Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/364853
Il-Ħadd 17 ta' Awwissu 2014 | illum 9 Carmela Borg fl-Imġarr fl-1992 noti f 'basket mal-kadavru hemm min anke nżamm fil- Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija matul il-lejl. Din hija proċedura normali li l-Pulizija l-ewwel ma jinterrogaw huma nies li jkunu qrib ħafna tal-vittma. Minkejja li Carmela kellha d-dar tagħha u kulma kien hemm fiha kien legalment tagħha, il-mara riedet tbiegħ kollox l-aktar wara li kienet spiċċat waħedha meta romlot. Carmela kienet għamlet perjodu toqgħod ma' bintha f 'Ħaż-Żabbar, iżda wara rritornat lejn l-Imġarr fejn kien hawn li wriet l-intenzjoni li riedet tbiegħ id-dar u l-għamara. X'aktarx li l-anzjana riedet tinġabar x'imkien basta jkollha l-privatezza tagħha. Huwa mifhum li l-anzjana sabet oġġezzjoni minn uħud minn uliedha. Carmela Borg kienet ħajjata prima Meta kont tkellimt ma' Elia u staqsejtu dwar ommu, kien qalli li kienet ilha armla madwar tliet snin qabel inqatlet. Huwa qalli li kienet ħajjata prima u kienet magħrufa sew għall-ilbiesi tat- tiġijiet kif ukoll okkażjonijiet oħra. Ftit wara li romlot, uliedha kienu jmorru jorqdu magħha, iżda dawn ma damux għax kif għidt diġà, l-anzjana riedet toqgħod waħedha. Kienet mara li tafda lil kulħadd tant li darba minnhom anke raqdet għandha koppja turisti li kienu qalulha li ma kellhomx fejn jorqdu u għalhekk żammithom għal-lejl. Ma kinitx tħabbel rasha li taqbad u tiftaħ mingħajr ma tara min kien hemm wara l-bieb. Kienet ukoll mara tal-karità tant li kienet tuża l-kapacità tagħha fil-ħjata billi kienet tħit purtieri u oġġetti oħrajn għad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi. Carmela Borg kienet mara qrib l-ambjent, kienet ukoll temmen fil-kura naturali u barra li kienet tużaha, kienet ukoll tirrakomanda weraq ta' pjanti għall-irjiħat. Elia kien qalli li kien hemm wieħed mill-Awstralja li kull darba li jiġi għal btala f 'Malta kien imur għandha biex tagħtih weraq għall-kontra l-ġebla fil-kliewi u dan kien jieħu miegħu kwantità mhux ħażin. Carmela ma kienet taqta' qalbha minn xejn, saħansitra fi xjuħitha anke siefret kemm-il darba fosthom marret Iżrael, Lourdes u Fatima. Kienet tmur kullimkien waħedha b'tal-linja u mill-Imġarr kienet spiss tmur għand bintha li toqgħod Ħaż- Żabbar. Carmela kienet ukoll tan- negozju Skont Elia, ommu kienet tħobb tinnegozja. Skont hu, ftit tal-ġimgħat qabel id-delitt, Carmela kienet qiegħda tinnegozja biex tixtri proprjetà fil-Mosta bil-bejjiegħ li ried flus kontanti. Għaldaqstant l-anzjana kienet marret fil- fergħa tal-Bank of Valletta tal- Mosta minn fejn ġibdet somma flus biex tgħaddiha lis-sensara. Dan in-negozju, iżda, jidher li qatt ma mmaterjalizza. Elia rrakkontali fatt kurjuż. Carmela kellha kont f 'bank magħruf bħala bearer's account li kien kont b'numru biss u mhux bl-isem ta' min hu. Madwar ġimagħtejn wara l-mewt tal- anzjana, kien hemm persuna li marret fil-fergħa tal-istess bank li għandhom fil-Mellieħa u pprovat tiġbed xi flus mill-kont tal-anzjana. Peress li wlied l-anzjana kienu għalqu dan il-kont bħala proċedura legali, kien qam suspett fl-impjegat tal-bank tant li anke kien interrogat mill-Pulizija. Mhux magħruf x'irriżulta minn din l-interrogazzjoni. Il-Pulizija kienu impenjati bi qtil ieħor Madwar għaxar snin ilu kont tkellimt ma' diversi sorsi qrib il- Korp tal-Pulizija dwar il-qtil ta' Carmela Borg. Uffiċjal li tkellem miegħi bil-kundizzjoni tal- anonimità, kien qalli li l-agħar reat huwa dak ta' qtil. Iżda meta nstabet maqtula Carmela, sfortunatament id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali kienu impenjati bi qtil ieħor li kien seħħ tlett ijiem qabel, dak ta' Victor Gauci fil-Mosta li wkoll għadu mhux solvut. L-istess sors kien stqarr li jkun hemm każijiet li l-Pulizija titfa' aktar piż fuqhom minn oħrajn minħabba diversi ċirkostanzi. Jidher li hekk kien ġara aktar minn 22 sena ilu meta l-Pulizija ta' dak iż-żmien kienu tefgħu aktar piż fl-investigazzjonijiet tagħhom fuq il-każ ta' Victor Gauci fil-Mosta milli fuq dak tal-anzjana. "Barra li kellhom ir-raġunijiet tagħhom, trid taħdem bin- numru ta' nies li jkollok," kien saħaq dan is-sors. Dakinhar il-Pulizija tad-DIK kienu għadhom imħawdin bil-qtil mingħajr ebda mottiv ta' xejn ta' Victor Gauci li kien ingħata ħafna aktar importanza peress li f 'dan l-omiċidju kienet intużat arma tan-nar qalb l-abitat u l-investigaturi kienu ċerti li l-mottiv ma kienx serq. Xi ħadd ried lil Gauci mejjet u għalhekk kien qtil premedidat. Min-naħa l-oħra, Carmela Borg kienet anzjana, tgħix waħedha u forsi min wettaq id-delitt għamel hekk wara sempliċiment serqa u għaldaqstant ir-riżorsi tal- Pulizija aktar intefgħu fuq il-każ ta' Gauci milli fuq dak ta' Borg. Ma kienu jgħidulhom xejn Elia Borg, iben il-vittma, kien qalli li l-Pulizija ma kienu jgħidulhom xejn. Huwa kien spiss imur il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana biex jara jekk kienx hemm xi żviluppi, iżda uffiċjalment kull ma kienu jgħidulu kien li għadhom qegħdin jinvestigaw. Hu kien stqarr miegħi li l-każ t'ommu m'għadux jiġi investigat u jemmen li ntesa għal kollox. Il-familja Borg kienet tikkonsisti f 'Sam (li joqgħod l-Ingilterra), Maria, Vince, Rose, Kalċidon, Tereża, Joe, Doris, Elia, John, Raymond, Emily (li toqgħod il-Kanada) u Nathalie. L-aħwa kienu minn dejjem jgħidu li lesti jaħfru imma għadhom jistennew li ssir ġustizzja ma' min wettaq il-qtil brutali t'ommhom. "Għal xi żmien kien hemm xi nies li qajmu xnigħat koroh, iżda dawn għaddew. Ikun ferm aħjar u ta' ġid jekk flok xnigħat toħroġ il-verità u l-qattiela ta' mara anzjana, omm ta' 13-il wild u li qatt ma għamlet deni lil ħadd, jinġieb jew jinġiebu quddiem il-ġustizzja", kien appella Elia, f 'isem ħutu kollha. Appell Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in- numri 119 jew 21224001. Il-vittma Carmela Borg, li rasha sabuha f 'basket tal-plastik marbut m'għonqha bit-tape Triq Sir Harry Luke, Imġarr - l-inħawi fejn seħħ il-qtil tal-anzjana Meta l-kadavru tal- anzjana ttella' mill- bir, il-Pulizija kienu sabu li kellha basket, jew aħjar handbag li kien għadu mdendel magħha

