Illum previous editions

illum 31 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/373144

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 31

22 illum | Ħadd 31 ta' Awwissu 2014 Kummercjali L-Air Malta jaqalgħu barmilata nġazzata Il-Fiat 500 il-ġdida tasal ukoll f 'Malta LALS ice bucket challenge ntlaqgħet b'suċċess mill-Air Malta wara li ċ-Chairperson Maria Micallef u s-CEO Louis Giordimaina ġew it-tnejn li huma nnominati. Micallef ġiet innominata mill-mara tal-Prim Ministru, Michelle Muscat, filwaqt li Giordimaina ġie nnominat mill-Maniġer Ġenerali tal- Westin Dragonara, Michael Camilleri Kamsky. Micallef innominat lil Claire Zammit Xuereb, Group Hospitality Director ta' AX Hotels, Phyllis Muscat, Kap tat-Task Force Nazzjonali għaċ-CHOGM 2015 fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u Tricia Dawn Williams, l-Assistenta Personali tagħha u pjanista. Matul il-messaġġ tagħha raddet ħajr lill-impjegati tal-Air Malta talli laqgħu din l-isfida u ħeġġet lil impjegati oħra madwar Malta u Għawdex biex jagħmlu l-istess. In-neputi u n-neputija tagħha Beppe u Mia tefgħulha żewġt ibramel ilma, fir-residenza tal-familja tagħha. Giordimaina flimkien mat-tim tal-maniġment u l-impjegati għamlu l-isfida ġewwa l-ajruport quddiem ajruplan tal-Air Malta. Huwa nnomina lil Markus Klaushofer, CEO tal-Malta International Airport (MIA), Paul Bugeja, li għadu kif ġie elett bħala CEO tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u s-CEO tal-Lufthansa Technik Malta, Steven Drewes. L-ALS ice bucket challenge, li bdiet ix-xahar li għadda, saret fenomenu li nxtered malajr ħafna fuq l-internet. Ġibdet aktar minn 1.7 miljun kontributur li ġabru $80 miljun fil-ġlieda kontra din il-marda. Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq www.alsa.org. Għal min jixtieq jara dawn l-isfidi jista' jidħol fuq Youtube u jara l-ice bucket challenge ta' Maria Micallef fuq http:// youtu.be/hurUNmJ_yUI u ta' Louis Giordimaina fuq http:// youtu.be/S8TgEhmu564.com UCIM Co Ltd, importaturi u rappreżentanti uffiċjali ta' Fiat f 'Malta jilqgħu l-mudell ġdid u esklussiv tal-Fiat 500 Cult li issa jinsab ġewwa x-showroom ta' Fiat fi Triq Psaila f 'Birkirkara. Imnedija aktar kmieni din is-sena waqt il-Motor Show ta' Ġinevra, il-Fiat 500 Cult qed tintroduċi serje ta' karatteristiċi ġodda u importanti f 'dak li għandu x'jaqsam ma' stil u teknoloġija. Dawn jinkludu tliet kuluri ġodda - aħdar lattementa, abjad fi tliet saffi u Italia Blue, tliet settijiet ġodda ta' 16" alloy wheels u tappezzerija u aċċessorji rinovati tal-ġilda f 'kumbinazzjonijiet differenti. Il-Fiat 500 hija ikona u tirrappreżenta l-eċċellenza Taljana fil-qasam tal- manifattura, magħrufa mad- dinja kollha għall-istil pur Taljan, għall-innovazzjoni kontinwa, ir-rispett lejn l-ambjent u l-livell għoli ta' kwalità. Tant hu hekk li dan il- mudell tal-Fiat 500 kien l-iżjed mudell li nbiegħ barra mill- Italja: 'il fuq minn 1,200,000 unit mibjugħ mill-2007 sal-lum, 75% minnhom, barra mill- pajjiż. Il-Fiat 500 Cult hija l-ogħla verżjoni għall-kollezzjonist, mudell li jinkludi l-aktar żviluppi riċenti għal din is-sena. Hija verżjoni li toffri livell esklussiv ta' stil u kontenut teknoloġiku fosthom car radio/ CD bl-MP3 player, 4 speakers u 2 tweeters, sistema Blue&Me hands-free bit-teknoloġija Bluetooth, voice recognition u digital audio file player bil-USB port, steering wheel tal-ġilda bil- kontrolli manwali, tappezzerija kollha kemm hi tal-ġilda, 7" TFT display b'rev counter, climate control awtomatiku u 16" alloy wheels bħala standard u prestazzjoni mill-aqwa kif jistennew dawk kollha li jsuqu l-Fiat 500. Fost il-features il-ġodda li jiġu mal-verżjoni Cult, wieħed isib dettalji fil-chrome, chrome side window contours u exhaust pipes tal-chrome, electric adjustable black finish wing mirrors u saqaf u spoiler suwed, defrosting function u sensor għat-temperatura fuq barra, Fiat CODE (electronic antitheft), twieqi thermal bil-ħġieġ skur, dual drive power steering, saqaf panoramiku (għall-verżjoni Hatchback), power windows, trip computer u parking sensors fost l-oħrajn. Il-Fiat 500 Cult hija mgħammra wkoll b'ħafna safety features li jinkludu ABS + EBD (Electronic Brake Distribution), BAS (Brake Assistance System – Emergency Braking), dual stage driver u passenger airbags, side bags, windows bag u knee bag, Fire Prevention System (FPS), adjustable headlamps, front seatbelts bil-pretensioner, load limiter u buckle sensor fuq quddiem. Il-Fiat 500 Cult tiġi b'magna 1.2 jew magna TwinAir petrol. Giordimaina flimkien mat-tim tal-maniġment u l-impjegati għamlu l-isfida ġewwa l-ajruport quddiem ajruplan tal-Air Malta Il-Fiat 500 nediet tliet kuluri ġodda, lattementa, abjad u Italia Blue Il-Klabb tat-Tfal ta' Hospice jirċievi l-appoġġ tal-HSBC HOSPICE Malta qed jorganizza l-attività annwali tal-Klabb tas-Sajf għat-Tfal bl-għajnuna tal-Fondazzjoni HSBC Malta. Tfal ta' etajiet ta' bejn l-erba' u 12-il sena qed jipparteċipaw fi programm ta' ħames ġimgħat immexxi mis-social worker ta' Hospice Malta Gloria Spiteri, mgħejjuna minn grupp ta' voluntieri. Il-Klabb tas-Sajf għat-Tfal ta' Hospice Malta joffri kura u appoġġ lit-tfal li membri tal- familji tagħhom qed jirċievu s-servizzi ta' Hospice Malta. Il-klabb jorganizza żewġ ħarġiet fil-ġimgħa filgħodu u t-tfal jipparteċipaw f 'diversi attivitajiet bħal għawm, fun parks, ċinema, ħarġiet kulturali u sessjonijiet ta' crafts. "Din hi l-15-il edizzjoni tal-Klabb tas-Sajf għat-tfal. Il-programm jipprovdi mistrieħ lill-familji u fl-istess waqt it-tfal jieħdu pjaċir b'attivitajiet edukattivi u jissoċjalizzaw flimkien ma' tfal oħra f 'ambjent sigur u divertenti. Dan hu possibbli grazzi għall-għajnuna mill- voluntiera dedikati tagħna kif ukoll għall-appoġġ u l-kontribuzzjoni mill-ġdid tal-Fondazzjoni HSBC Malta," qalet Spiteri. Il-kelliem għall-Fondazzjoni HSBC Malta esprima l-apprezzament lill-Hospice Malta u qal: "Hospice Malta qed twettaq xogħol straordinarju mal-pazjenti u l-familjari tagħhom. Il-klabb tat-tfal hu eżempju tajjeb ta' kif Hospice Malta toffri b'suċċess l-appoġġ olistiku lill- familja kollha." Hospice Malta hi organizzazzjoni volontarja u 'not-for-profit' li toffri kura biex ittaffi t-tbatija tal-persuni morda bil-kanċer, ibatu mill- marda ta' motor neurone, jew f 'każ ta' mard fi stadju avvanzat fil-kliewi, u mard terminali ieħor. Kull sena, Hospice Malta tagħti għanjuna lil aktar minn 900 pazjent u lill-familji tagħhom. Wieħed jista' jikseb aktar tagħrif dwar is-servizzi ta' Hospice permezz tas-sit www.hospicemalta.org. (Mix-xellug) Glenn Bugeja u Astrid Micallef Saliba, rappreżentanti tal- Fondazzjoni HSBC Malta jippreżentaw l-isponsorship lil Kenneth Delia u Anna Zammit mill-Hospice Malta waqt sessjoni ta' crafts għat-tfal

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 August 2014