Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/373144
Il-Ħadd 31 ta' Awwissu 2014 | illum 25 SPORTSillum L-MFPA tkompli bil-ħidma favur plejers tal-futbol ILMALTA Football Players Association (MFPA) hija ferm sodisfatta li ħafna mill- plejers li pparteċipaw fit-taħriġ għal plejers bla kuntratt, sabu klabb u ffirmaw kuntratt ġdid. L-MFPA segwiet membri oħra tal-FIFPro u organizzat dan it-taħriġ għall-ewwel darba. L-għan ta' dan it-taħriġ kien li jgħinu lill-plejers mingħajr klabb biex isibu klabb ġdid li jimpjegahom u jiffirmaw kuntratt. Għan ieħor kien biex jgħinu lil plejers affettwati mir-regola redikola u primittiva li bħala kumpens somma flus (parametri) għandha titħallas lill-klabb fl-aħħar ta' kuntratt ta' plejer qabel ma jitħalla jiffirma kuntratt ma' klabb ieħor. Din ir- regola għadha applikata fil-futbol Malti! It-taħriġ sar fil-Victor Tedesco Stadium fil- Ħamrun, bejn is-16 ta' Ġunju u l-4 ta' Lulju. Madwar 30 plejer ħadu sehem fil-kamp tat-taħriġ, kemm plejers Maltin kif ukoll barranin. Uħud mill-plejers barranin diġà kellhom esperjenza fil- kampjonati lokali iżda oħrajn kienu ġodda għax- xena tal-futbol lokali. It-taħriġ kien taħt il- gwida tal-kowċ kwalifikat Renzo Kerr-Cumbo, assistiet mill-kowċ Steve Vella, mill-kowċ tal- gowlers Michael Church, fiżjoterapista Aaron Saliba u Paul Schembri bħala kit manager. Il-plejers kollha ngħataw kit komplut u t-taħriġ kien bla ħlas. Kummenti mill-plejers kienu pożittivi ħafna. Kurt 'Maxi' Magro qal li peress li huwa kien skadielu l-kuntratt u kien infurmat li mhuwiex fil-pjanijiet tal- kowċ tat-tim, hu kien qed jitħarreġ waħdu sakemm sar jaf b'dan it-taħriġ. Kurt tħarreġ għal tliet ġimgħat u wkoll kien involut f 'logħba ta' ħbiberija. Hu rringrazzja lill-amministrazzjoni tal-MFPA tal-għajnuna pprovduta lilu u fortunatament iffirma kuntratt ma' klabb tal- Premier League. Roderick Bajada, anki jekk kien għadu taħt kuntratt ma' klabb iżda xtaq ifittex klabb ġdid, qal li t-taħriġ kien organizzat b'mod professjonali ħafna. Kien hemm il- kundizzjonijiet kollha biex plejer jieħu gost, piċċ tajjeb, kowċis professjonali, l-apparat kollu meħtieġ u grupp ta' plejers li kienu lesti li jaħdmu iebes. Il- prestazzjoni kontra Valletta FC fil-logħba ta' ħbiberija wriet is-suċċess ta' dan it- taħriġ, grazzi għall-MFPA. Clive Brincat kien l-iktar plejer li mar tajjeb peress li huwa ġie offrut kuntratt minn tim tal- Premier League wara biss ftit sessjonijiet ta' taħriġ. Hu rringrazzja lil MFPA u jistenna bil-ħerqa għal taħriġ simili fil-futur. Gowler Andrea Cassar kellu wkoll kummenti pożittivi wara li pparteċipa fit-taħriġ u ffirma għal klabb ġdid. Andrea qal li kienet inizjattiva pożittiva u utli ħafna għal plejers bla kuntratt. Dan it- taħriġ ta l-opportunità għall- plejers li juru x'jafu għall- klabbs prospettivi u huwa sodisfatt ħafna bil-kuntratt il-ġdid. Carlo Mamo, is-Segretarju Ġenerali tal-MFPA ikkordina u organizza dan il-kamp assistiet minn membri tal-Kumitat Eżekuttiv tal-MFPA Mark Barbara u Konrad Sultana. It-taħriġ intemm b'logħba ta' ħbiberija kontra ċ-Champions Maltin Valletta FC li fl-aħħar staġun kienu rebbieħa tad-double. Valletta FC rebħu l-logħba ta' ħbiberija bl-iskor ta 2-1. L-MFPA stabbilixxiet mira ambizzjuża għas-sena d-dieħla, li jipparteċipaw fil-FIFPro Tournament li jsir kull sajf għal plejers li jkunu qed ifittxu klabb. It-tim ta' plejers li kienu mingħajr kuntratt li lagħab kontra Valletta FC f 'logħba organizzata mill-MFPA "Nispera li ngħin lill-klabb jilħaq l-għanijiet tiegħu" – Carlo Mamo M'HEMMX dubju li fost l-iktar timijiet li kellhom kampanja b'akkwisti qawwija f 'dan is-sajf kien hemm il-klabb tal-Ewwel Diviżjoni Pembroke Athleta li akkwista plejers bl-isem ta' Roderick Bajada, Ayrton Azzopardi, Lucky Onerou, Demba Tourè u l-plejer veteran Carlo Mamo. U kien propju ma' dan il-plejer li dan il-ġurnal għamel kuntatt biex jitolbu l-kummenti tiegħu rigward kif qed iħares lejn din l-avventura ġdida tiegħu ma' Pembroke Athleta u kif jaħseb li l-esperjenza tiegħu se tkun qed tgħin lid- diversi plejers żgħażagħ li jinkludi fih dan it-tim. Hu qal li "Pembroke hemm ambjent sabiħ ħafna u set-up tajjeb. Hemm diversi plejers żgħar tal-klabb li għandhom potenzjal. Jien għadni qed nirkupra minn injury u meta tqis li l-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni jibda f 'Settembru kienet l-aħjar għażla għalija. Kuntent li se nerġa' nilgħab ma' tliet plejers li lgħabt magħhom ma' Tarxien Rainbows jiġifieri Andrew Agius, Roderick Bajada u Demba Tourè. Nispera li bl- esperjenza tiegħi ngħin lill-klabb jilħaq l-għanijiet tiegħu matul dan l-istaġun." Carlo Mamo -azzjoni mal-eks tim tiegħu Tarxien Rainbows kontra Floriana Ritratt: Joe Borg

