Illum previous editions

illum 17 august 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/364853

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 17 ta' Awwissu 2014 | illum 11 saħħa, enerġija u eżerċizzju għal pjan li jibdew iżidu l-ikel b'mod gradwali. Taħt is-superviżjoni tan- nutrizzjonista l-pazjent jiekol dak li jkun provdut lilhom. Dan il-proċess hu wieħed li beda b'mod gradwali. Ħidma oħra qiegħda ssir fuq bażi out-patients, fejn pazjenti jsirulhom diversi appuntamenti ma' professjonisti differenti. Dar Kenn għal Saħħtek taħseb ukoll fil-familja tal-pazjenti tagħha. Toffri wkoll assistenza u għajnuna għal familja sabiex waqt li l-pazjent ikun rikoverat, il-familja jitgħallmu u jkunu gwidati sabiex it-terapija tkun waħda ta' suċċess. ILLUM tkellem ukoll ma' persuni li għamlu l-programm u staqsa lilhom stess xi frott raw minn din id-dar. Marina Gado tkellmet mal-ILLUM dwar il-programm li għamlet ta' għaxar ġimgħat. "Għamilt seba' ġimgħat immur kull filgħodu mis-7am sal-4pm, l-aħħar tliet ġimgħat kont ngħix hemm u norqod hemm matul il-ġimgħa u fi tmiem il-ġimgħa kont immur id-dar biex inqattgħu mal-familja." Kif saret taf b'dan il- programm? "Jien kont għadni ma smajtx bih, ċemplitli kuġinti u kienet hi li ħeġġitni u għamlitli l-kuraġġ biex nibda. Illum il-ġurnata ngħid li mnalla kienet hi għax tassew sodisfatta. "Dan il-programm jaħdem mija fil-mija, mhux biss fiżikament imma anke moralment. Qabel kont inbati minn problemi ta' zokkor u pressjoni, illum il- ġurnata kollox normali u kif suppost." Marina tiddeskrivi d-dar bħala tal-ġenn, "Hemm ambjent tal-ġenn, it- tagħmir, il-ħaddiema mill-aqwa. Jekk ikollok xi problema mill-ewwel iġibulek tabib u anke f 'każijiet fejn kien hemm bżonn ta' ambulanza dejjem għamlu mill-aħjar li jistgħu bl-aħjar mod possibbli." Il-ġurnata f 'din id- dar għal Marina kienet tibda b'kolazzjon filgħodu, imbagħad jibda immedjatament it-taħriġ u l-eżerċizzju. Kien ikollhom ukoll għadd ta' lekċers, tlieta b'kollox u l-ġurnata kienet tispiċċa fl-4pm. Meta kienet tgħix hemmhekk kienet tagħmel ħafna xogħol tal-idejn waranofsinhar u jmorru għal xi mixja filgħaxija. "Konna nagħmlu anke zumba, għax għandhom it-tagħmir kollu." Fuq xiex kienu jkunu l-lekċers? "Konna nitgħallmu ħafna fuq ix- xaħmijiet, il-karboidrati, kif inqassmu flusna u l-paga u nitgħallmu nixtru affarijiet li huma tajbin għal saħħitna." "Jien nissuġeriha lil kulħadd! Jien inqast ħafna bis-saħħa ta' dan il- programm. Mhux qed ngħid li se tkun faċli għax filli tkun tiekol il-junkfood imbagħad tibda titgħallem tiekol ikel tajjeb għal saħħtek. Illum il- ġurnata għandi stil ta' ħajja b'saħħtu u nħeġġeġ lil min qed jitħajjar biex ma jaqtax qalbu u jibda!" L-obeżità ma taffetwax biss lin-nisa, Chris Cutajar ukoll beda l-programm f 'Dar Kenn għal Saħħtek fis-26 ta' Ġunju li għadda u għadu kemm spiċċah ġimgħa ilu. F'kumment qasir li ta lill- gazzetta ILLUM Chris qal li minn dan il-programm tgħallem jiddixxiplina ruħu u llum il-ġurnata jista' jgħid li jinsab kuntent li daħal għal dan il-programm. "Inqast 28 kilo! Żidt fl- eżerċizzju u rċivejt gwida fuq kif u x'għandi niekol." Din hija inizjattiva li kienet tant meħtieġa f 'pajjiż li huwa dejjem mifni bil- problema tal-obeżità. L-istatistiċi Maltin dejjem jirnexxilhom jikklassifikaw fil-quċċata ta' listi Ewropej u anke dinjin fejn jidħol il-piż żejjed u l-obeżità. Wasal iż-żmien li issa, bla skużi ta' xejn, nistgħu niftħu għajnejna u naqbdu t-triq għal ħajja sana kemm fiżikament u anke moralment. Età Anoressja Bulimja Jieklu bla rażan 18-29 1.3% 0.6% 0.7% 30-44 1.1% 0.2% 1.9% F'MALTA Età Anoressja Bulimja Jieklu bla rażan 18-29 1.1% 0.9% 2.5% 30-44 0.6% 0.8% 1.1% FLEWROPA YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt Id-Dar Kenn għal Saħħtek fl-Imtarfa mixgħula bil-lejl Il-kurituri la darba ġew irrestawrati għal ftuħ ta' din id-dar Il-parteċipanti waqt ħin l-eżerċizzju Maria Gado, waħda mill-persuni li għamlet il-programm kif kienet qabel u kif ġiet wara

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 august 2014