Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/364853
8 illum | Il-Ħadd 17 ta' Awwissu 2014 It-tieni parti - Il-qtil ta' Carmela Jinstabu noti FLEWWEL parti dwar il-qtil brutali ta' Carmela Borg ta' 74 sena mill-Imġarr, Malta li l-kadavru tagħha kien instab nhar is-Sibt, 18 ta' Jannar 1992 f 'bir wara r-residenza tagħha fi Triq Sir Harry Luke fl-Imġarr stess. Fil-ħarġa tal-Ħadd li għadda rajna li l-kadavru tal-anzjana nstab minn wieħed minn uliedha, Elia Borg, wara rapport li sar mal-Pulizija. Għalkemm l-ewwel suspetti kien li Carmela nqatlet wara li sfat vittma ta' ħallelin, sal-lum l-investigaturi ma jeskludux li l-mottiv seta' kien ieħor u lanqas li seta' kien hemm nies qrib ħafna tal-anzjana li allegatament setgħu kienu involuti. Jittella' l-kadavru mill-bir Kif instab il-kadavru tal- anzjana, fi ftit minuti Elia għamel kuntatt ma' ħutu l-oħrajn u aktar tard ma' żewġ ħutu li kienu jgħixu barra minn Malta. Fil-bir tniżżel ħabel biex ikun jista' jittella' l-kadavru, iżda kien diffiċli minħabba li kien diġà beda jintefaħ u għalhekk il-parti ta' fuq tal-ħerża tal-bir kellha tinqala'. Kienet xena makabra. Il- kadavru tpoġġa f 'passaġġ li hemm fil-ġnien. Il-Pulizija sabu r-ras ta' Carmela kienet f 'basket tal-plastik marbut m'għonqha b'tape, x'aktarx dak magħruf bħala electricians' tape, li kien imdawwar diversi drabi. Elia jiftakar sew li ommu kellha wkoll idejha t-tnejn marbutin ma' saqajha qrib l-irkobba bil-ħabel tan-'nylon' tal-inxir ta' kulur blu. Il-ħabel kien marbut ma' briksa tad-disa' pulzieri. X'aktarx li Carmela Borg kienet ilha mejta bejn jumejn u tlett ijiem. Mill-awtopsja, li kienet ordnata mill-Maġistrat Inkwerenti Dr Silvio Meli, illum imħallef, irriżulta li l-kawża tal-mewt kienet ikkawżata minn qtugħ ta' nifs. Dan seta' ġara jew għax fgat bil-borża jew minħabba li rasha kienet instabet taħt l-ilma fil-bir, għalkemm aktar kienet tagħmel sens li mietet fgata milli mgħarrqa. Noti f 'basket mal-kadavru Minn aktar stħarriġ li komplejt nagħmel fil-jiem li għaddew, sibt li meta l-kadavru tal-anzjana ttella' mill-bir, il-Pulizija kienu sabu li kellha basket, jew aħjar handbag, li kien għadu mdendel magħha. Dan jista' jindika li Carmela ma kinitx fid-dar jew kienet ħierġa mid-dar meta nħatfet għax ma jagħmilx sens li mara li tkun fir-residenza tagħha ġġorr il-handbag fuqha u jekk daħlu biex jisirquha, jekk kienu ħallelin, allura kienu jaraw x'kellha fih. Meta l-Pulizija għamlu tfittxija fil-handbag sabu diversi noti. Minn aktar stħarriġ irriżultali li dawn in-noti kienu qishom djarju li kienet iżżomm l-anzjana. Persuni li kienu jafu sew lil Carmela qaluli li l-mara kienet tieħu noti ta' xi jkun qed jiġri madwarha, nies li tinnota li jgħaddu minn quddiem id-dar tagħha u anke noti oħrajn dwar dak li tkun rat minn wara l-bieb jew tieqa. L-istess sorsi qaluli wkoll li Carmela kienet mara intelliġenti u kienet tikteb ittri lill-qraba tagħha dwar xi problemi li kien ikollha, anke problemi ma' wliedha u kienet ukoll tibgħat tgħid lill-persuni oħrajn fil- familja dwar minn xiex kienet għaddejja. Uħud minn dawn kienu fil- handbag li nstab mal-kadavru. Ma nstab xejn fil-bir Fid-delitt tal-anzjana, il- Pulizija litteralment la kellhom u lanqas għandhom xi tagħrif li jista' jwassalhom biex jakkużaw lil xi ħadd, għalkemm l-istħarriġ xorta jibqa' għaddej l-aktar jekk il-Pulizija taslilha informazzjoni ġdida. Xi jiem wara li nstab il- kadavru ta' Carmela, kien tniżżel fil-bir bugħaddas tal-Special Assignment Group (SAG), skwadra tal-Pulizija li m'għadhiex teżisti. Kien il- Kuntistabbli John Micallef, li rtira mill-Korp tal-Pulizija bħala Surġent Maġġur, li niżel fil-bir fejn għamel tfittxija intensiva u anke kien intuża metal detector. L-għan kien biex forsi tinstab xi ħaġa u l-investigaturi jkollhom xi ħjiel. Iżda din it-tfittxija ma ħalliet ebda riżultati pożittivi. Ulied il-mara jgħinu fl- investigazzjoni Il-Pulizija kienu interrogaw diversi persuni fosthom anke wħud minn uliedha tant li kien Qasam lembuba fuq raġel minħabba tfajla L-omm prostituta u bintha stuprata Koppja arrestata għax mexxew burdell Mill-Qorti GERALD Callus, ta' 32 sena, minn Bormla, tressaq il- Qorti mixli li kkawża ġrieħi gravi fuq raġel ieħor, wara li allegatament aggredieh u sawtu b'daqqiet ta' lembuba. Il-prosekuzzjoni mmexxija minn Spettur Robert Said Sarreo spjega lil Qorti kif nhar it-Tnejn li għadda, l-akkużat daħal fis-Summer Bar f 'Marsaskala f 'xi ħin bejn id- 9am u s-7.30pm. Hemmhekk, inqala argument bejn Callus u ċertu Mario Barbara, u Callus sawwat lil Barbara permezz ta' lembuba u hedded klijenta li kien hemm fil-bar li "hi kien imiss." Il-Qorti semgħet kif l-argument inqala' minħabba t-tfajla ta' Gerald Callus. L-Avukat Michael Sciriha, li deher għal Callus, qal li l-akkużat kellu relazzjoni ma' tfajla u li minn din ir-relazzjoni kellu tarbija u kien miexi kollox sew. Madankollu, daħal fin-nofs Mario Barbara, u ħarbat ir- relazzjoni. Il-Qorti semgħet ukoll li l-vittma kien f 'relazzjoni mal- kuġina ta' Callus, u li skont l-akkużat, kuġintu "batiet ħafna taħt idejn Callus." Callus tenna li kien qed jibża' li ibnu se jiġrilu l-istess, u għalhekk qal li dik l-ansjetà u l-biża' kollha waslitu sabiex jagħmel dak li għamel. Callus ċaħad li hedded u weġġa' serjament lil Barbara, li kiser il-buon ordni, u li hedded klijenta fil-bar. Callus ingħata l-ħelsien mill-arrest b'garanzija personali ta' €5,000. EMANUEL Schembri, ta' 49 sena mill-Belt, inżamm taħt arrest preventiv wara li ġie mixli li fl-2009, fil-Belt, ikkometta stupru fuq tifla ta' tmien snin. L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkuża u ċaħad ukoll li kkorrompa lit-tifla, li pparteċipa f 'attivitajiet sesswali u li kiser il-pudur tagħha b'atti vjolenti indiċenti. Il-Qorti semgħet kif dak iż-żmien, Schembri kien joħroġ ma' omm it-tifla – li dak iż-żmien kienet prostituta. L-allegat stupru seħħ meta t-tifla kienet taħt il-kustodja tal-akkużat waqt li l-omm kienet qed tipprostitwixxi ruħha. Il-prosekuzzjoni mmexxija minn Spettur Sylvana Briffa qalet li fl-2009 l-akkużat u omm il-vittma kienu ġirien, u li llum il-ġurnata t-tifla qiegħda taħt care order. Schembri għandu żewġ każijiet oħrajn pendenti dwar abbuż sesswali u li wkoll fihom huma involuti minorenni. L-Avukat tal-Għajnuna Legali Yana Micallef Stafrace għamlet talba għal-libertà proviżorja u li jkun hemm divjett fuq l-isem minħabba li wieħed jista' jagħmel konnessjoni u jasal għall- persuna minorenni. Min-naħa l-oħra, il- Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Sylvana Briffa opponiet għad-divjett u qalet li r-relazzjoni bejn l-imputat u omm il-vittma ntemmet snin ilu. L-Ispettur qalet ukoll li l-akkużat m'għandux jingħata ħelsien mill-arrest għax din ma kinitx l-ewwel darba li ġie akkużat b'dan it-tip ta' reat. Il-Maġistrat Anthony Vella laqa' t-talba tal-prosekuzzjoni u ċaħad it-talba għad-divjett fuq l-isem, u ċaħad ukoll it- talba għall-ħelsien mill-arrest. L-imputat qiegħed jinżamm taħt arrest preventiv. THERESA Cutajar ta' 60 sena u r-raġel tagħha Elmleti Mohamed Saad ta' 25 sena minn Tripli ġew miżmuma taħt arrest preventiv wara li wieġbu mhux ħatja li mexxew burdell fi Triq Testaferrata f 'Ta' Xbiex. Cutajar waqt is-seduta qalet li bħalissa qed tieħu ħsieb tifel ta' 12-il sena li hi adottat wara li sabitu meta kellu biss xahar abbandunat fi Triq Testaferrata. Il-koppja ċaħdu li għexu mill-qliegħ tal-prostituzzjoni u li tlajjaw għal skop ta' prostituzzjoni. Fil-Qorti, l-Ispettur Jason Francis Sultana qal li l-Pulizija rċeviet rapport mingħand sid il-propjetà li l-persuni li qed jikru l-post tiegħu (l-akkużati) spiċċaw biex jużawh bħala burdell. L-Ispettur qal li din l-allegazzjoni kienet ikkonfermata minn ċerta Spiridiona Cutajar, mara tad-dar ta' 47 sena minn Ħal Safi li l-ġimgħa l-oħra ammettiet fil-Qorti li kienet qed tmexxi burdell u anke tħaddem in-nisa għal skop ta' prostituzzjoni fi Triq Testaferrata. Intant, żewġ prostituti qalu li kienu jaħdmu hemm ukoll. L-Ispettur qal ukoll li wara li l-Pulizija rċeviet ir-rapporti, saret tfittxija fid-dar tal-akkużati. Ġewwa nstab basket iswed u li fih kien hemm numru kbir ta' kondoms, baby wipes u ħwejjeġ tan-nisa. Fil-Qorti, l-Avukat Jason Azzopardi, li deher għall- akkużati, ma qabilx li l-klijenti tiegħu ġew arrestati – li matul is-seduta dehru jżommu jdejn xulxin, filwaqt li Theresa Cutajar bdiet tibki. L-Avukat tenna wkoll li m'hemm l-ebda biża' li Saad kien se jaħrab minn Malta għax ħajtu kienet hawn. L-Avukat Azzopardi qal ukoll li raġel magħruf sew mal-Pulizija u li hu involut fit-tmexxija ta' ħafna briedel hedded lill- akkużati u dan ukoll għandu taħdem miegħu prostituta li mistennija tixhed kontrihom. Fis-sottomissjonijiet għall- ħelsien mill-arrest, id-difiża spjegat li Theresa Cutajar għandha problemi ta' saħħa u li bħalissa qed tieħu ħsieb tifel ta' 12-il sena. Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat u qalet li r-reat huwa serju u li minħabba li għad baqa' numru ta' xhieda pajżana fil-każ, mhux ġustifikabbli li l-akkużati jingħataw il-libertà proviżorja minħabba li jista' jkun hemm xi intraċċ fil- provi tax-xhieda. Il-Qorti ppreseduta mill- Maġistrat Marseann Farrugia laqgħet l-oġġezzjoni tal- prosekuzzjoni u ordnat sabiex l-akkużati jinżammu taħt arrest. Intant fi tmiem is-seduta, Theresa Cutajar infaqgħet tibki wara li rrealizzat li kienet sejra l-ħabs. John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt

