Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/364853
Il-Ħadd 17 ta' Awwissu 2014 | illum 3 F'RAPPORT li tħejja minn eks-fizzjal tal-Forzi Armati ta' Malta, juri li ħafna mill- immigranti ekonomiċi li jidħlu irregolarment fl-Ewropa, fosthom anke f 'Malta, ikunu qegħdin ifittxu ħajja aħjar milli kellhom f 'pajjiżhom mil-lat ekonomiku. Il-Maġġur Alexander Dalli, li serva għal xi żmien mal-Frontex u llum irtirat mill-Armata, kien ħejja rapport dettaljat kemm dwar il-kuntrabandu ta' persuni kif ukoll traffikar ta' persuni. Ir-rapport tal-Maġġur Dalli jidħol f 'diversi dettalji f 'oqsma differenti. Tkellimna miegħu dwar il-qasam finanzjarju ta' wħud mill-immigranti li jaħarbu minn pajjiżhom fejn kultant lanqas żarbun ma jkollhom meta jinżlu l-art. Bħala eżempju, Dalli qalilna li meta immigrant ekonomiku jitlaq minn pajjiżu dan jiddepożita somma ta' flus, liema ftehim isir biss verbalment u mingħajr ebda dokumenti imma b'sempliċiment kodiċi, jew kultant anke billi jingħata parti minn karta ta' flus, li jrid jgħaddi lil persuni fil-pajjiżi fejn se jmur. Il-probabbiltà hija, jispjega Dalli, li din is-sistema titħaddem ukoll hawn Malta fejn fost l-immigranti ekonomiċi hawn min huma Hawalani. Il-Hawalan jinforma lil kollegi tiegħu fil-pajjiżi minn fejn se jkun se jgħaddi "il-klijent" u x'inhu l-kodiċi li jkun ingħata. L-immigrant ikollu struzzjonijiet fejn għandu jmur biex ifittex Hawalan li min- naħa tiegħu jgħaddilu parti mill-flus li jkun iddepożita biex ikollu biex jgħaddi. Minflok flus "il-klijent" jista' jingħata servizzi jew akkomodazzjoni dejjem skont il-ftehim li jkun sar minn qabel. Is-sistema tibqa' taħdem f 'kull pajjiż li jidħol fih l-immigrant. Il-Maġġur Dalli qalilna wkoll li huwa persentaġġ żgħir ta' immigranti ekonomiċi li verament ikunu jridu jiġu Malta, iżda minkejja dan anke f 'pajjiżna jeżistu l-Hawalani. Il-kap, li jsibuh bħala "l-Prinċipal", ikun bniedem ta' livell ta' edukazzjoni li jkun ilu jgħix fil-pajjiż Ewropew għal diversi snin. B'hekk mhux biss ikun jaf sew il-pajjiż u n-nies, anke dawk influwenti, imma jkollu wkoll dokumenti li jkun jista' jsiefer. Il-Hawalan ifittex persuni oħrajn f 'pajjiżi differenti madwar l-Ewropa biex jirrappreżentawh. Ġeneralment dan ikun imdawwar minn persuni ta' fiduċja li anke jagħmluha ta' bodyguards. B'din is-sistema, il-flus li jkun iddepożita l-immigrant, fil-fatt qatt ma jgħaddu minn pajjiż għal ieħor imma jsir kollox b'fiduċja bejn Hawalan, jew rappreżentant, u ieħor. Jekk nieħdu eżempju ta' immigrant ekonomiku li jkun daħal Malta mingħajr flus imma b'xi tip ta' kodiċi jew xi forma oħra, kif jinħeles miċ-Ċentru ta' Detenzjoni jara kif jagħmel u jfittex il-kuntatt li jingħata f 'każ li minflok f 'pajjiż ieħor ikun spiċċa Malta. Ħafna drabi l-kuntatti jkunu jew jaħdmu minn xi ħanut żgħir jew sempliċiment minn post fil-qalba fejn ikun hemm l-immigranti. Il-Hawalan f 'Malta jkun jaf minn qabel il-kodiċi jew x'forma ta' prova se jingħata qabel ma dan joħroġ il-flus biex jgħaddihom lill-immigrant. B'hekk l-immigrant ikun jista' jibda ħajja ġdida bi flusu stess. Kummerċjanti tal-flus fis-Somalja Immigranti ekonomiċi jiddepożitaw flushom qabel jitilqu minn pajjiżhom Ikompli minn paġna 1 Kif taħdem is-sistema tal-Hawala Is-sistema tal-Hawala tintuża f 'numru ta' pajjiżi bid-differenza li dan is-servizz huwa orħos mir-rati ta' banek kummerċjali, aktar effiċjenti u mingħajr ebda burokrazija amministrattiva jew ħlas ta' taxxa. Fi kliem ieħor meta Hawalan A jingħata s-somma bħala depożitu fil-pajjiż oriġinali mill-immigrant, dan jinforma b'kollox lil Hawalan B, li bejniethom ikun hemm fiduċja kbira, biex kif l-immigrant imur għandu jgħaddilu l-flus. Dan jitħallas wara kemm b'oġġetti li jkollu bżonn jew xi servizzi oħrajn. Ikun hemm każijiet fejn isiru trasferimenti ta' flus imma mhux dejjem. Ingħata biċċa xogħol impossibbli ILMALTA Enterprise qalet fi stqarrija maħruġa lbieraħ li xtaqet tippreċiża rapporti li dehru dan l-aħħar f 'xi mezzi tax-xandir dwar il-promozzjoni ta' investiment dirett Ċiniż f 'Malta u insistiet li dawn kienu jikkonsistu f 'gideb u nofs veritajiet. L-aġenzija qalet li fl-2010, l-eks ċermen tagħha Alan Camilleri kien ingaġġa direttament u mingħajr sejħa pubblika lil persuna biex ikun responsabbli waħdu għall-promozzjoni ta' investiment fiċ-Ċina. Ir-rappreżentat Malti magħżul minn Camilleri kien Paul Cardona, li waqqaf il-kuntratt tiegħu sena qabel ma skada u għalkemm Malta Enterprise ma kinitx sodisfatta bix-xogħol li għamel, fil-verità tifhem li dan kien ingħata biċċa xogħol impossibbli filwaqt li tħalla mingħajr riżorsi u mingħajr definizzjoni ċara tal-għanijiet li ried jilħaq. B'hekk, iżżid tiċċara l-aġenzija, f 'Marzu tal- 2013 ma kien hemm l-ebda impjegat jew kuntrattur mal-Malta Enterprise li kien qed jiffoka fuq il- promozzjoni ta' investiment fiċ-Ċina. Prijorità lis-sigurtà tat-toroq residenzjali ISSEGRETARJU Parlamentari għall- Gvern Lokali, Dr Stefan Buontempo jappella lill- Kunsilli Lokali biex jagħtu prijorità lis-sigurtà tat-toroq residenzjali Tul dawn l-aħħar xhur saru diversi laqgħat fil-Kunsilli Lokali mis-Segretarju Parlamentari fejn tqajmet din il-ħtieġa. Għaldaqstant, qed tintbagħat komunikat lill- Kunsilli Lokali sabiex skont il-liġi tal-Kunsilli Lokali, is- sinjali u l-markings tat-toroq ikunu konformi ma' standards nazzjonali u internazzjonali. B'mod partikolari ġie enfasizzat li jinżebgħu s-sleeping policemen kollha tal-lokalità tagħhom sabiex dawn ikunu viżibbli għas- sewwieqa kif ukoll jipprovdu tabelli neċessarji bħala avviż lis-sewwieqa. Buontempo jappella għal infurzar tas-sigurtà fit-toroq

