Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/373144
Il-Ħadd 31 ta' Awwissu 2014 | illum 19 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Imejl: illum@mediatoday.com.mt F 'din in-naqra gżira m'għandniex triq tan- nofs. Jew kollox mhu xejn, inkella kull qatra nagħmluha qartalla. Ninsabu fi żmien meta jekk tara tfajjel jew tfajla taħt l-età qed tegħreq ara ma tissugrax tmur ittellagħha mill-baħar għax tista' tiġi akkużat li missejt xi parti privata tiegħu jew tagħha waqt li qed toħroġha mill-ilma. Jekk għalliem jgħannaq miegħu xi student minn tiegħu qed jissogra li jittella' l-qorti akkużat b'pedofelija u ismu jitvenven mal-erbat irjieħ tad-dinja. Ninsabu fi żmien li jekk inti mara u żewġek abbuża minnek inkella bidlek ma' mara oħra, faċli tpattihielu billi ġġiegħel lil bintek tgħid li missierha abbuża minnha sesswalment. U l-imsejken missier jispiċċa l-ħabs sa ma din l-imbierka tifla tiddeċiedi li wara diversi snin tgħid il-verità akkumpanjata minn sempliċi 'sorry'. Ninsabu fi żmien fejn adulti li jmexxu l-iscouts, membri tas-soċjetà tal-MUSEUM, għalliema, membri tal-kleru li minn dejjem ħadu ħsieb uliedna biex jedukawhom u joħorġuhom jiddevertu flimkien, ikollhom jieqfu jagħmlu dan għax qed jissugraw li jiġu akkużati bit- tbagħbis tal-minorenni. Wasalna fi żmien meta l-missier ma jistax jgħajjat ma' bintu jew ibnu għax dan jhedded lil missieru li se jċempel in-numru 179 u missieru jiġi arrestat u ismu mċappas ma' kull forma ta' mezzi tax-xandir Maltin u forsi jkollu jirriżenja wkoll minn xi pożizzjoni għolja li jkun jokkupa. Wasalna fi żmien fejn in-nanniet li tant huma magħrufin li jħobbu n-neputijiet u jieħdu ħsiebhom waqt li l-ġenituri tagħhom imorru jaqilgħu l-ħobża ta' kuljum, qed jissugraw li jekk jgħollu lit-tfal, ibusuhom jew jeħduhom it- toilet jew anke jnaddfuhom jekk jagħmlu taħthom, li jiġu akkużati bi tbagħbis tan-neputijiet. Wasalna fi żmien fejn għalliem tal-pjanu gay fl-Ingilterra talab li t-tfal ikunu akkumpanjati mill- ġenituri speċjalment jekk iridu jmorru t-toilet biex ma jiġix akkużat b'xi tip ta' pedofelija għax inzerta għandu tendenzi 'gay'. Wasalna fi żmien fejn persuni ġew mitfugħa l-ħabs fl- Ingilterra wara li nstabu ħatja li ssodomizzaw xi tfal. Il-warrani ta' dawn it-tfal ġew ittestjati pożittiv li kien penetrat. Wara li l-imsejkna spiċċaw il-ħabs, tinfetaħ inkjesta u jsibu li l-warrani tat-tfal wera li ġie ippenetrat bl-istess strumenti li ntużaw biex saru l-istess testijiet. Wasalna fi żmien li jekk tkun barranija u tmur tiżfen bil-bikini waqt marċ tal-festa torqod lejl fiċ-ċella u tittella' l-qorti, iżda l-mijiet ta' kull ġimgħa b'xorts li bilkemm jgħattilhom ix-xagħar pubiku, irġiel b'żaqqhom barra mimlija għaraq u minorenni f'sakra ma jarawx art waqt il-marċ tal-patrun/a tar-raħal nitpaxxew bihom u nitfgħuhom fuq il- Facebook biex niftaħru x'marċi brijużi għandna. Wasalna fi żmien li jekk insalvaw lill-Afrikani u nġibuhom Malta nkunu qed neqirdu l-kultura Maltija. Iżda li nħaddmuhom billi jiġbru ż-żibel, jaqtgħu t-tadam u l-għeneb u jġorru l-ġebel fis-sħana bi ftit flus, isiru bżonjużi għal Malta. Wasalna fi żmien fejn tlifna kull sens komun. Wasalna fi żmien fejn tlifna l-boxxla tal-bilanċ. Wasalna fi żmien fejn tgħanniqa, bewsa u għafsa ħelwa ta' inkorraġiment min-nies li jieħdu ħsieb uliedna tista' twassal biex teqred lil dawn it-talin. Wasalna fi żmien fejn mhux se nsibu aktar nies jieħdu ħsieb l-edukazzjoni u t-trobbija ta' wliedna, fejn l-ulied minorenni jadattaw huma l-ħajja li jridu. Tgħid wasalna fi żmien fejn l-adult għandu bżonn li jkollu numru fejn iċempel meta jiġi abbużat mit-tfal taħt l-età? Tgħid vera tlifna kull sens komun? Tlifna kull sens komun

