema tas-sigurtà f 'Malta fid-dawl tal- laqgħa tal-Kapijiet tal- Gvern tal-Commonwealth magħrufa bħala CHOGM li se ssir hawn Malta s-sena d-dieħla. L-istess sorsi qalulna li jekk l-esperti barranin isibu li waqt iż-żjara ta' Kate Middleton is-sigurtà ma tkunx kif mixtieqa, dan jista' jħalli impatt fuq Malta. Il- laqgħa taċ-CHOGM xorta ssir, imma pajjiżna jkollu jidħol f 'aktar spejjeż biex itejjeb is-sigurtà. "Ovvja jekk ir-riżultat ikun negattiv allura dan se joħloq problemi internazzjonalment. Jaf ikollok ċerti kapijiet li jibqgħu lura milli jiġu u anke l-investiment jista' jkun affetwat", qalilna s-sors. Min-naħa l-oħra jekk is-sigurtà tgħaddi mill- għarbiel, allura mhux se jkollna problemi. Mindu tħabbret kemm iż-żjara ta' Kate Middleton kif ukoll il- laqgħa taċ-CHOGM, bdew minnufih il-preparamenti għas-sigurtà meħtieġa b'nies professjonali li qegħdin jagħtu pariri siewja. Kate Middleton se tiġi Malta għaċ-ċelebrazzjonijiet uffiċjali li jfakkru l-50 sena mill-Indipendenza. Hija se tiġi f 'pajjiżna waħedha u se tkun qed tirrappreżenta lir-Reġina Eliżabetta II. Din se tkun l-ewwel żjara mid-Dukessa waħedha barra mir-Renju Unit. Sadanittant il-laqgħa taċ- CHOGM f 'Malta se tkun it-tieni darba li pajjiżna se jospitaha. L-aħħar laqgħa f 'Malta saret fl-2005. Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan huwa pass ieħor importanti għal Malta li jikkonsolida r-rispett li tgawdi Malta fost il-membri tal-Commonwealth. Din l-okkażjoni tmur id f 'id ma' tħejjijiet li qegħdin isiru għal meta Malta jkollha mal-Presidenza tal- UE fl-2017 u l-V18. Id-deċiżjoni li ċ-CHOGM issir Malta ttieħdet wara li l-gżejjer tal-Mawrizju, li kienu maħsuba biex jospitaw din il-laqgħa, irtiraw. Iż-żjara tad-Dukessa Kate Middleton f 'Malta Se tkun evalwazzjoni tas-sigurtà f 'Malta VILHENA Pharmacy, 3, Triq Sant'Anna, Floriana NATIONAL Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, Ħamrun ST. George's Pharmacy, 21, Triq il- Kbira, Qormi THE Local Dispensary, Triq Kan. Karm Pirotta, Birkirkara REMEDIES Chemists, Marina Court, 49A, Triq l-Abate Rigord, Ta' Xbiex LOURDES Pharmacy, Triq in-Naxxar, San Ġwann DRUG Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd, 382, Triq Manwel Dimech, Sliema ST. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Attard NAXXAR Pharmacy, Vjal il-21 ta' Settembru, Naxxar ST. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba BROWN'S Pharmacy, 45, Paola Hill, Paola ALPHA Pharmacy, 'Maria Immaculata', Triq Cospicua C/W Vjal il-Kottoner, Fgura POLYMER Pharmacy, Triq ix-Xgħajra, Żabbar BETA Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Għaxaq KIRKOP Pharmacy, 9, Triq il-Parroċċa, Kirkop DE Rohan Pharmacy, 24, Triq Sant'Antnin, Żebbuġ SPIŻERIJA Carmen, 1, Misraħ Suffara Street, Dingli TAĊĊAWLA Pharmacy, Triq 7 ta' Ġunju 1919, Victoria GOZO Chemists, Mġarr Road, Xewkija Middleton se tkun Malta xahar ieħor Sanaa El Nahhal, attivista Palestinjana li se tkun fil-programm t'għada

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 august 2014