Illum previous editions

illum 31 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/373144

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

Il-Ħadd 31 ta' Awwissu 2014 | illum 3 L-allegat każ ta' abbuż fuq tifel t'10 snin . . . "Wasalna fi stat li nibżgħu nagħtu tgħanniqa ġenwina" – Jason Azzopardi B'reazzjoni għall-kritika tal-Kleru fuq it-tmexxija Il-Kurja qed tipprova tissaħħaħ mal-Lajċi Tkompli minn paġna 1 DIN il-ġimgħa qamet kontroversja u diskussjoni sħiħa dwar il-pedofelija wara li superjur tas-soċjetà tal-MUSEUM, ġie akkużat li refa' tfajjel ta' 10 snin fil-baħar u l-parti privata tat-tifel messet mal-adult. Skont l-ispettur li ressaq il-każ, it-tfajjel ħaseb li qed jiġi abbużat minħabba li ntefa' l-baħar u reġa' ntrefa'. Anthony Callus, li hu għalliem fl-iskola St Michaels, li hi l-iskola tas- soċjetà, ma ngħatax pleġġ u ntbagħat il-ħabs sa ma t-tfajjel jixhed għada t-Tnejn fis-seduta li jmiss. "Mhux l-ewwel darba żgur, u lanqas l-aħħar darba sfortunatament, li saru rapporti fażulli frott fantasiji ta' tfal jew pressjoni fuq it-tfal minn terzi" jgħid id-deputat Jason Azzopardi, li hu avukat u l-kelliem għall-intern tal-Partit Nazzjonalista. "Ħa nkun ċar: dawn l-akkużi huma fost l-iktar sensittivi u diffiċli biex ikunu deċiżi minn qorti għax kważi dejjem jippernjaw fuq kredibbiltà tal-akkużat kontra tal-allegat vittma jew vittmi, u fejn ikun hemm trapass ta' żmien ikunu iktar diffiċli biex tiddeċiedi" kompla jgħid Azzopardi. Żied li "Ġejna fi stat fejn l-NGOs li jieħdu ħsieb it-tfal jistgħu jonqsu għax ħadd ma jissogra tgħanniqa ġenwina. Ma nistgħux immeru s-sewwa magħruf. Ħa nkun ċar: allaħares qatt ngħixu f 'soċjetà fejn vittma ta' tali reati jibża' jirrapporta u hu tajjeb li l-awtoritajiet dejjem jinċentivaw biex ħadd ma jibża' jirrapporta. Però dan ma jfissirx li ninjoraw realtà li qed tixxettel bil-mod il-mod: frott ukoll ta' ċertu sensazzjonaliżmu li wassal għal preġudizzji u għal kundanna qabel il-waqt, żgur li hawn ħafna li se joqogħdu lura issa milli jesprimu l-affezzjoni b'mod innoċenti mat-tfal." Dan il-ġurnal tkellem ukoll ma' Deborah Schembri. "Il-pulizijia trid tinvestiga l-każijiet li jiġu rrappurtati lilha b'reqqa u ma jridx ikollha preġudizzji. Investigazzjoni ma tinkludix biss xhieda tal- allegat vittma jew tal-allegat molestatur. Jekk ikun hemm provi biżżejjed jittieħdu proċeduri legali imma anke f 'dan l-istadju m'għandhiex tittieħed ben fatt li l-akkużat hu ħati." Dan qalitu d-Deputata Laburista Deborah Schembri. Schembri, li hi wkoll avukat, qalet li l-proċess ġudizzjarju qiegħed hemm biex issir ġustizzja u għaldaqstant id-deċiżjoni tittieħed mill-ġudikant jew mill-ġurati wara li jinstemgħu kemm il- prosekuzzjoni kif ukoll lid-difiża. Mistoqsija jekk hemmx tfal li joħolqu storja mill-fantasiji tagħhom, Schembri wieġbet li jista' jkun. "Każi fejn l-ulied b'malizja jakkużaw lil ġenituri b'abbuż kien hawn u każi fejn ġenitur jakkuża lill-ġenitur l-ieħor b'abbuż b'kompliċità mal-ulied kien hawn, speċjalment meta l-ġenituri jkunu mifrudin. Però ma rridux niġru bl-idea li għax tfal allura qegħdin jiffantasizzaw. Hawn abbuż rampanti ta' tfal, mhux f 'pajjiżna biss u l-abbuż hu magħruf li jsir l-aktar bejn familjari jew nies li jkunu ħbieb tal-familja jew nies li t-tfal ikunu jafdawhom". Schembri emfasizzat li hu tajjeb li llum il-ġurnata t-tfal għandhom aktar kuraġġ li jitkellmu meta jkun hemm xi abbuż. "Ma nistgħux inneħħu s-salvagwardji għall- innoċenti sempliċiment għax ikun hemm min jabbuża mis-sistema daqskemm ma narmux is-skieken għaliex xi ħadd jista' joqtol bihom." "Meta l-innoċenza tat-tfal titteħdilhom, ħadd u xejn ma jġibha lura u m'għandu jkollna xejn aktar għażiż minn uliedna" insistiet Schembri. Kompliet tgħid li tgħanniqa jew bewsa mhix abbuż u t-tfal tagħna fl- iskejjel jitgħallmu fejn hu leċitu li xi ħadd imisshom u fejn mhux, x'inhu permissibbli u x'mhux. Temmet tgħid "Naħseb li mhux ġust li ngħidu li ġejna fi stat fejn in-nannu ma jistax jgħannaq jew ibus lill-uliedu jew neputijiet għax jiġi akkużat b'abbuż. Allarmiżmu żejjed ma jagħmilx ġid. Jien nemmen li jekk il-persuna tkun detenuta u m'hemmx biża' li jista' jseħħ reat ieħor l-ismijiet m'għandhomx jixxandru sakemm il- persuna tinstab ħatja." Anzjan f'mument ħelu man-neputija tiegħu MATUL il-ġimgħa li għaddiet komplew il- kummenti dwar it-tmexxija tal-Knisja, kummenti li qed ikomplu juru l-qasma li teżisti bejn dawk li jemmnu li hemm problema fit-tmexxija tal-Arċisqof Pawlu Cremona u oħrajn li jemmnu li għandu jżomm postu. L-aħħar diżgwid kompla matul l-aħħar jiem hekk kif membri tal-Kleru rċevew messaġġi biex imorru jipparteċipaw f 'mixgħela li se ssir quddiem id-dar tal- Arċisqof Cremona. Jidher li din il-mossa ma niżlet xejn tajjeb u ammont imdaqqas ta' qassisin urew id-diżapprovazzjoni tagħhom u nuqqas ta' interess li jipparteċipaw f 'din l-attività. In-nuqqas ta' parteċipazzjoni min-naħa tal-Kleru issa se jkun ikkumpensat bil-lajċi u reliġjużi. Sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta qalulna li din se tkun it-tattika li jmiss min- naħa tat-tmexxija tal-Kurja wara li numru kbir ta' qassisin qed jikkonfermaw il-fedeltà tagħhom lejn l-Arċisqof filwaqt li mhux qed joqogħdu lura milli jikkritikaw it- tmexxija ta' dawk madwar Cremona. Membri lajċi u għaqdiet neokatekomunali qed iżidu l-preżenza tagħhom fid-dawl tad-diżgwid li għaddej bħalissa tant li anke waqqfu petizzjoni online biex jinġabru firem ta' appoġġ lejn l-Arċisqof Cremona – mossa li qed tkompli turi l-qasma li teżisti fi ħdan il-Knisja Maltija. Intant is-sejħa tal-qassisin biex din l-attività tkun irtirata jidher li s'issa ma ntlaqgħetx u l-preparamenti għadhom għaddejjin. Tkompli minn paġna 1

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 August 2014