Illum previous editions

illum 17 august 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/364853

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Il-Ħadd 17 ta' Awwissu 2014 | illum 5 Tfulija instabbli ta' Robin Williams MINN DR. JOHN BORG, PSIKJATRA ISSUWIĊIDJU jista' jkun riżultat ta' ħafna kawżi. L-iżjed komuni hu mard mentali bħal pereżempju dipressjoni, bipolar disorder, skizofrenija, problemi ta' personalità u oħrajn. Abbuż minn sustanzi bħal alkoħol u droga jista' jkun kawża oħra ta' suwiċidju. Persuni b'vizzji bħal logħob ukoll għandhom rata ogħla ta' suwiċidju fil- popolazzjoni inġenerali. Naturalment meta s-suwiċidju jiġri f 'persuna famuża u ċelebri bħal l-attur Robin Williams, awtomatikament isir iżjed studju fil-fond u metikoluż x'seta' wassal għal dan. F'dan il-każ, hu magħruf li Robin Williams kien isofri minn dipressjoni tul ħajtu kollha. Kellu wkoll problema ta' dipendenza fuq ix-xorb u d-droga. Fil-fatt f 'ħajtu kellu jagħmel żewġ programmi ta' riabilitazzjoni. Jidher ukoll li kellu problemi fi tfulija; kien jibża' ħafna minn missieru u ommu kienet tħallih għal ħin twil waħdu billi kienet taħdem. Fil-fatt hu trabba mas-sefturi tal-familja, għaldaqstant probabbli li fis-snin formattivi tiegħu qatt ma kellu l-ingredjenti neċessarji għal formazzjoni tal-karattru. Dan minkejja li fl-iskola kien jispikka ħafna L-instabbiltà baqgħet tidher fil-ħajja tiegħu privata; fil-fatt iżżewweġ tliet darbiet. Hu xjentifikament magħruf minn ħafna studji li saru li dak li jiġri fis-snin bikrin ta' ħajjitna jaffetwa l-personalità tagħna meta nikbru, jiġifieri s-snin bikrin huma importanti ħafna. Sfortunatament jidher li dan ġara f 'dan il-każ. Is-suwiċidju tiegħu bit- tgħalliq huwa tipiku ta' suwiċidju fl-irġiel billi dawn ħafna drabi jużaw mezzi iżjed vjolenti minn dawk li jużaw in-nisa, eżempju tgħalliq jew użu ta' armi. Mentri n-nisa għandhom iżjed tendenza li jużaw metodi inqas vjolenti bħal overdoses ta' pilloli. Kulħadd jaf li l-partijiet li kien jaħdem dan l-attur kienu partijiet komiċi. Jista' jkun dan kien mod ta' kif hu kien jaħrab mir-realtà tal-ħajja: eskejpiżmu. Billi hu kien artist professjonali dan probabbli rrifletta fil-karriera tiegħu u bir-riżultat li hu sar sinonimu ma' films komiċi. Hu magħruf li l-attur fil-ħajja personali tiegħu kien iħoss ħafna għal nies żvantaġġjati u spiss kien jagħti għajnuna lil diversi kawżi umanitarji. Dan żgur kien aspett pożittiv fil- karattru tiegħu. Riflessjoni li għamilt jien hi li f 'dawn l-aħħar snin il- mezzi tax-xandir dejjem qed iżidu l-enfasi fuq il-vjolenza ta' madwarna. Nistaqsi: jista' jkun li fl-isfond tal-problemi personali tiegħu u dipressjoni severa li kien ibati biha, din id-doża ta' vjolenza dejjem tiżdied affetwatu u wasslitu biex jaqta' qalbu mid-dinja? Waqt li qed nikteb dan l-artiklu tħabbar li Williams kellu bidu tal-marda tal- Parkinsons Disease. Ta' min jgħid li l-mard fiżiku wkoll jista' jissuġġetta lil dak li jkun għal suwiċidju. Robin Williams f 'ħajtu kellu jagħmel żewġ programmi ta' riabilitazzjoni Eku tal-qtugħ tad-dawl ta' nhar it-Tlieta "L-MIA għandha tagħti kumpens lill-Air Malta" – ALPA FI stqarrija maħruġa mill-assoċjazzjoni tal- piloti Maltin, ALPA-Malta, l-ALPA qalet li l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta għandu jagħti kumpens għat-telf li sofrew il-linji tal- ajru, fosthom l-Air Malta. L-ALPA sejħet l-għeluq tal- ajruport minħabba l-qtugħ ta' dawl u l-impatt li dan kellu fuq xi titjiriet bħala "fjask". Kaġun tal-"fjask' erba' titjiriet tal-Air Malta lejn Malta kellhom jibdlu d-direzzjoni u jmorru Katanja u Palermo filwaqt li t-titjira minn Malta lejn Moska damet ħafna biex telqet. Titjira oħra minn Malta lejn San Pietruburgu kellu jinbidlilha l-ekwipaġġ billi d-dewmien għamilha impossibbli għall- ekwipaġġ oriġinali li jopera fil-parametri stabbiliti tal- ħinijiet fl-ajru. L-ALPA qalet li għalkemm tifhem li minn żmien għal żmien jista' jinqata' d-dawl, ajruport internazzjonali bħal dak ta' Malta għandu jkollu l-infrastruttura neċessarja biex jassigura servizz kontinwu, irrispettivament mill-provista tal-elettriku mill-impjanti nazzjonali. L-assoċjazzjoni żiedet li l-operat fl-ajruport kien fil- fatt wieqaf għal ħafna iktar mill-25 minuta li semmiet l-MIA, kif jixhed id-dewmien estensiv fit-titjiriet. Sostniet li l-MIA għandha tinvesti l-flus meħtieġa f 'tagħmir li jassigura servizz kontinwu. L-ALPA saħqet li nhar it-Tlieta l-MIA ma onoratx l-obbligi tagħha għax ma pprovdietx is-servizz meħtieġ minkejja l-qtugħ tad-dawl. Għalhekk hija għandha tkopri t-telf li sofrew il-linji tal-ajru, speċjalment l-Air Malta. Il-potenzjal tal- afforestazzjoni f 'pajjiżna ILMINISTRU Leo Brincat ħatar lill-Professur Louis F. Cassar biex iħejji qafas ta' abbozz ta' pjan nazzjonali dwar l-afforestazzjoni f 'Malta. Brincat qal li dan il-pjan irid jieħu inkonsiderazzjoni l-qagħda preżenti ta' fejn hemm konċentrazzjoni ta' siġar u l-isforzi li saru fir- rigward tal-afforestazzjoni f 'Malta u Għawdex. Irid jidentifika wkoll l-azzjoni li trid tittieħed fuq medda ta' żmien biex tħares u tħaddem is-siti preżenti, il-potenzjal ta' ħolqien ta' msaġar ġodda u l-immaniġġjar tal-postijiet ideali. Il-pjan għandu jiżgura li l-proposti jkunu jaqblu mal-istrateġija nazzjonali tal-bijodiversità, jikkontribwixxi għall- azzjoni nazzjonali dwar it- tibdil fil-klima u jipprovdi spazji ġodda għal postijiet rikreattivi informali li jwasslu biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-komunità. Is-Sur Brincat qal li l-Ministeru tiegħu se jeżamina r-rapport fuq livell konsultattiv u wara, l-proposti jgħaddihom għall-kunsiderazzjoni tal-Gvern. Ir-rapport tal- Professur Cassar mistenni jitlesta sal-ewwel nofs ta' Ottubru. YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 august 2014