Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/364853
Il-Ħadd 17 ta' Awwissu 2014 | illum 35 SPORTSillum popolari fuq il-mezzi tax-xandir u mal-poplu Malti, xorta waħda dan l-isport qiegħed jikber bil-mod il- mod. Meta kont ġejt involuta f 'dan l-isport, il-handball kien għadu fil- bidu tiegħu u għalhekk matul dawn is-snin rajt dan l-isport jimmatura. Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed nara li l-handball qed ikompli jevolvi tattikament. L-Assoċjazzjoni tal-Handball Malti (MHA) qed taħdem iktar biex kemm jista' jkun l-isport li tant inħobbu jkompli jikber, billi tinvesti aktar f 'taħriġ tal-handball minn età żgħira. Jekk il-klabbs jieħdu ħsieb irawmu t-tfal minn età iktar żgħira, u forsi anke fl-iskejjel jibqa' jkun introdott iktar, nistgħu naraw l-isport tagħna jkompli jikber. Mod ieħor kif nistgħu nkomplu nkabbru l-handball Malti huwa billi noħolqu iktar opportunitajiet għall- plejers Maltin biex jipparteċipaw f 'kompetizzjonijiet internazzjonali biex b'hekk noffru lil plejers tagħna iktar esperjenzi fejn l-aspirazzjonijiet tagħhom ikunu jistgħu jintlaħqu. X'parir tagħti lil plejers tal- handball li għadhom jibdew dan l-isport? Jiena nħeġġeġ liż-żgħażagħ biex jippruvaw dan l-isport tant sabiħ għax jekk jippruvawh żgur isir sport għal qalbhom daqs kemm hu għal qalbi. Għal dawk li diġà bdew jilagħbu dan l-isport, ngħidilhom biex qatt ma jaqtgħu qalbhom. Intoppi ssib dejjem fil-ħajja sportiva, bħal injuries, staġun ħażin u ħafna aktar, iżda huwa importanti li ma tħallix l-ostakli jwaqqfuk milli tirnexxi. Trid issib il-kuraġġ u d-determinazzjoni biex tegħleb il-problemi li jkollok tiffaċċja u tkompli timxi 'l quddiem. L-aħħar ħaġa, li naħseb hija vitali f 'kull sport, hi li jekk se tibda sport trid tkun lest tagħmel ħafna sagrifiċċji. Biex tilgħab handball tajjeb, fost fatturi oħra għandek bżonn, teknika bażika tajba kif ukoll saqajn b'saħħithom. Sabiex iġġib dawn trid tikkommetti ruħek għat-tim u importanti ħafna li tattendi għal kull sessjoni tat-taħriġ kif ukoll issib ċans biex tagħmel taħriġ individwali. Twieldet t-22 ta' Jannar 1988 f'Tal-Pietà Hija l-aqwa plejer Maltija tal-handball femminili u hija isem importanti x-xena tal- handball Malti Tilgħab ma' Aloysians Żmerċ Rebħet l-unur tal-aqwa plejer femminili l- handball għal 7 darbiet Rebħet it-titlu tal-aqwa skorer l-handball femminili wkoll għal 7 darbiet Brenda Mamo "Trid tikkommetti ruħek għat-tim u importanti ħafna li tattendi għal kull sessjoni tat-taħriġ kif ukoll issib ċans biex tagħmel taħriġ individwali" Ritratt: Ray Attard tal-handball femminili

