Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/373144
28 illum Il-Ħadd 31 ta' Awwissu 2014 SPORTSillum Keith Galea jkompli jiddomina t-triathlon IĊCHAMPION ta' Malta tat- triathlon Keith Galea bagħat messaġ ċar fit-tieni tellieqa ta' Birkirkara St Joseph Triathlon Series, li jrid jirbaħ dan is-series għas-seba' darba fil-karriera tiegħu b'rebħa konvinċenti. Galea ħareġ l-ewwel wieħed mill-ilma fejn għamel l-għawma ta' 750m f 'ħin ta' 11.09 sekondi. Huwa kien segwit minn sieħbu tal-klabb Graham Borg b'10 sekondi biss. Fl-20km tar-rota, iċ- champion beda jagħfas ħafna biex iżid il-vantaġġ tiegħu. F'dan l-istadju, Wayne Spiteri ġie f 'pożizzjoni biex jiġġieled għall-post fuq il-podju grazzi għal rota b'saħħitha fejn għamel l-aħjar ħin f 'ħin ta' 33.19. Galea żied il-vantaġġ tiegħu għal 37 sekonda. Graham Borg daħal fit-tieni post u Wayne Spiteri fit-tielet post. Iċ-champion kompla jżid il-vantaġġ tiegħu fil-ġirja fejn irnexxielu jirreġistra l-aħjar ġirja tal-ġurnata fejn għamel il-5km f 'ħin ta' 18.04 biex rebaħ is-seba' tellieqa staġjonali tiegħu f 'ħin ta' 1.04.31. Borg spiċċa fit-tieni post f 'ħin ta' 1.06.29. Grazzi għall-ġirja tajba Fabio Spiteri rnexxielu jgħaddi lil Wayne Spiteri biex spiċċa fit- tielet post f 'ħin ta' 1.07.02. Ikkuntattjat minn dan il-ġurnal Galea qal li jinsab kuntent ħafna b'din ir-rebħa. Kienet tellieqa fejn kien konsistenti l-ħin kollu u l-prestazzjoni kienet waħda tajba wkoll. Galea li huwa taħt l-iskema tal-KMS tat-20/20, xtaq jirringrazzja lill-isponsors tiegħu Garmin Malta, BBB Bike Parts, Malta Challenge Marathon, Jaycee Malta u Starbene Shop tal-Mosta, lill-Kumitat Olimpiku Malti, lill-Malta Triathlon Federation u lill-klabb tiegħu Birkirkara St Joseph Sports Club tal-appoġġ li jagħtuh. It-triatleta ewlieni f 'Malta Keith Galea -azzjoni fuq ir-rota waqt parti mit-triathlon Id-dittatorjat ta' Marc Marquez fil-Moto GP M'HEMMX dubju li s-sewwieq tal-Moto GP, Marc Marquez huwa wieħed mill- aqwa elementi li pproduċa dan l-isport b'uħud diġà qed isostnu li tabilħaqq dan huwa l-aqwa sewwieq tal- Moto GP li pproduċa l-isport f 'kull żmien. Matul dan l-istaġun huwa diġà rebaħ għaxar tiġrijiet konsekuttivi bl-għaxar waħda li rebaħ tkun propju dik fiċ-ċirkwit ta' Indianapolis, u dan meta għad għandu biss 21 sena. Kien biss nhar il-Ħadd li għadda li huwa naqas milli jiskeb il-11-il rebħa konsekuttiva fil-Grand Prix tar-Repubblika Ċeka li ntrebaħ mill-Ispanjol Dani Pedrosa fuq mutur Honda. Marquez kellu jikkuntenta biss bir-raba' post f 'dan iċ- ċirkwit ta' Brno. Jidher li r-rivali tiegħu fl-istess tim Repsol Honda, Pedrosa u anki Valentino Rossi ma jistgħux ilaħħqu mal-livelli ferm għolja ta' dan il-fenomenu sewwieq Spanjol. Permezz tal-għaxar rebħiet konsekuttivi li kiseb Marquez huwa kiser ir-rekord tal-iktar sewwieq żagħżugħ li kiseb daqstant rebħiet meta għeleb ir-rekord tas-sewwieq Mike Haulwood meta rnexxielu jagħmel dak li għamel Marquez meta kellu 24 sena u 86 ġurnata, lura fl-1964. Madankollu, Marquez għad għandu biss 21 sena u 184 ġurnata u diġà rnexxielu jilħaq dan it-tragward uniku fil-karriera mill-aqwa tiegħu. Bid-dominanza assoluta tiegħu ma jidhirx li hemm dubju fuq min se jkun qed jirbaħ il-Kampjonat tal-Moto GP fi tmiem dan l-istaġun meta fadal seba' tlielaq biex jiġi fi tmiemu l-istess kampjonat. Tajjeb ngħidu wkoll li Marc Marquez huwa l-ewwel sewwieq li rebaħ għaxar tiġrijiet konsekuttivi tal-klassi Premier tal-Moto GP wara s-sewwieq Mick Doohan lura fl-1997. Dominju assolut minn Marc Marquez l-Moto GP ILVALLETTA Subbuteo Club bil-kollaborazzjoni tal-Embassy Shopping Complex, se jorganizza żewġ kompetizzjonijiet tat- Table Football fl-okkażjoni tal-Youth Fest tal-Kumitat Olimpiku Malti, għal tfal ta' bejn l-10 u l-15-il sena, fl-4 ta' Settembru (kwalifikazzjoni) u l-Ġimgħa 5 ta' Settembru l-finali. Dawk kollha interessati li jieħdu sehem, huma ġentilment mitluba li jċemplu lil Felix fuq 99844579, jew jiġbru applikazzjoni mingħand il-Kingsway Store, Triq ir-Repubblika, Valletta. Il-parteċipazzjoni hija b'xejn, u se jiġu pprovduti timijiet lil dawk li għadhom jibdew. Il kompetizzjonijiet se jinżammu fl-Embassy Shopping Complex, Level 2, fi Triq Santa Lucia, Valletta, bejn is-6pm u d-9pm. Biex il-Valletta Subbuteo Club ikompli jippromwovi l-ispirtu tal-Kumitat Olimpiku Malti, li jħeġġeġ lill-aktar tfal u żgħażagħ jipparteċipaw f 'xi sport, il-Valletta Subbuteo Club se jkun fil-Kumpless tal-Embassy nhar is-Sibt 13 ta' Settembru, fiċ-Children's Cinema Day, biex iħajjar aktar tfal, żgħażagħ u anki kbar biex jiprattikaw dan l-isport. Kulħadd huwa mistieden jiġi dakinhar biex jifflikkja ftit magħna, f 'ambjent rilassanti, bħalma joffri l-Embassy Shopping Complex. Se jkun hemm kowċis jieħdu ħsieb l-attività. Il-Valletta Subbuteo Club b'żewġ kompetizzjonijiet It-tim tal-Youths tal-Valletta Subbuteo Club

