Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/364853
10 illum | Il-Ħadd 17 ta' Awwissu 2014 Abbundanza ta' saħħa, F'MALTA hawn madwar 2,000 persuna li jbatu minn diżordni fl-attitudnijiet tal- ikel bħal m'huma l-bulimja u l-anoressja. Dan l-istudju ħareġ wara stħarriġ li sar mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika (NSO) u ġie analizzat minn Dr. Calleja, id-Direttur tal- Informazzjoni għas-Saħħa. Dawk li xi darba jew oħra għaddew minn battalja ta' eating disorder huma madwar 4,000. Meta dawn il-figuri ġew imqabbla ma' statistika ta' pajjiżi oħra fl-Ewropa kien innutat li ċ-ċifri kienu simili. Il-faxxa ta' nies li l-iktar isoffru minn dawn it-tipi ta' kundizzjonijiet huma ż-żgħażagħ bejn il-15 u d-19-il sena. Meta nħarsu lejn l-obeżità sfortunatament naraw kif pajjiżna jibqa' jirrenja fil-quċċata tal-lista meta mqabbla ma' pajjiżi oħra, b'hekk il-pass meħtieġ kien li jitwaqqaf post adattat għal persuni li jbatu minn problemi minħabba l-ikel. Dan l-istħarriġ wera fiċ-ċar il-bżonn ta' ċentru apposta u immedjatament bdiet tfittxija għal bini adattat li jkun separat mill-isptar. Intuża dak li qabel kien il-kwartieri tas-sorijiet fl- Imtarfa. Dan il-bini, mibni fl- 1924 kien jintuża mis- sorijiet bħala sptar militari tal-Ingliżi. Deher bħala l-post adattat u wara li ġie rrestawrat inħoloq ambjent ta' dar għar-residenti. Fl-istess waqt bdiet ukoll ħidma biex tiġi mwaqqfa fondazzjoni biex tmexxi din id-dar, isir ftehim bejn il-Ministeru tas-Saħħa u ċentri oħra fir-reġjun ta' Umbria li kienu l-ewwel ċentri mwaqqfa fl-Italja. L-għanijiet tal-fondazzjoni huma kemm li toffri kura ħolistika lil persuni li jsofru jew minn xi eating disorder jew obeżità u tippromwovi ħajja sana. Il-ġurnal ILLUM iltaqa' ma' Darleen Zerafa direttriċi ta' din id-dar fejn tkellmet dwar x'inhu l-frott li qed iħalli dan iċ-ċentru. "Dar Kenn għal Saħħtek huwa ċentru maqsum f 'żewġ partijiet - parti li tospita pazjenti bi problemi t'obeżità u parti li toffri kura lill- pazjenti li jsofru minn eating disorders. It-tim multidixxiplinarju hu magħmul minn diversi professjonisti, li flimkien ifasslu programm għal pazjent skont il-ħtiġijiet tiegħu." X'inhu x-xogħol li jsir f 'din id-dar, kif titratta l-persuni obeżi u anke lil dawk b'xi eating disorder bħall-anoressja u l-bulimja? Il-pazjenti obeżi jkollhom lezzjonijiet varji, kemm individwali kif ukoll fi gruppi. Dawn jitrattaw suġġetti kemm li għandhom x'jaqsmu mad-dietà tagħhom kif ukoll dwar il-ħajja tagħhom ta' kuljum. Il-programm jaħdem mhux biss fuq l-aspett nutrittiv iżda wkoll fuq l-aspett psikoloġiku, motivazzjonali, fuq l-istima tal-persuna u fuq attività fiżika. Il-qasam nutrittiv – "naraw li dawn il- pazjenti jkollhom sessjonijiet individwali mad-dieticians sabiex ifasslu d-dieta tagħhom u ma' nutrizzjonisti fejn flimkien jitgħallmu jixtru, isajru u jippreparaw ikel nutrittiv. Jitgħallmu wkoll kif għandhom iqassmu l-baġit tagħhom sabiex bil-flus li jkollhom, jitgħallmu jagħżlu l-aħjar ikel. Jitgħallmu jaqraw u jinterpretaw it-tabelli nutrittivi tal-prodotti, kif ukoll jitgħallmu jikkalkulaw il-porzjonijiet. Flimkien mal-fiżjoterapisti (li jkunu għamlu t-testijiet kollha neċessarji sabiex ifasslu proġramm ta' eżerċizzju li jkun wieħed individwali) jagħmlu eżerċizzju kuljum, u apparti mill-ġimm, ikollhom ukoll dak l-eżerċizzju li jistgħu jagħmlu d-dar. Huwa importanti li fil- proċess it-terapista dejjem jigwidawhom għall-ħajja indipendenti fis-soċjetà." Dawn il-pazjenti jingħataw għodda sabiex jitgħallmu jagħrfu kif għandhom jindirizzaw il-problema u jkunu assertivi f 'dak li jagħmlu. Dawk il-pazjenti li jsoffru minn eating disorders naraw li waqt il-programm il- pazjenti għandhom numru ta' sessjonijiet fejn jistgħu jesprimu l-emozzjonijiet tagħhom b'diversi modi, fosthom arti, letteratura u gruppi espressivi. Il-pjan tal-ikel ikun diskuss flimkien mad-dietician tagħhom u flimkien jaslu Fil-11 t'Awwissu 2014, l-Awtorità Mal ja għas-Servizzi Finanzjarji, iddeterminat li f'dan il-mument, Maltese Cross Financial Services Limited, għal raġunijiet li huma dire ament relata maċ-ċirkonstanzi finanzjarji tagħha, ma stax taqdi l- obbligi tagħha li jirriżultaw minn talbiet magħmulin mill-inves turi. B'riżultat ta' din id- determinazzjoni, l-Iskema ta' Kumpens lill-Inves turi hija mitluba pprovdi għall-ħlas ta' kumpens fir- rigward ta' talbiet li jirriżultaw mill- inabilità ta' Maltese Cross Financial Services Limited sabiex: (a) Tħallas lura flus dovu lil, jew li jkunu ta' inves turi u miżmumin f'isimhom f'konnessjoni ma' negozju liċenzjat; jew (b) Trodd lura lill-inves turi strumen li huma proprjetá tagħhom u miżmumin, amministra jew immaniġja f'isimhom f'konnessjoni ma' negozju liċenzjat jew, meta dan mhux possibli, l-ekwivalen tagħhom fi flus jew valur. Ir-Regolamen għall-Iskema ta' Kumpens lill-Inves turi jidderterminaw il-kundizzjonijiet għall-eliġibiltà għal dan il-kumpens. L-ammont massimu ta' kumpens li jista' jitħallas mill-Iskema huwa ta' €20,000, jew 90% tat-talbiet eliġibbli tal-inves tur, liema minnhom ikun l- inqas. Meta jsir ħlas ta' kumpens, l- Iskema tkun surrogata fid-dri jiet ta' dak li għamel it-talba kontra Maltese Cross Financial Services Limited. Dawk eliġibbli għall-kumpens huma mitluba jimlew formola ta' applikazzjoni sabiex ikunu jistgħu jressqu t-talba tagħhom. Kopja ta' din il-formola (kemm bil-Mal kif ukoll bl-Ingliż) sta' nkiseb minn fuq is-sit ele roniku www.compensa onschemes.org.mt. Il-formola sta' wkoll nkiseb mill- uffiċċji tal-Awtorità Mal ja għas- Servizzi Finanzjarji. Inves turi għandhom ifi xu għajnuna legali biex jiddeterminaw jekk għandhomx jaċċe aw il- kumpens mill-Iskema kif ukoll sabiex jikkunsidraw jekk għandhomx rimedji oħra bil-liġi. L-Iskema ta' Kumpens lill-Inves turi hija stabbilita bil-liġi (Avviż Legali 368 tal-2003) u hija bbażata fuq id-Dire va Ewropeja 97/9 dwar skemi ta' kumpens lill- inves tur. Avviż importan mill Avviż importan mill - -Iskema Iskema ta' Kumpens lill ta' Kumpens lill - -Inves turi Inves turi Aktar informazzjoni sta' nkiseb kif ġej: Sit ele roniku: www.compensa onschemes.org.mt Bl-e-mail: info@compensa onschemes.org.mt Freephone: 8007 4924 (ġranet tax-xogħol, mit-8am sal-5pm ) S���� ��' K������ ���� S���� ��' K������ ���� - -I���������� I���������� �/� A������� M������ ���� �/� A������� M������ ���� - -S������� F����������, T��� N�������, A����� S������� F����������, T��� N�������, A����� Maltese Cross Financial Services Limited Jean Pierre Cassar jpcassar@mediatoday.com.mt "Inqast 28 kilo!" "Dan il- programm jaħdem mhux biss fiżikament imma anke moralment"

